Tista’ l-Ministru tgħid sarux studji kwantitattivi li fihom kull binja tal-Gvern ġiet evalwata għall-possibbiltà li tkun mgħammra b'pannelli fotovoltajiċi? Jekk iva, liema huma l-binjiet li l-Gvern iqis bħala l-aktar vijabbli li jsirilhom dan l-investiment?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20551 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, tista' l-Ministru tgħid liema miċ-charging bays tal-karozzi li hemm f'kull lokalità f'Malta u f'Għawdex qegħdin jiffunzjonaw u liema mhumiex?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li sal-lum hawn total ta’ 372 charging points għall-użu tal-pubbliku madwar Malta u Għawdex, li huma provduti permezz ta’ 186 charging pillar. Infurmata li sa tmiem il-ġimgħa li għadiet kien hemm sitt charging pillars li għal xi raġuni ma kienux qed jiffunzjonaw fil-lokalitajiet ta’ Ħ’Attard, Birżebbuġa, il-Fgura, il-Kalkara, il-Belt Valletta u l-Imrieħel. Fost dawn hemm pillars li ntlaqtu minn vetturi jew mhux jaħdmu minħabba xogħlijiet infrastutturali ta’ toroq. Il-kumpalment taċ-charging pillars kienu kollha qed jiffunzjonaw.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20552 li orġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u tgħid jekk hemmx pjan biex tittranġa ċ-charging bay tal-karozzi li tinsab fix-Xatt tal-Isla hekk kif din mhix tiffunzjona?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li għalkemm iċ-charging pillar indikata kienet intlaqtet minn vettura, din kienet ġiet ċertifikata li ma tippreżenta l-ebda periklu u dejjem baqgħet operattiva u ntużat regolarment. Ix-xogħlijiet ta’ tiswija wara dan l-inċident ġew konklużi fit-22 ta’ Lulju li għadda.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20553 li oriġianrjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u tgħid jekk hemmx xi pjan biex isiru charging bays tal-karozzi oħrajn ġewwa l-Isla u jekk iva, fejn?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li huwa ppjanat li fil-lokalità msemmija jsiru minn talinqas 6 charging points oħra. Tnejn miċ-charging points ġodda se jsiru fi Triq il-Ħabs l-Antik u qed isir assessjar biex jinstabu siti adattati għall-erba’ charging points l-oħrajn.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Konsulenti/Persons of trust
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk għandhiex konsulenti jew persons of trust li jaħdmu fil-Ministeru tagħha? Jekk hemm, tista’ tgħid kemm huma mill-Unjoni Ewropea u kemm huma Third Country Nationals?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir hemm jaħdmu konsulenti jew persons of trust kif jipprovdi l-Manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Minn dawn m’hemm ħadd li hu minn pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea u lanqas li huma Third Country Nationals.
Ġnien il-Kottonera — Sistema aħjar ta’ drip irrigation
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk huwiex previst li jkun hemm sistema aħjar ta’ drip irrigation fi Ġnien il-Kottonera sabiex jissaqqew aħjar is-siġar u l-arbuxelli li hemm u senjatament is-siġar taż-żebbuġ li huma kważi abbandunati totalment?
Skema dwar l-enerġija rinnovabbli — Panelli solari
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu dawk li bbenefikaw u kemm kienet l-ispiża fuq l-iskema dwar l-enerġija rinnovabbli biex ikunu installati panelli solari għall-użu fuq proprjetajiet residenzjali u għal organizzazzjonijiet li mhux qed iwettqu attività ekonomika matul is-sena 2023?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul is-sena 2023, kien hemm 924 li bbenefikaw mill-iskema dwar l-enerġija rinnovabbli biex ikunu installati panelli solari għall-użu fuq proprjetajiet residenzjali u għal organizzazzjonijiet li mhux qed iwettqu attività ekonomika. Dan sar b’investiment ta’ €3,569,711.
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti kollha li kienu ffirmati bejn l-Enemalta u l-kumpanija li rebħet il-kuntratt ta’ €37 miljun biex inbena l-impjant tal-enerġija ta’ emerġenza li jaħdem bid-diesel?
Tista' l-Ministru tgħid x'investigazzjonijiet saru mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) dwar l-inċidenti regolari li possibilment huma żbroffi tad-drenaġġ fil-baħar mill-impjant Ta' Barkat fix-Xgħajra? Tista’ wkoll tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rapport sħiħ bir-riżultati, li jinkludi fih spjegazzjoni ċara, dettaljata u teknika tat-testijiet kollha li saru?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li kull meta l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) tirċievi rapport, dan jiġi investigat skont il-każ li jkun. Fir-rigward tal-impjant li qed issir referenza għalih, kull meta sar rapport dwaru, l-uffiċjali tal-ERA għamlu spezzjoni fuq is-sit u fost affarijiet oħrajn talbu elenku tal-attivitajiet li jkunu saru fil-perjodu li jkun wassal għar-rapport. Minn dawn ir-records jiġi determinat jekk kienx hemm żbroff jew le, u jekk fl-affermattiv x’ikun wassal għal dan. F’dawn it-tip ta’ investigazzjonijiet mhux normali li jsiru testijiet oltre. Infurmata li għalkemm din is-sena saru numru ta’ rapporti, kien f’okkażjoni waħda li ġie konfermat mill-ERA li kien hemm overflow wara perjodu ta’ xita.
San Pawl il-Baħar – Żona tal-Imbordin – Tqegħid ta’ servizzi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol marbut ma' tqegħid ta’ diversi servizzi tal-ilma li qed isir fl-inħawi tal-Imbordin, limiti ta’ San Pawl il-Baħar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li x-xogħol li qed issir referenza għalih huwa mmirat li jitlesta fil-bidu tas-sena li ġejja.
San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u l-Imġarr – New Water
Question
Tista’ l-Ministru tgħid meta hu mistenni li jibda jintuża n-new water fl-inħawi kollha ta' San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u l-Imġarr? Tista' tgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm iktar estensjonijiet ta’ dan l-ilma għal inħawi oħra ta’ dawn il-lokalitajiet?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li x-xogħlijiet li qegħdin isiru bħala parti mill-proġett tan-New Water fil-lokatilajiet imsemmija, eżattament fiż-żoni tal-Imbordin, Miżieb, Triq Għajn Tuffieħa u Triq San Martin, huwa mmirat li jitlestew sa tmiem din is-sena u għalhekk hu mistenni li l-bdiewa fl-inħawi jibdew jagħmlu użu minn dan is-servizz fil-bidu tal-2025. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha l-ħsieb li dan il-proġett testendih ukoll għaż-żoni ta’ Selmun, l-Aħrax tal-Mellieħa, il-Manikata, Paradise Bay u Fomm ir-Riħ.
San Pawl il-Baħar — Provvista tal-elettriku - Xogħlijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid liema xogħlijiet marbuta mal-provvista tal-elettriku huma mistennija jsiru fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar matul is-sena 2024 u 2025 separatament għal kull sena? Tista’ tgħid ukoll f’liema toroq hu mistenni li jsiru trinek biex fihom jitqiegħdu cables ġodda għall-istess perjodu? F’kull każ, meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol u x'inhi r-raġuni għala dan ix-xogħol ser ikun qed isir?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 15660, inżid ninfurmaha li sal-aħħar ta’ din is-sena se jkunu ġew ikkummisjonati 5 substations ġodda fiż-żona ta’ San Pawl il-Baħar u din is-sena ġiet irduppjata wkoll il-kapaċita taċ-ċentru tad-distribuzzjoni f’Buġibba fejn żdied transformer b’kapaċità ta’ 30MVA. Dan iċ-ċentru jissupplixxi bosta substations mhux biss f’Buġibba imma wkoll f’San Pawl il-Baħar u l-Qawra.
Għaddejjin il-pjanijiet biex lejn l-aħħar ta’ din is-sena jingħata bidu għal wieħed mill-akbar proġetti li qatt saru f’din iż-żona fuq livell ta’ vultaġġ medju. Permezz ta’ dan il-proġett ser jitpoġġew numru sostanzjali ta’ cables ġodda taħt l-art biex ikomplu jissaħħu r-reżiljenza u l-flessibbiltà tas-sistema tad-distribuzzjoni.
Tista’ l-Ministru tgħid meta hu mistenni li jingħata l-asfalt fi Triq l-Istamnar u l-madwar, f’San Pawl il-Baħar, wara li sar xogħol mill-Korporazzjoni Enemalta? Tista’ tgħid ukoll x’inhi r-raġuni li għaliha dan ix-xogħol għadu ma tlestiex?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-asfalt fiż-żona indikata huwa ppjanat li jsir fil-ġimgħat li ġejjin.
Tas-Sliema — Triq Sir Adrian Dingli - Qtugħ fil-provvista tal-elettriku
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta' qtugħ fil-provvista tal-elettriku fi Triq Sir Adrian Dingli fil-lokalità ta' Tas-Sliema matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista' tgħid ukoll id-data ta' kull meta seħħ qtugħ tal-provvista tal-elettriku u kemm-il siegħa dam il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku fl-imsemmija triq?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li fit-triq ismsemmija, matul il-perjodu indikat fil-mistoqsija, l-qtugħ fil-provvista kien skont ma jiġri f’ċirkostanzi normali, jew minħabba ħsarat lokalizzati li jinqalgħu minn żmien għal żmien, jew inkella s-sospensjonijiet tas-servizz kienu ppjanati biex issir manutenzjoni li tkun meħtieġa perjodikament u li jitħabbru minn qabel. F’kull każ, l-Enemalta tagħmel l-almu kollu biex is-servizz jerġa’ lura għan-normal fl-inqas ħin possibbli.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħataw multi amministrattivi maħruġa għal ksur tar-regolamenti tal-immaniġġjar tal-iskart relatati mal-ġbir tal-iskart, maqsuma xahar b’xahar sa minn meta daħlu fis-seħħ dawn ir-regolamenti?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew ritornati kontenituri fil-BCRS minn meta bdiet topera l-iskema u kemm mill-irċevuti tagħhom ma ġewx imsarrfin?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-14 ta’ Novembru 2022 sat-23 ta’ Settembru 2024, inġabru 403,539,980 kontenitur tax-xorb. Minn dawn, 357,443,632 inġabru mir-Reverse Vending Machines u 46,096,348 inġabru bis-sistema manwali mill-ħwienet tal-imnut u stabbilmenti tal-catering.
Fl-istess perjodu l-valur tal-vawċers maħruġin kien ta’ €35,202,734. Minn dawn, sat-23 ta’ Settembru li għadda, kien għadhom ma ġewx imsarrfin b’valur ta’ €1,978,429. Skont Regolament 16(2) ta’ S.L.549.134, vawċer jiskadi wara tnax-il xahar mid-data li jinħareġ, u għaldaqstant valur konsiderevoli mill-aħħar ammont imsemmi, għadhom iridu jiġu msarrfin mill-konsumaturi.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Settembru 2024?
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn barrieri illum? Tista’ tgħid ukoll kemm minn dawn il-barrieri qed jintużaw, u kemm minnhom għandhom permess ambjentali?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru totali ta’ barrieri li huma koperti u regolati minn Permess Ambjentali attiv (sat-8 t’Ottubru 2024) jammonta għal 55 barriera. In-numru totali ta’ barrieri li huma koperti minn liċenzja attiva għat-tqattigħ ta’ riżorsi minerali jammonta għal 62. Jista’ jagħti l-każ li barriera tkun koperta kemm b’permess ambjentali u kemm b’liċenzja għat-tqattigħ, jew li barriera tkun koperta b’liċenzja għat-tqattigħ però m’hemmx obbligu għal permess ambjentali, skont t-tip ta’ operat li jkun propost.
Tista’ l-Ministru tispjega l-proċedura li jimxu magħha l-ħaddiema tal-infurzar tal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) f’każ li individwu joħroġ il-borża tal-iskart fil-ġurnata l-ħażina jew wara l-ħin li fih isir il-ġbir? Tista’ tgħid ukoll jekk hemmx ċirkostanzi li jimmeritaw sempliċiment twissija minflok penali amministrattiva?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi r-Regolamenti dwar l-Abbandun, ir-Rimi u t-Tneħħija ta’ Skart fit-Toroq u f’Postijiet jew Żoni Pubbliċi (L.S. 549.40) jirregolaw kemm l-iskeda tal-ħruġ tal-iskart, separazzjoni mandatorja tal-iskart u aspetti oħra rigward rimi ta’ skart f’postijiet pubbliċi. Meta persuna tinqabad fil-fatt tintalab mezz ta’ identifikazzjoni uffiċjali sabiex l-ERA tkun tista’ tieħu azzjoni. Fil-każ ta’ nuqqas ta separazzjoni ta’ skart, l-ewwel azzjoni kontemplata fil-liġi hija twissija uffiċjali. Għat-tieni darba li persuna tinqabad ma tisseparax l-iskart, ikun hemm multa ta’ €25 filwaqt li jekk persuna tinqabad iktar minn darbtejn, il-multa titla’ għal €50. Fejn skart iġġenerat minn attivitajiet kummerċjali jitħallat, għall-ewwel ksur ikun hemm twissija, imbagħad multi ta’ €75 u ta’ €150 għat-tieni ksur u ksur sussegwenti rispettivament.
Fuq ksur ta’ skeda ta’ ġbir l-Awtorità tipproċedi permezz ta’ multa ta’ €150 għall-ewwel offiża, li din titla jekk jerġa' jinqabad. Dawn il-multi japplikaw meta:
(i) individwu joħroġ il-borża iktar minn erba’ sigħat qabel il-ħin tal-ġabra tal-iskart, jew
(ii) joħroġ il-borża mhux skont il-ġurnata indikata fl-Iskeda Nazzjonali għall-Ġbir tal-Iskart, jew
(iii) iħalli skart fl-art fejn bins jew bring-in-sites (BiS).
L-uffiċjali tal-infurzar jitolbu lil tali persuni biex jieħdu l-iskart lura sabiex eventwalment joħorġuh skont il-liġi.