B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25088, jista’ l-Ministru jgħid kemm tkabbru siġar tal-frott irqiq, tin, bajtar ta’ San Ġwann, żebbuġ u ċitru separatament, fil-mixtla ta’ San Vinċenz mill-1995 sal-2019, maqsuma sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-informazzjoni segwenti kif mitlub fir-rigward ta’ kemm tkabbru siġar tal-frott irqiq, tin, bajtar ta’ San Ġwann, żebbuġ u ċitru separatament, fil-mixtla ta’ San Vinċenz. Ninfurmah li r-rekords fis-sistema tagħna huma disponibbli mill-2012 'il quddiem.
2012
2013
2014
2015
2016
2017
2018
2019
Frott irqiq
1,978
3,435
2,342
934
834
2,921
3,102
570
Tin
680
730
900
760
285
1,100
670
603
Żebbuġ
3,738
2,085
1,799
1,924
1,227
1,072
706
0
Ċitru
242
690
0
824
873
924
531
580
Raħħala li kellhom bhejjem li mardu b’infezzjonijiet u mietu — Ex-gratia payments
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30063, dwar ex-gratia payments li ġew allokati lil raħħala li kellhom bhejjem li mardu b’infezzjonijiet u mietu mis-sena 2021 sal-lum, jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk l-iskemi bbażati fuq liġijiet Ewropej li qed jirreferi għalihom fl-istess tweġiba? Jista’ jgħid ukoll kemm inġiebu fondi minn kull skema fis-snin imsemmija?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm skema waħda bl-isem “Compensation for Clostridial Disease Outbreaks in Dairy Cattle Operations” b'allokazzjoni ta' fondi ta' EUR 52,000 minn fondi nazzjonali, li ġiet implimentata f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE).
Nru 1407/2013, (UE) Nru 1408/2013 u (UE) Nru 360/2012 fir-rigward tal-għajnuna de minimis għall-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, u r-Regolament (UE) Nru 717/2014 fir-rigward tal-ammont totali ta' għajnuna de minimis mogħtija lil impriża waħda, il-perjodu ta' applikazzjoni tagħha u kwistjonijiet oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29081 u 29240 li oriġinarjament saru lill-Prim Ministru u lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u jgħid jekk kienx infurmat li l-food supplement bl-isem ‘Folidi’ kienx qed jiġi rtirat (recalled) minn ċerti pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u wkoll minn pajjiżi barra mill-istess unjoni Ewropea?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30023.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29082 u 29241 u jgħid meta kien infurmat (jekk fil-pożittiv) li l-food supplement bl-isem ‘Folidi’ kien qed jiġi rtirat (recalled) minn ċerti pajjiżi tal-Unjoni Ewropea?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30023.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Rigali
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23955 fejn intqal li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra, peress li issa għaddew ħames xhur minn meta saret il-mistoqsija oriġinali, jista’ l-Ministru jgħid kemm qala’ rigali minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa u min tahulu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-funzjoni tiegħi ta’ Ministru responsabbli mill-qasam tal-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali nattendi diversi laqgħat f’ Malta, Għawdex u barra minn xtutna fejn jiġu skambjati rigali żgħar tal-okkażżjoni. Dan l-iskambju jien nużah sabiex nippromwovi l-prodott bnin li joffri pajjiżna li tiegħu tant aħna kburin.
Sal-aħjar għarfien tiegħi l-ebda tali rigali ma jeċċedu l-mitt ewro.
It-talba tirrikjedi ħin u riżorsi eċċessivi li ser jimpatta l-ħidma tal-Ministeru b’mod sproporzjonat li umilment nemmen li għandhom jiġu ddedikati għal xogħol ieħor aktar utili u siewi.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew huma mistennija jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul it-tieni nofs tal-2025? Jista’ jgħid ukoll liema għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk id-Direttivi li d-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni tagħha taħbat fit-tieni nofs tas-sena 2025 huma s-segwenti:
Titolu tad-direttiva tal-UE
Data sa meta trid tingħalaq it-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/145 tad-29 ta’ Jannar 2025 li temenda d-Direttiva 2014/98/UE fir-rigward tal-pesti regolati tal-Unjoni mhux ta’ kwarantina, il-virus tar-
ringspot
tat-tabakk, il-virus tar-
ringspot
tat-tadam, il-
Pucciniastrum minimum
(Schweinitz) Arthur u l-Aġent tal-mużajk tat-tin u li tikkoreġi dik id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni fir-rigward ta’ miżuri li jikkonċernaw il-
Candidatus
Phytoplasma
prunorum
Seemüller Schneider
31 ta’ Lulju 2025
DirettivaDelegata tal-Kummissjoni (UE) 2024/1262 tat-13 ta’ Marzu 2024 li temenda d-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti għall-istabbilimenti u għall-kura u ż-żamma tal-annimali, u fir-rigward tal-metodi tal-qtil tal-annimali
4 ta’ Diċembru 2025
Direttiva (UE) 2024/1438 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 2001/110/KE li tirrigwarda l-għasel, 2001/112/KE li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman, 2001/113/KE li għandha x’taqsam mal-ġamm tal-frott, il-ġelatini u l-marmellati u mal-purejiet tal-qastan mogħtija l-ħlewwa maħsuba għal konsum mill-bniedem, u 2001/114/KE rigward ċertu ħalib ippreżervat disidratat in parti jew kollu għall-konsum tal-bniedem
14 ta’ Diċembru 2025
Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1079 tat-2 ta’ Ġunju 2025 li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE fir-rigward tal-protokolli għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċijiet tal-pjanti agrikoli u ta’ speċijiet tal-ħxejjex
31 ta’ Diċembru 2025
Supplimenti nutrizzjonali – Parametri u ċertifikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-parametri u ċ-ċertifikazzjonijiet mitluba lill-aġent/i biex suppliment nutrizzjonali (food supplement) li jkun ser jiġi rreġistrat, jiġi vverifikat b’tali mod li tiġi żgurata l-kwalità u s-serjetà tal-prodott?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tqegħid fis-suq ta’ supplimenti tal-ikel f’Malta huwa rregolat taħt il-L.S. 449.36 u d-Direttiva tal-UE 2002/46/EC. Skont dik id-Direttiva, is-supplimenti tal-ikel huma kklassifikati bħala oġġetti tal-ikel (mhux prodotti mediċinali). L-operaturi huma legalment responsabbli biex jiżguraw li l-prodotti jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli kollha dwar is-sikurezza, it-tikkettar u l-kompożizzjoni qabel id-dħul fis-suq. L-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel maħtura formalment fid-9 ta’ Lulju 2025, tamministra l-qafas ta’ notifika u tikkoordina mal-awtoritajiet kompetenti fi ħdan il-mandat legali tagħha.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29079 u 29238 li oriġinarjament saru lill-Prim Ministru u lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u jgħid jekk il-food supplement bl-isem ‘Folidi’ ġiex irreġistrat mal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)?
Response (REFALO, ANTON)
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30022, ninforma lill-Onor. Interpellant li food supplement bl-isem ‘Folidi’ ġie rreġistrat mal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA). Ninfurmaħ ukoll li fiż-żmien meta l-prodott imsemmi ġie rtirat, ma kien hemm l-ebda notifika dwaru fuq is-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF). Inkompli nżid ukoll li l-Awtorita’ għas-Sigurta’ tal-Ikel ħa tikkollabora bi sħiħ mal-korpi kompetenti nazzjonali u dawk tal-UE sabiex tissalvagwardja s-saħħa pubblika u tiżgura l-osservanza tas-supplimenti tal-ikel skont il-qafas legali applikabbli.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29080 u 29239 li oriġinarjament saru lill-Prim Ministru u lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u jgħid meta ġie rreġistrat (jekk fil-pożittiv) il-food supplement bl-isem ‘Folidi’?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30023.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Sindki u Kunsilliera
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jispeċifika f’liema kunsilli lokali jaħdmu u x’inhu l-grad tagħhom mal-Ministeru? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom impjegati mal-Gvern jew mal-entitajiet relatati?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi ġejt infurmat li hemm għaxar (10) impjegati fil-Ministeru, l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħti li fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ġew eletti f’xi rwol f’xi Kunsill Lokali.
Raħħala li kellhom bhejjem li mardu b’infezzjonijiet u mietu — Ex-gratia payments
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew allokati ex-gratia payments kull sena lil raħħala li kellhom bhejjem li mardu b’infezzjonijiet u mietu fil-perjodu bejn l-2021 u l-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm-il raħħal ibbenefika minn dawn il-fondi f’kull sena msemmija?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ġew allokati ebda ex-gratia payments lil raħħala li kellhom bhejjem li mardu b’infezzjonijiet u mietu mis-sena 2021 sal-lum. Għajnuniet finanzjarji lir-raħħala li sofrew telf ikkaġunat minn mard, ingħataw permezz ta’ skemi ibbażati fuq liġijiet Ewropej.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti/servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati — Nefqa
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23938, jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-baġit tal-Ministeru tiegħu fi sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti / servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati fis-sena 2024?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — L-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa - Laqgħat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa? Jista’ jgħid ukoll liema laqgħat huwa mistenni li jattendi fit-tieni nofs tal-2025?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa attendejt għal dawn il-laqgħat hekk kif ġej:
27 ta' Jannar Agrifish Brussell
24 ta' Frar Agrifish Brussell
24 ta' Marzu Agrifish Brussell
26 ta' Mejju Agrifish Brussell
15 - 17 ta' Ġunju (Informali) Agrifish Il-Polonja
14 ta' Lulju Agrifish Brussell
Fix-xhur li ġejjin hemm dawn il-laqgħat skedati li jistgħu ikunu suġġetti għal xi tibdil.
7 - 9 ta' Settembru (Informali) Agrifish Kopenħagen
22 - 23 ta' Settembru Agrifish Brussell
27 - 28 ta' Ottubru Agrifish Lussemburgu
17 ta' Novembru Agrifish Brussell
11 - 12 ta' Diċembru Agrifish Brussell
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Impjegati full-time u part-time
Question
Jista’ l-Ministru jagħti t-total tal-impjegati full-time u part-time, fi ħdan il-Ministeru tiegħu, inkluż dawk f’awtoritajiet, f’entitajiet u f’dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 174 ħaddiema full time u 2 ħaddiema part-time mal-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuna li tixtieq toffri servizz ta’ pest control, għandhiex bżonn xi ċertifikazzjoni jew permess biex topera u toffri dan is-servizz?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux konsulenti ingaġġati mal-Ministeru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, kemm hi l-ispiża għall-ingaġġar ta’ konsulenti, xahar b’xahar, minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Fiex kienu jikkonsistu dawn il-konsulenzi, min kienu dawn il-konsulenti, xi kwalifiki għandhom, x’inhi l-kompetenza tagħhom u kemm tħallas kull konsulent għall-kull servizz ta’ konsulenza li ta? Jista’ jgħid ukoll kif ingħataw dan ix-xogħol dawn il-konsulenti; jekk hux permezz ta’ direct order jew tender?
Response (REFALO, ANTON)
Il-konsulenti ingaġġati mal-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali huma impjegati skont il-Manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29375 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29142 dwar it-tqegħid u installazzjoni tal-mains tan-new water fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ bdiewa li jużaw ilma tas-sistema tan-new water?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tqegħid u l-installazzjoni tas-sistema tan-New Water fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar, mhix fir-remit tal-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, iżda huwa dak tal-Water Services Corporation.
Għaldaqstant, ninsab infurmat li n-numru ta’ bdiewa rreġistrati fil-parti tat-Tramuntana li jużaw is-sistema tan-New Water hu ta’ madwar 800 bdiewa. Ta’ min wieħed jgħid ukoll li d-dispensers tas-sistema tan-New Water huma għall-użu pubbliku u kwalunkwe dispenser fil-parti tat-Tramuntana jista’ jintuża minn kwalunkwe bdiewa rreġistrat mal-WSC.
Jista’ l-Ministru jgħid x’investimenti saru fil-pitkalija f’Ta’ Qali matul din il-leġiżlatura? Jista’ jgħid ukoll fiex kien jikkonsisti x-xogħol li sar u kemm sewa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija għall-Ikel f’Malta wettqet sensiela ta’ investimenti strateġiċi bil-għan li ssaħħaħ l-operat tagħha, l-infrastruttura u s-servizzi fil-qasam agroalimentari.
Bħala parti mill-Inizjattivi ta’ Trasformazzjoni Diġitali, l-Aġenzija investiet fl-implimentazzjoni ta’ sistemi diġitali biex ittejjeb l-effiċjenza operattiva, b’mod partikolari s-sistema ewlenija tal-Pitkalija, permazz ta’
ilbidwi.gov.mt
,
ixxerrej.gov.mt
u t-tnedija ta’ pjattaforma diġitali għall-ġestjoni tal-iskart tal-ikel (
tarmix.gov.mt
), fost oħrajn. Barra minn hekk, ġew akkwistati kompjuters, softwer u tagħmir periferali biex tissaħħaħ l-integrazzjoni diġitali. Dan l-isforz ta’ diġitalizzazzjoni ammonta għal €153,787.
Fl-istabbiliment ta’ faċilità għall-iskjerar tal-patata, u f’kollaborazzjoni mal-FCCS, inbena bini ddedikat biex jintuża għas-separazzjoni, l-iskjerar u l-ippakkjar tal-patata, bl-għan li tittejjeb il-kategorizzazzjoni, il-kwalità u t-tħejjija tal-prodott. Dan il-proġett kien jammonta għall-investiment ta’ €137,177.
Sar investiment qawwi fit-titjib tal-infrastruttura u tal-binjiet tal-Pitkalija li inkludew titjib ġenerali fil-binjiet eżistenti, fis-sheds u f’bini ieħor sabiex il-faċilitajiet jilħqu standards moderni u jkunu jistgħu jservu b’mod aħjar l-operat kif ukoll l-aspetti amministrattivi. Din il-parti tal-investiment kienet tirrikjedi €695,538.
Biex jiġu appoġġjati l-loġistika u t-tkomplija tal-operat, l-Aġenzija investiet ukoll fix-xiri tal-Kaxxi tal-Pitkalija, b’investiment ta’ €148,126, kif ukoll titjib tad-Depot għall-ħasil tal-kaxxi b’investiment ta’ €82,619.
Barra minn hekk, l-Aġenzija investiet fis-sistemi tas-sorveljanza, kontroll tal-aċċess u ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà b’nefqa ta’ €26,914.
Fl-aħħar nett, inħolqot ħanut għall-Bejgħ ta’ Prodotti Lokali fil-binjiet tal-Aġenzija sabiex tiżdied l-aċċessibilità u l-viżibilità tal-prodotti agrikoli Maltin għall-konsumaturi. Dan l-iżvilupp kien appoġġjat b’investiment ta’ €35,390.
B’mod ġenerali, dawn l-inizjattivi jirriflettu investiment komprensiv lejn il-modernizzazzjoni u l-bini, trasformazzjoni diġitali u kapaċitajiet operattivi, b’total ta’ investiment li jammonta għal €1,279,551.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-volum ta’ ilma ġdid (New Water) prodott fl-2023, fl-2024 u fl-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Pre-Qualification Questionnaire (PQQ) for the Award of a Concession for the Design, Build, Finance, Operate and Transfer Back of a National Farm Waste Treatment Facility — Studju
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull studju b’rabta mal-impjant biex jiġi pproċessat id-demel tal-annimali fil-Magħtab li għalih ħarġet il-“Pre-Qualification Questionnaire (PQQ) for the Award of a Concession for the Design, Build, Finance, Operate and Transfer Back of a National Farm Waste Treatment Facility”?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li din il-konċessjoni għadha fi stadju bikri, mhuwiex il-mument opportun sabiex jiġi ppreżentat l-istudju illi sar ġialadarba dan jista’ jippreġudika l-proċess ta’ aġġudikazzjoni tal-ewwel fażi. Għaldaqstant, f’dan l-istadju, kwalunkwe rapport għandu jibqa’ kunfidenzjali.