Legislature:
Category:
Reset
Active:

Heritage Malta – Xiri ta’ lbiesi – Eurovision Song Contest

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta għandhiex il-ħsieb illi tixtri lbiesi li libsu kantanti Maltin fil-Eurovision Song Contest tul is-snin biex dawn jagħmlu parti mill-kollezzjoni tan-National Textile Collection li jinsabu ġewwa l-Palazz tal-Inkwiżitur u dawk ġewwa l-mużew nazzjonali tal-Etnografija?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Infurmat li Heritage Malta tista’ teżerċita d-dritt tagħha skont Kap 445 tal-Liġijiet ta’ Malta u takkwista materji li jkunu ta’ importanza u valur artistiku u kburija nazzjonali. Tant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra stqarrija konġunta maħruġa mill-Malta Community Chest Fund u Heritage Malta li tispjega kif il-libsa milbusa mir-rappreżentanta ta’ Malta fil-Eurovision Song Contest fl-1992 kienet akkwistata minn Heritage Malta biex issir parti mill-kollezzjoni nazzjonali tat-Tessuti fil-Palazz tal-Inkwiżitur u l-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija. Is-sinjifikat tal-akkwist ta’ din il-libsa de quo li għall-ewwel darba, Malta klassifikat fost l-aqwa tliet postijiet ta’ dan il-contest. Din il-libsa ingħatat b’ġest ġeneruż minn Mary Spiteri nnifisha u l-flus offruti marru għall-kawża tal-Malta Community Chest Fund. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmat minn Heritage Malta li, fil-preżent, m'għandiex ħsieb li takkwista l-imsemmija lbiesi.

Eurovision Song Contest – Nefqa totali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali tal-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena? Jista’ l-Ministru jagħti wkoll iċ-ċifri separatament dwar: i.    il-marketing tal-kanzunetta f’pajjiżi barranin fosthom billboards, magazines u riklamar; ii.   il-marketing tal-kanzunetta f’pajjiżna fosthom banners, billboards, magazines u riklamar; iii.   l-akkomodazzjoni u t-titjiriet tal-ajru ta’ kull pajjiż li l-kantant żar qabel biex isir il-marketing tal-kanzunetta, fosthom l-Awstralja, in-Norveġja, l-Albanija, il-Bulgarija, Ċipru, il-Greċja, ir-Rumanija, l-Ingilterra, San Marino u l-Litwanja; iv.  kemm siefru persuni mal-kantant matul dawn il-vjaġġi kull darba u xi rwol kellu kull wieħed minnhom; v.   kemm telgħu persuni flimkien mal-kantant ġewwa Vjenna bħala parti mill-kontinġent u x’kien l-irwol ta’ kull persuna; u vi.  kemm ġew jiswew b’kollox it-tijiriet u l-akkomodazzjoni tal-kontinġent Malti, inkluż tal-kantant, fi Vjenna?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

‘Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li l-informazzjoni qegħda tiġi miġbura’

Birżebbuġa - Trejqa qrib id-Dar ta’ Pultu - Konkos

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità kkonċernata approvatx li jingħata l-konkos fi trejqa qrib id-Dar ta’ Pultu fil-limiti ta’ Birżebbuġa? F’każ li dan ma ġiex approvat, jista’ jgħid x’azzjoni ser tittieħed u sa meta?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

'Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministeru kkonċernat’

Individwu – Kopja ta’ kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew tal-ftehim li permezz tiegħu nħatar l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, inklużi d-dettalji dwar ir-remunerazzjoni, il-benefiċċji, it-termini u t-tul tal-ħatra? Jekk dan ma jistax isir, jista' jgħid ukoll għaliex?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpelant għat-tweġiba li ingħatat għall-mistoqsija 31362  fil-Leġiżlatura XIV.

Individwu – Okkupazzjoni ta’ kariga

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għadux jokkupa xi kariga, rwol konsultattiv jew pożizzjoni, kemm imħallsa kif ukoll mhux imħallsa, fi ħdan il-Malta Film Commission jew fi kwalunkwe entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpelant għat-tweġiba li ingħatat għall-mistoqsija 31362  fil-Leġiżlatura XIV.

Malta Film Commission – Ħatra ta’ individwu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-proċess ta' għażla u ta' due diligence li sar fuq l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qabel inħatar mal-Malta Film Commission? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx xi tip ta' verifika (vetting) dwar il-kandidat qabel il-ħatra tiegħu?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpelant għat-tweġiba li ingħatat għall-mistoqsija 31362  fil-Leġiżlatura XIV.

Jum iddedikat għall-Wirt Kulturali Malti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġi stabbilit jum iddedikat għall-Wirt Kulturali Malti, li matulu jsir sforz kollettiv akbar sabiex niċċelebraw dak kollu li jagħmel parti mill-wirt kulturali ta’ pajjiżna? Jista’ jgħid ukoll x’passi biħsiebu jieħu sabiex din l-inizjattiva titwettaq?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern jagħraf bis-sħiħ l-importanza tal-wirt kulturali Malti bħala parti essenzjali mill-identità nazzjonali u bħal ma sar fi snin preċedenti, anka permezz tal-introduzzjoni tal-Jum iddedikat lil Innu Malti li jiġi ċċelebrat fis-27 ta' Diċembru, il-Gvern ser jibqa’ impenjat li jkompli jsaħħaħ l-għarfien u l-apprezzament tiegħu fost il-pubbliku. Dan bis-saħħa ta’ sensiela ta’ inizjattivi identifikati fil-programm elettorali tal-Gvern. Gvern Laburista huwa impenjat li jsaħħaħ il-benesseri taċ-ċittadini tagħna fosthom billi nħeġġu aktar involviment taċ-ċittadini fil-ħajja ċivika u l-promozzjoni tal-wirt kulturali. Għaldaqstant, il-Ministeru li jien responsabbli minnu, b’kollaborazzjoni sħiħa  mal-kollegi tiegħi, se jkompli jevalwa diversi inizjattivi li jistgħu jkomplu jippromwovu u jiċċelebraw il-wirt kulturali ta’ pajjiżna.

Raħal Ġdid – Triq Nazzarenu – Xelter

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li wieħed mill-akbar xelters f’Raħal Ġdid, li jinsab fi Triq Nazzarenu u li kien diġà ġie skopert sentejn ilu, jiġi riabilitat u magħmul aċċessibbli għall-pubbliku f’jiem stabbiliti? Jekk iva, jista’ jgħid ukoll jekk hemmx żmien stabbilit sabiex dan isir?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

'Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministeru kkonċernat’

PBS – Bulettini tal-aħbarijiet – Sound on tape ta’ politiċi tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ‘sound on tape’ ta’ politiċi tal-Gvern fil-bulettini tal-aħbarijiet tal-PBS u kemm kien hemm ‘sound on tape’ ta’ politiċi tal-Oppożizzjoni, mill-1 ta’ Ġunju 2025 sal-aħħar ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll min kienu dawn il-politiċi u f’liema dati xxandru?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

It-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra

Knejjes u kappelli – Restawr – Għajnuna finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema knejjes u kappelli qed isir restawr fuqhom permezz ta’ għajnuna finanzjarja minn dipartimenti jew awtoritajiet tal-Gvern? Jista’ jgħid ukoll b’liema skemi qed isir dan ir-restawr?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

It-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra

L.S. 350.14 - PBS

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul l-aħħar sena, kienx hemm xi każ fejn il-PBS inforza jew ipprova jinforza l-artikolu 19.1 tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 350.14, “Ħtiġiet dwar standards u prattika li japplikaw għal bulettini tal-aħbarijiet u l-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti”? Jista’ jgħid ukoll x’passi ttieħdu f’kull każ?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

It-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra