Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – Nefqa fuq fjuri

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23456, fejn ġejt riferut għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21827, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni limitatament għall-2024, u ċjoè kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-sena 2024 u jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra, u fil-każ kemm kienet l-ispiża?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa għal fjuri hija koperta mill-Line Item 22 Materials and Supplies fl-Estimi Finazjarji tal-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Proprjetajiet mikrija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ proprjetajiet li nkrew lill-familji/individwi minn Jannar 2024 sa April 2025, maqsuma xahar b’xahar, lokalità b’lokalità, u skont jekk hux familji/individwi? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-proprjetajiet huma tal-Gvern jew ta’ xi entità tal-Gvern u kemm huma proprjetajiet privati?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-1 ta’ Jannar 2024 sat-30 t’April 2025, ġew mikrija 372 proprjetà lill-familji u 153 proprjetà lill-individwi. Minn dawn il-proprjetajiet, 270 huma proprjetajiet tal-Gvern jew ta’ xi entità tal-Gvern, filwaqt li 255 huma proprjetajiet privati.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – Infiq fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26745 u jgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27934.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – Xiri ta’ karozzi ġodda — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24384 u 24770 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista' jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi nxtraw 2 karozzi ġodda mill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli. Dawn il-vetturi nxtraw lill-uffiċjali fi gradi maniġerjali u li skont il-Manual on Transport and Travel Policies and Procedures huma intitolati għall-vettura. Kopja ta’ dan il-manwal, diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Finalment irrid nirrimarka li x-xiri ta’ dawn il-vetturi jsir skont il-proċedura applikabbli skont il-Public Procument Regulations.

Ħaż Żabbar — Housing Estate - Manutenzjoni tas-saqaf

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26717, jista’ l-Ministru jgħid meta sar ix-xogħol imsemmi fl-istess tweġiba?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol biex jitneħħa l-periklu ġie ċertifikat f’nofs Settembru 2024. Sadanittant, il-permess għax-xogħol ta’ tibdil tas-saqaf inħareġ, u x-xogħol ġie mogħti lill-kuntrattur. L-ordni tax-xogħlijiet, li tinkludi dan il-każ fost diversi xogħlijiet oħra, għandha titlesta sa mhux aktar tard minn nofs Lulju 2025.

Santa Luċija — Triq il-Ġnien - Xogħlijiet fuq appartamenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27910, jista’ l-Ministru jagħti aktar dettalji fir-rigward tax-xogħlijiet ta’ manutenzjoni u okkorendo li jippreżenta kopja tar-rapporti tekniċi relattivi?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fit-talba tiegħu.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – Rigali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qala rigali minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa u min tahulu?

Response (GALDES, RODERICK)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ April 2022 sal-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari ma rċevejt u lanqas aċċettajt l-ebda rigal.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Kiri ta’ karozzi - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24401 u 24967 u jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti, hemm 12-il vettura li huma mikrija.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Nefqa fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27134 u 27698 u jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27934.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – Sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti/servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati — Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-baġit tal-Ministeru tiegħu fi sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti/servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni kif mitluba taqbeż l-advisory cost limit.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Nefqa fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27134 u 27698 u jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?

Response (GALDES, RODERICK)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Interpellant. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern jagħmel użu mill-mezzi tax-xandir (media houses) lokali sabiex ikun jista’ jwassal informazzjoni dwar servizzi, inizjattivi u informazzjoni oħra importanti għall-pubbliku inġenerali.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul April 2025?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26289.

Santa Luċija — Triq il-Ġnien - Xogħlijiet fuq appartamenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16561, jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru fl-appartamenti ta’ Triq il-Ġnien, f’Santa Luċija u kemm ġew jiswew?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq il-blokok numerati 1 sa 7 fi Triq il-Ġnien, li jinkludu l-faċċati tal-binjiet, bjut u partijiet komuni tat-taraġ, b’proġett stmat li jiswa €522,900 li minnu diġà tħallsu €204,600.

Santa Luċija — Triq il-Ġnien - Xogħlijiet fuq appartamenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16565, jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru fl-appartamenti ta’ Triq il-Ġnien, f’Santa Luċija u kemm ġew jiswew?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27910.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — TCNs - Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi (TCNs) jaħdmu fid-dekasteru tiegħu u kemm hu twil il-kuntratt tagħhom?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20918.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx/kienx hemm deputati/ex-deputati tal-Gvern Laburista fil-bordijiet ta' Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F'liema bord ta' Awtorità/Aġenzija/Entità jinsabu/kienu jinsabu, x'pożizzjoni għandhom/kellhom u x'inhi/kienet il-kariga tagħhom? X'remunerazjoni u perkaċċi oħra jieħdu/kienu jieħdu għal tali pożizzjoni? X'inhu/kien it-terminu tal-ħatra tagħhom, u jekk tali ħatra għada fis-seħħ, meta hu t-terminu ta' din il-ħatra?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Akkomodazzjoni soċjali – Persuni li għaddejjin mill-proċess ta’ separazzjoni

Question

Peress li f’każ ta’ separazzjoni, biex tingħata akkomodazzjoni soċjali, għandu jkun hemm separazzjoni maritali finalizzata, jista’ l-Ministru jgħid x’jiġri jekk il-proċess ta’ separazzjoni jdum is-snin fil-qorti u sadanittant il-persuna (u possibbilment it-tfal magħha) jkollhom bżonn ta’ akkomodazzjoni soċjali?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tevalwa l-każ hekk kif tiġi sottomessa d-deċiżjoni finalizzata tal-qorti jew kopja tal-att pubbliku li jindika l-firda taż-żwieġ jew unjoni ċivili. F’każijiet urġenti jew fejn iddum ma tittieħed id-deċiżjoni mill-qorti, il-persuna tista’ tikri mill-privat u tibbenefika minn għajnuna finanzjarja ta’ depożitu u l-ewwel kirja. Huma jkunu jistgħu jibbenefikaw minn sussidju fuq il-kera tagħhom.

Sussidji fuq il-kera

Question

Peress li skont il-website tal-Awtorità tad-Djar https://housingauthority.gov.mt/services/affordable-housing/ , persuna m’għandhiex tħallas iktar minn 25% mid-dħul totali, jista’ l-Ministru jgħid għaliex jekk persuna single taqla’ €2,000 u tikri studio flat b’€750, m’għandhiex tikkwalifika għal sussidji fuq il-kera, meta l-kera ta’ studio flats mhix inqas minn €700 fix-xahar?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar kontinwament tevalwa l-iskemi tagħha sabiex ikunu jirriflettu r-realtajiet tal-komunità. Infakkar lil Onorevoli Interpellant li l-iskema tal-benefiċċju fuq kirjiet privati ġiet emendata f’Jannar 2025, fejn mhux biss żdied l-ammont minimu li individwu jista’ jirċievi f’benefiċċju iżda żdied ukoll l-ammont massimu tad-dħul annwali fil-kategoriji kollha tal-applikanti b’elf ewro oħra. Sal-lum, id-dħul massimu ta’ persuna waħedha sabiex tkun eliġibbli għas-sussidju fuq kirjiet privati huwa €21,635, u tkun intitolata għal-benefiċċju li jilħaq sa €4,200 fis-sena.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Nefqa fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27134 u jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Skema ta’ Self Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenefikaw mill-iskema ta’ Self Soċjali kull sena mill-2020 sal-2024, maqsuma sena b’sena? Peress li skont il-website tal-Housing (aċċessata fis-26/01/25), “L-Iskema ta' Self ta' Assistenza għad-Dar hija mmirata lejn dawk li jaqilgħu dħul baxx li mhumiex f'pożizzjoni li jiffinanzjaw self għal dar. Għotja sa €167/xahar tingħata biex tiffinanzja parti mill-ħlas lura ta’ self għax-xiri ta’ proprjetà li tiswa sa €140,000. Il-limitu tad-dħul annwali huwa ta’ €19,990.04 għal persuni waħedhom, €20,990.04 għal single parents u €21,990.04 għall-koppji.”, jista’ l-Ministru jara li tingħata konsiderazzjoni lill-fatt li mhuwiex realistiku li tinstab proprjetà li ma tiswiex iktar minn €140,000?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għaddejja b’eżerċizzju sabiex temenda l-iskema ta’ Self Soċjali sabiex tilħaq iktar nies. Dawn l-emendi se jkunu ppubblikati din is-sena. In-numru ta’ persuni li bbenefikaw mill-iskema ta’ Self Soċjali huma elenkati fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.