Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — talbiet skont il-Freedom of Information Act
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?
Response (GALDES, RODERICK)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 2542, 11394 u 16605, ninfurmah illi minn Ottubru 2020 sal-lum il-ġurnata kien hemm FOI waħda. Ninsab infurmat ukoll illi l-ebda talba għall-informazzjoni ma tiġi rrifjutata. Kull talba titwieġeb skont kif tgħid il-Liġi li ddaħħlet fis-seħħ fis-sena 2012.
Il-Mosta — manutenzjoni fi blokok fil-Qasam tal-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li ssir il-manutenzjoni meħtieġa fuq xogħol tal-injam, kmamar tal-banju u xogħol ta' manutenzjoni fil-ġebel, fil-blokok tal-Qasam tal-Gvern li l-indirizz tagħhom qed jingħata separatament?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi qed isiru x-xogħlijiet neċessarji. Xogħlijiet oħra ta’ manutenzjoni ordinarja fl-appartamenti għandhom isiru mill-inkwilini fejn l-Awtorità tad-Djar tista’ tgħin lill-inkwilini permezz ta’ Skemi apposta għal irranġar ta’ dan it-tip.
Jista' l-Ministru jgħid x'ibbenefika Għawdex u l-Għawdxin kull sena mill-2015 'il hawn:
a. minn sussidju fuq imgħax dwar self fuq akkwist ta' djar, eċċ (
house loans
) taħt l-iskemi kollha tas-
Social Housing
u tal-Awtorità tad-Djar;
b. minn sussidju ta' kera;
c. minn xogħlijiet ta' titjib f'oqsma ta' djar;
d. minn tiswijiet f'
tenements
tal-gvern; u
e. minn bini ta' djar,
maisonettes
,
flats
, eċċ?
Jista' jgħid ukoll x'kienet in-nefqa għal kull sena mill-2013 'il hawn fuq kull waħda mill-items (i) sa (v) hawn fuq u f'liema lokalitajiet saru x-xogħlijiet, it-tiswijiet u l-bini ta' djar, eċċ? Jista’ jgħid wkoll x'tip ta' xogħlijiet, tiswijiet u bini (djar, maisonettes u flats separatament) sar?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ta’ min jgħid illi t-tiswijiet imsemmija saru kollha fil-Qasam tad-Djar taċ-Ċawla Rabat Għawdex u kienu jikkonsistu f’tiswijiet strutturali ta’ soqfa, gallariji u bjut kif ukoll tiswijiet fil-partijiet komuni bħal tibdil tal-katusi tad-drenaġġ u ilma tax-xita, tibdil ta’ aperturi u meter cupboards.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — tender/direct order lill-kumpanija
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18208, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu tawx tender jew direct order lil kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 sissa? Jekk iva, jista' jagħti l-informazzjoni sena b’sena?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanja msemmija ma ngħatat l-ebda tender u/jew direct order mill-Ministeru u mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi mis-sena 2013 sal-lum il-ġurnata.
Awtorità tad-Djar — kiri ta’ proprjetà għall-użu amministrattiv
Question
B' referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 15737 jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa, u għal kemm-il sena huwa l-kuntratt ta' proprjeta li kriet l-Awtorità tad-Djar għall-użu amministrattiv tagħha mill-2017 ’l hawn?
Response (GALDES, RODERICK)
M’għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li diġa kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15737.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — entitajiet li għandhom ftehim kollettiv skadut
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Jista’ għal kull każ jgħid meta skada?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi l-ebda entità fid-dekasteru tiegħi ma għandha ftehim kollettiv skadut.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reklutati ħaddiema ġodda mal-Awtorità tad-Djar, u mil-liema lokalitajiet ġejjin, bin-numru ta' persuna ingaġġati ħdejn kull lokalità, matul is-sena 2020 u l-2021 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-lum, l-Awtorità tad-Djar ingaġġat 46 ħaddiem li ġejjin minn diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — konsulenti maħtura
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jagħti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' servizzi, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dak il-konsulent s’issa u kemm huwa l-valur ta' dak il-ħlas?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dwar kemm-il applikant ta ċ-ċwievet tal-post tiegħu, mis-sena li bdiet l-iskema fl-2018, liema skema li nirreferu għaliha bħala "Inċentivi għal Ritorn ta' ċwievet ta' post" sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi minn mindu bdiet l-inizzjattiva għal Ritorn ta’ Ċwievet mingħand l-Anzjani sal-lum nġabru 38 ċavetta.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17831, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma ġewx installati, jew meta se jiġu installati lifts fi blokok tal-Housing Estates ġewwa Ħ’Attard, il-Mosta u Ħaż-Żebbuġ?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat li fil-Mosta ġew installati żewġ lifts matul is-sena li għaddiet. FĦaż-Żebbuġ u f’Ħ’Attard se ninstallaw ukoll aktar lifts li bħalissa għaddejjin il-preparamenti neċessarji biex tibda ukoll l-installazzjoni tagħhom.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — lista ta' proġetti kapitali
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proġetti kapitali lil jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu li huma għaddejjin bħalissa jew se jibdew fit-12-il xahar li ġejjin?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proġetti kapitali li qed isiru bħalissa jew ser jibdew fit-12-il xahar li ġejjin huma hekk kif ġej:
1) Xogħol ta’ riġenerazzjoni ta’ 7 proprjetajiet dilapitati li jinsabu fil-Birgu, Bormla, r-Rabat, il-Belt Valletta u ż-Żejtun:
2) Xogħol ta’ bini ta’ akkomodazzjoni soċjali f’19-il sit li jinsabu f’Ħ’Attard, Birkirkara, Bormla, Ħal Kirkop, Ħal Luqa, Ħaż-Żebbuġ, l-Mellieħa, l-Imsida, il-Qrendi, Raħal Ġdid, is-Siġġiewi, u ż-Żurrieq.
3) Xogħol ta’ bini ta’ akkomodazzjoni affordabbli ġewwa l-Fgura.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma dawk li bbenefikaw mill-Home Deposit Scheme u jekk hemmx il-ħsieb li din l-iskema tiġi imġedda?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi sal-lum il-ġurnata diġa bbenefikaw minn din l-iskema 200 persuna. Ta' minn jgħid illi din l-iskema għadha miftuħa u nħeġġeġ aktar individwi biex jesploraw din l-iskema sabiex isiru sidien ta' darhom għall-ewwel darba.
Jista' l-Ministru jindika kemm hemm applikanti fil-lista ta' stennija li huma persuni b’diżabilità, lone parents, persuni b’każijiet soċjali marbuta ma' vjolenza domestika, jew anzjani li jgħixu waħedhom, sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba hija skont is-segwenti tabella:-
Kategorija
Total
Diżabilita’
183
Anzjani jgħixu waħidhom
115
Każijiet Soċjali – Vjolenza Domestika
7
Single Parents
857
1162
Jista’ jgħid kemm-il applikant hemm quddiem l-Awtorità tad-Djar minħabba li qed jgħix:
a) f'dar mimlija perikli;
b) minħabba sfida ta' mobilità;
c) jgħix f'Istituzzjoni;
d) bla indirizz, minħabba li għadu ħiereġ mill-ħabs;
e) bla indirizz minħabba li qed isegwi programm ta' rijabilitazzjoni;
f) b’nuqqas ta' faċilitajiet sanitarji;
g) f’kera għolja;
h) b’eviction orders; u
i) għax għandu każijiet soċjali riferuti minn Aġenziji?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi preżentament hemm 691 applikant skont l-informazzjoni mitluba mill-Interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' housing estates f'Malta u Għawdex u f'liema sena nbena kull estate? Kemm huwa n-numru ta' units f'kull housing estate? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-units huma b' kera u kemm huma proprjetà tas-sidien li jgħixu fihom, maqsuma housing estate b'housing estate?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.
Rabat, Ħad-Dingli u Ħaż-Żebbuġ – installazzjoni ta’ lifts f’Housing Estates
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew installati lifts fil-Housing Estates tar-Rabat, Ħad-Dingli u Ħaż-Żebbuġ mill-2017 sal-lum?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi ġie installat lift wieħed fil-Housing Estate tar-Rabat. Ix-xogħol ta’ kostruzzjoni bi preparazzjoni għall-installar ta’ lifts fil-preżent għaddej f’seba’ blokki oħra fiż-żoni msemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi time-frame għal meta se jibda x-xogħol għall-installazzjoni ta' lift fil-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-installazzjoni ta’ dan il-lift qegħdin jitħejjew il-pjanti sabiex jgħaddu għand il-Perit u tinħareġ il-valutazzjoni biex jinkiseb il-permess għall-bini.