Ġbir ta’ skart straordinarju — Allokazzjoni finanzjarja
Question
Tista’ l-Ministru tgħid minn Jannar 2023 kemm kienet l-allokazzjoni finanzjarja żejda li kellha sabiex tkun tista’ tagħmel ġbir straordinarju ta’ skart meta l-kuntratturi tal-Kunsilli Reġjonali ma jlaħħqux mal-ġbir?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid sa kemm se tibqa’ talloka persuni mill-Cleaning & Maintenance Division sabiex ikunu jistgħu jagħmlu ġbir straordinarju ta’ skart, meta l-kuntratturi tal-Kunsilli Reġjonali ma jlaħħqux mal-ġbir?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Rendikont ta' charging stations li kienu offline jew ma jiffunzjonawx
Question
Tista’ l-Ministru tagħti rendikont ta' charging stations li kienu offline jew ma jiffunzjonawx matul l-2023, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u f'kull każ tgħid kemm damet il-ħsara?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — Remunerazzoni ta’ individwi
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista tal-individwi fi ħdan il-Ministeru tagħha, inkluż dawk f’awtoritajiet, entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, li għandhom pakkett finanzjarju ikbar mill-Ministru nnifsu? Tista’ tgħid ukoll min huma u kemm hu l-pakkett annwali, inkluż perkaċċi u bonuses?
Distribution Centres u Substations ġodda u tqegħid ta’ cables
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 11494 u tgħid kemm saru distribution centres u substations ġodda, u kemm tqiegħdu cables tat-33kV, tal-11kV, u tal-low-voltage, kull sena mill-2003 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra. Inżid li bħalissa l-Enemalta tinsab fi stadju avvanzat għall-ippjanar ta’ Ċentru tad-Distribuzzjoni ġdid fin-Naxxar u ieħor fis-Siġġiewi, filwaqt li għaddejja bi pjanijiet għall-bini ta’ żewġ ċentri oħrajn ġodda li se jsiru fir-Rabat u fil-Kottonera. Għaddejjin ukoll pjanijiet sabiex tirdoppja l-kapaċità fiċ-Ċentri tad-Distribuzzjoni tal-Imsida u St Andrews.
Apparti minn dan, l-Enemalta għaddejja wkoll bi pjan aċċellerat fis-sistema ta’ distribuzzjoni tagħha, fejn kull sena qed jiġu kkummissjonati medja ta’ bejn 40 u 50 substation ġdida fis-sena, u jsiru għadd ta’ upgrades f’substations differenti. Qegħdin jitpoġġew ukoll għadd ta’ feeders li jwasslu l-provvista tal-elettriku mis-substations għal għand il-konsumaturi, u kilometri ta’ cables oħrajn fuq livell ta’ 11kV u 33kV. L-Enemalta għaddejja wkoll bi proġett t’automation, li huwa mmirat biex is-substations tagħha jkunu jistgħu jiġu kkontrollati mill-kamra ta’ kontroll fil-Marsa, u f’każ ta’ ħsara, fejn ikun possibbli jonqos il-ħin ta’ interruzzjoni.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11619, fejn il-Ministru qiegħda titlobni biex nagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, tikkonferma li allura ma saru l-ebda analisi jew studju dwar kif din iċ-charging infrastructure se taffettwa d-distribution network tal-Enemalta u dwar x'loads se titfa' fuq is-sistema, jew ma sarx xi forma ta' kordinament mal-Enemalta dwar dan?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett li qed jirreferi għalih ma kienx t’entità li taqa’ taħt il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża, madankollu, bħalma jsir fi proġetti ta’ ċertu kobor, l-Enemalta ġiet ikkonsultata sa minn kmieni sabiex ġew stabbiliti rekwiżiti tekniċi li jikkonċernaw is-sistema tad-distribuzzjoni. Aktar tard, l-Enemalta reġgħet ġiet ikkonsultata fl-istadju tal-applikazzjoni għall-permess tal-iżvilupp u hawnhekk ikkonfermat li ma kellha l-ebda oġġezzjoni għall-proposta tal-applikant, hekk kif l-infrastruttura eżistenti, flimkien mas-substation ġdida msemmija fl-istess permess, tiflaħ għal din id-domanda. L-ispejjeż tal-infrastruttura neċessarja, li kienet tinkludi wkoll substation u tqegħid ta’ cables li saru mill-Enemalta, inħarġu mill-applikant innifsu.
Tista’ l-Ministru tagħti indikazzjoni ta' kif u min jirregola fejn jistgħu jitpoġġew il-magni tal-fliexken tal-Beverage Container Refund Scheme (BCRS)? Tista’ tgħid ukoll liema hi l-liġi li tirregola kif dan għandu jiġi deċiż?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-distribuzzjoni tar-Reverse Vending Machines (RVMs) madwar il-gżejjer Maltin hija bbażata fuq konsultazzjonijiet li jsiru bejn ir-Regolatur, Ekonomija Ċirkulari Malta, u l-Operatur Liċenzjat, BCRS Malta Ltd u entitatijiet pubbliċi oħrajn, partikularment il-Kunsilli Lokali rispettivi, fil-proċess għall-applikazzjoni għall-permessi neċessarji. Id-deċiżjonijiet jittieħdu fl-isfond ta’ Leġiżlazzjoni Sussidarja 549.134 u l-ftehim tal-licenzjar bejn l-Agenzija u l-operatur.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 9722 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid fiex jikkonsisti x-xogħol li qed isir fi Triq is-Salina, fin-Naxxar, meta beda dan ix-xogħol u meta se jitlesta?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tagħmel dan il-proġett b’investiment ta’ €3.5 miljun biex ittejjeb sostanzjalment in-netwerk ewlieni tad-distribuzzjoni tal-ilma għax-xorb li jforni eluf ta’ klijenti f’lokalitajiet differenti fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta. Dan il-proġett huwa meħtieġ biex jissodisfa t-talbiet attwali u futuri tal-ekonomija u l-popolazzjoni li qed tikber ta' dan ir-reġjun.
Il-proġett jikkonsisti fit-tqegħid ta’ mejn ta’ 8 kilometri li jwassal l-ilma min-Naxxar sas-Salini. Dan ix-xogħol inbeda f’Mejju u ninsab infurmata li fi żmien relattivament qasir tlesta x-xogħol ta’ tqegħid tal-mejnijiet u saħansitra preżentament inbeda wkoll l-asfaltar ta’ Triq is-Salina. Ta’ min isemmi li l-Korporazzjoni, flimkien mal-entitajiet l-oħra konċernati, ħadet id-deċiżjoni li minflok tieqaf matul l-istaġun turistiku, tibqa’ tiela’ bix-xogħol lejn in-naħa t’Alla u Ommu sabiex it-triq setgħet tkun aċċessibbli għall-pubbliku qabel il-bidu tas-sena skolastika. Dan il-mejn qed jiġi kkummissjonat u ser jibda jopera qabel l-aħħar tas-sena.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriżi – politika dwar is-saħħa mentali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha għandux politika għas-saħħa mentali biex is-saħħa mentali tiġi integrata fit-tfassil ta’ kull politika mill-istess Ministeru? Jekk le, tista’ tgħid jekk hemmx il-pjan li titfassal u tiġi adottata din il-politika (mental health policy)?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan il-Ministeru, bħala parti mis-Servizz Pubbliku, huwa marbut mill-politika ċentrali fuq is-saħħa mentali. Minbarra hekk, tajjeb li jingħad ukoll li fil-Ministeru tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċċjali jistgħu jirrikorru f’każ ta’ diffikultà ulterjuri.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba kien hemm qtugħ fil-provvista tad-dawl f’Wied il-Għajn jew parti minnu tul din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru 2023 u x’kien il-kaġun ta’ dan?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11135.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba kien hemm qtugħ fil-provvista tad-dawl fiż-Żejtun jew parti minnu tul din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru 2023 u x’kien il-kaġun ta’ dan?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11135.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 10265, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex, u tgħid x’qed isir biex tissolva l-problema ta’ skular ta’ ilma maħmuġ jew drenaġġ fi Triq il-Qbajjar ġewwa Marsalforn?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata illi minn investigazzjoni li wettqet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma rriżulta li s-sors tal-ilma li ħiereg fl-imsemmija triq ġej minn proprjetajiet privati. Għaldaqstant, dan il-każ qed jiġi segwit mill-Awtorità konċernata.
Naxxar – Żona ta’ Baħar iċ-Ċagħaq — Qtugħ fil-provvista tal-elettriku
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta' qtugħ fil-provvista tal-elettriku fiż-żona ta' Baħar iċ-Ċagħaq fil-lokalità tan-Naxxar matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2023 sat-30 ta' Settembru 2023? Tista' tgħid ukoll id-data ta' kull meta seħħ qtugħ tal-provvista tal-elettriku, liema toroq kienu milquta mill-qtugħ tal-provvista tal-elettriku u kemm-il siegħa dam il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11135.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta' qtugħ fil-provvista tal-elettriku fil-lokalità ta' Pembroke matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2023 sat-30 ta' Settembru 2023? Tista' tgħid ukoll id-data ta' kull meta seħħ qtugħ tal-provvista tal-elettriku, liema toroq kienu milquta mill-qtugħ tal-provvista tal-elettriku u kemm-il siegħa dam il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11135.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta' qtugħ fil-provvista tal-elettriku fil-lokalità ta' San Ġiljan matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2023 sat-30 ta' Settembru 2023? Tista' tgħid ukoll id-data ta' kull meta seħħ qtugħ tal-provvista tal-elettriku, liema toroq kienu milquta mill-qtugħ tal-provvista tal-elettriku u kemm-il siegħa dam il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11135.
San Ġiljan – Żona ta’ Paceville — Qtugħ fil-provvista tal-elettriku
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta' qtugħ fil-provvista tal-elettriku fiż-żona ta' Paceville fil-lokalità ta' San Ġiljan matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2023 sat-30 ta' Settembru 2023? Tista' tgħid ukoll id-data ta' kull meta seħħ qtugħ tal-provvista tal-elettriku, liema toroq kienu milquta mill-qtugħ tal-provvista tal-elettriku u kemm-il siegħa dam il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11135.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il siġra nqalgħet f’din l-aħħar sena f’pajjiżna, kemm minnhom nqerdu u kemm minnhom ġew rilokati u salvati? Tista’ tgħid ukoll, bejn wieħed u ieħor, kemm-il sena kellhom u x’tip kienu dawn is-siġar li nqerdu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata illi bejn Settembru tal-2022 u Settembru tal-2023, l-ERA ħarġet permessi għat-trapjantar ta’ 462 siġra u għall-qlugħ ta’ 246 siġra. Minflok dawn tal-aħħar tħawlu 2,006 siġriet ġodda bħala kumpens. Ma’ dawn kien hemm ukoll il-qlugħ jew it-trapjantar ta’ siġar mhux indiġeni u uħud minnhom anke inavażivi li l-ispeċi tagħhom mhijiex suġġetta għall-permess (208 siġriet għall-qlugħ u 49 għat-trapjantar). Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bid-dettalji dwar l-ispeċi ta’ dawn is-siġar u dwar l-età tagħhom.
Tista’ l-Ministru tgħid x’sar f’din l-aħħar sena dwar it-tisqif tal-mini ta’ Triq Reġjonali, f’Santa Venera?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-istudji ġeotekniċi u dawk relatati ma’ strutturi eżistenti ġew konklużi u evalwati. Minn perspettiva strutturali ġie konkluż li dan il-proġett jista’ jiġi implimentat. Matul din is-sena ġie konkluż il-Cost Benefit Analysis (CBA) abbażi tal-kunċett preċedenti u wara li ġie evalwat irriżulta li hemm bżonn xi tibdil fid-disinn sabiex il-proġett isir aktar vijabbli. Inoltre se jsiru studji rigward il-ventilazzjoni kif ukoll assessjar tal-impatt tat-traffiku.