Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – użu ta’ private jet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn is-snin l-2017, 2018 u 2019 l-użu tal-private jet kien f’okkażjoni waħda fis-sena 2017. Din kienet titjira speċjali tal-Medavia biex il-Ministru seta jmur il-Libja minħabba li ma kienx hemm konnessjonijiet adegwati.L-ispiża kienet ta’ €29,500.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — Nisa f'pożizzjoni ta' tehid ta' deċiżjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8562 u 8722 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-servizz pubbliku kollu fil-prezent hemm 5,445 mara f’pozizzjoni ta’ tehid ta’ decizjonijiet fil-grad ta’ Principal jew ‘il fuq. Fl-2008 kien hemm 4,900. Fit-top management tas-servizz pubbliku, minn skala 1 sa skala 5, waqt li llum hemm 426 mara, fl-2008 kien hemm 195. Fi ħdan l-entità li taqa' taħt dan il-Ministeru, hemm 4 nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni però din l-entità ma timxix skont l-iskali taċ-ċivil.

Kunsill tal-Ewropa — European Convention on Spectator Violence and Misbehaviour at Sports Events and in particular Football Matches- trattati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ulterjuri ttieħdu wara t-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7328 rigward l-implimentazzjoni tal-European Convention on Spectator Violence and Misbehaviour at Sports Events and in particular Football Matches?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara diskussjonijiet bejn il-Ministeri li taħthom taqa’ l-Konvenzjoni bl-isem ta’ ‘European Convention on Spectator Violence and Misbehaviour at Sports Events and in particular at Football Matches’ tal-1985, ġie deċiż li Malta ser tkun qed tħares lejn Konvenzjoni oħra bl-isem ‘Council of Europe Convention on an Integrated Safety, Security and Service Approach at Football Matches and Other Sports Events’ li tibni fuq il-Konvenzjoni li semma l-Onor. Interpellant filwaqt li tolqot objettivi ġodda.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ – Grievances Boards

Question

Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Rapport tal-Awditur Ġenerali fuq ħruġ ta’ Viżas — passi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jieħu b’referenza għar-rapport preżentat mill-Awditur Ġenerali dwar il-Konsolat tal-Alġerija ntitolat ‘An Investigation of Visa issued by the Maltese Consulate in Algiers’?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-Ministeru ħa l-passi korrettivi fuq il-proċedura wżata fil-Konsolat ġewwa l-Alġerija ħafna qabel ma ġie publikat ir-rapport tal-Awditur Ġenerali. L-istess rapport tal-Awditur Ġenerali jikkonferma li l-Ministeru fiż-żmien li kienu saru l-allegazzjonijiet kien aġixxa b’mod korrett. Dan l-imsemmi rapport jagħmel ukoll referenza għal rapport ta’ evalwazzjoni li kienet għamlet il-Kummissjoni Ewropea f’Settembru 2016 fejn anke hawn dan ir-rapport ma sab l-ebda rregolaritajiet ħlief xi wħud operazzjonali. B’referenża għan-nuqqas ta’ riżorsi, din hija sfida li l-Ministeru ilu jħabbat wiċċu magħha snin twal u qed isiru l-isforzi biex nimpjegaw diplomatiċi ħalli jkunu jistgħu jservu kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta fid-diversi missjonijiet u konsolati li għandna. Tajjeb li ngħid li fil-preżent ġewwa l-Konsolat tagħna fl-Alġerija hemm Commercial Attaché mibgħut mill-Malta Enterprise u Konslu ġdid li huwa Konslu tal-karriera. Issa li r-rapport tal-Awditur Ġenerali ġie ppubblikat, nassigura lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru se jkompli janalizza l-partijiet li huma relevanti għall-Ministeru tiegħi u mhux spekulattivi ta’ dan l-istess rapport, ħalli fejn nistgħu nkomplu ntejjbu l-operat konsolari.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — Nisa f'pożizzjoni ta' tehid ta' deċiżjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8562 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — attendenza għal festini/riċevimenti/ikliet/parties

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. f’kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta’ xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta’ Diċembru 2018? Jista’ jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta’ Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta’ kull entità li taqa’ taħtu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kontenut ta’ din l-interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27 peress li l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċioè li s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu ġew ospitati privatament minn ‘xi membru tal-gudikatura’) u wkoll peress illi tirrelata għall-kondotta ta’ persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha. (Korrezzjoni: Ara Dokument PL 2910 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 196 nhar it-Tlieta 12 ta; Frar 2019)

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — Nisa f'pożizzjoni ta' tehid ta' deċiżjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — Assistenti Parlamentari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013? Jista’ jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma’ tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?

Response (ABELA, CARMELO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-leġi¿latura ta’ bejn is-sena 2008 u s-sena 2013 fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin kien hemm Assistent Parlamentari, li kien David Agius. Għall-kundizzjonijiet nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-Papers Laid numru 7378 tal-11-il Leġi¿latura li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ispijker fl-10 ta’ Ġunju 2011. Fit-tweġiba, li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, hemm indikat li l-Assistenti Parlamentari bejn l-2008 u l-2013 kienu jitħallsu 65% ta’ Skala 1 tas-Servizz Pubbliku (ekwivalenti għal €29,577.60ċ, skont il-grad tal-lum), flimkien ma’ servizzi ta’ linja fissa tat-telefown u mowbajl.

Sħubija sħiħ tat-Turkija fl-Unjoni Ewropea

Question

Peress li dan l-aħħar fil-midja dehret dikjarazzjoni tal-President tar-Repubblika ta' Malta fejn qed tappoġġja s-sħubija sħiħa tat-Turkija fl-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti f'dan ir-rigward?

Response (ABELA, CARMELO)

Il-President tar-Repubblika tenniet il-posizzjoni storika ta’ Malta sa’ mis-sħubija fl-UE, fejn bħala prinċipju dejjem tat l-appoġġ tagħha għat-tkabbir fl-istess Unjoni, kemm il-darba pajjiz ikun issodisfa l-kriterji kollha stabbiliti mill-istess Unjoni.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ — paġni, profili u gruppi fuq Facebook

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook li huma amministrati mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma Iill-Onor. Interpellant li paġni, profili u gruppi fuq facebook li huma amministrati direttatament miIl-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ huma kif ġej: https://www.facebook.com/MFAMalta Paġni, profili u gruppi fuq facebook oħrajn (amministrati mil-missjonijiet konċernati) huma dawn li ġejjin: · Embassy of the Republic of Spain, Madrid - https://www.facebook.com/EmbdeMal · Malta High Commission for the Republic of Malta in the United Kingdom, London - https://www.facebook.com/MaltaHighCommissionLondon · Malta High Commission for the Republic of India, New Delhi – https:// www.facebook.com/maltanewdelhi · Embassy Republic of Malta in Italy, Rome - https://www.facebook.com/maltinflitalja · Embassy to the Republic of Malta in France, Paris - https://www.facebook.com/ambmaltefrance · Embassy to the Republic of Malta in Russia, Warsaw - https://www.facebook.com/Embassy-of-Malta-Warsaw-601460153376378 · Representative of the Republic of Malta to Palestine, Ramallah - https://www.facebook.com/RepresentativeOfficeRepublicMaltaRamallahPalestine

UN Global Compact for Migration Document

Question

B’referenza għall-UN Global Compact for Migration Document, minkejja li dan id-dokument fil-pre¿ent għadu mhux legally binding, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti hux biħsiebu joqgħod għall-klawsoli kollha tad-dokument? Hemm minnhom li l-gvern oġġezzjona għalihom u għaldaqstant mhux ser jirratifikahom?

Response (ABELA, CARMELO)

Tajjeb wieħed jinnota li d-deċiżjoni dwar il-ftuħ tan-negozjati dwar il-Global Compact kienet maqbula unanimament bejn il-pajjiżi kollha fl-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda ta’ sentejn ilu ġewwa New York. Tul dawn is-sentejn, il-pajjiżi kollha tad-dinja għajr wieħed innegozjaw fuq livell tekniku dwar abbozz komuni li ġie maqbul minn kulħadd. Dan id-dokument li ġie ppreżentat mill-Assemblea fil-laqgħa ta’ Marrakesh mhux vinkolanti u allura mhux kwistjoni ta’ xi ratifika kif qed isostni l-Onor. Interpellant. Nixtieq niċċara ukoll li f’Marrakesh dan ġie adottat u mhux iffirmat u qed nenfasizza dan għax l-abozz kien diġà maqbul bejn il-pajjiżi kollha tad-dinja għajr wieħed kif semmejt iktar 'il fuq fin-negozzjati ġewwa New York. Tajjeb insemmu li f’Marrakesh, 164 pajjiż kienu preżenti fil-konferenza li adottat il-Global Compact u fid-19 ta’ Diċembru f’New York, ittieħed vot fl-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda fuq riżoluzzjoni dwar il-Compact li għadda b’152 vot favur, ħames voti kontra u tnax-il astensjoni. Il-migrazzjoni hija sfida globali u għalhekk trid tittieħed azzjoni globali biex tindirizzaha. Dan huwa l-ħsieb ewlieni wara dan il-Compact. Malta pparteċipajna b’mod attiv fin-negozjati sabiex jiġi mħares l-interess nazzjonali. Malta u l-Unjoni kienu prekursur ta’ dan il-Ftehim meta f’Novembru tal-2015, sar il-Valletta Summit fuq il-migrazzjoni. Hemmhekk, iddikjarajna li l-migrazzjoni kienet sfida komuni u li kien jeħtieġilha soluzzjonijiet komuni. Il-Compact iħaddan l-istess prinċipji, iżda fuq livell globali. Huwa stat ta’ fatt li f’dinja globalizzata, huwa fl-interess ta’ kull pajjiż li sfidi li pajjiż ikun qed jaffaċċja mill-viċinat, jindirizzhom flimkien mal-pajjiżi sieħba sabiex is-soluzzjoni tkun waħda li tagħti l-frott. Il-pajjiżi waħedhom ftit jistgħu jagħmlu jekk mhux maqgħudin ma’ oħrajn. Aħna ngħidu li f’rigward il-migrazzjoni ftit jista’ jsir jekk pajjiżi msejħa tal-oriġini, tat-transitu u ta’ destinazzjoni ma jaħdmux flimkien. Ta’ min wieħed igħid li fost il-23 proposta fil-Compact, uħud minnhom diġà qed jiġu implimentati bħala riżultat tal-liġi Ewropea (acquis). Malta se tieħu kull opportunità sabiex taħdem u tippromwovi dawk l-inizjattivi dwar l-implimentazzjoni tal-proposti fejn jaqbel l-interess nazzjonali.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — trasferimenti/pagamenti f’bank

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saru l-ebda trasferimenti u/jew pagamenti fil-bank li qed jirreferi għalih.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ — impjegat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex impjegat mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ, fis-Segretarjat jew f’xi dipartiment li jaqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu?

Response (ABELA, CARMELO)

Le m’huwiex.

Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ -nefqa fuq reklamar fuq Facebook

Question

Jista' l-Ministru jgħid, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook, xahar b'xahar, mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dan il-Ministeru kif ukoll l-entità li taqa’ taħtu ma nefqux flus f’reklami fuq Facebook.

Malta-China

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’hemm ġdid fil-Malta-China? Jista’ jqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Memorandum of Understanding bejn Malta u ċ-Ċina taħt il-qafas tal-One Belt One Road Initiative, li ġie ffirmat f’Shanghai nhar il-5 ta’ Novembru 2018, jipprovdi qafas bejn iż-żewġ pajjiżi biex isiru proġetti, investimenti u koperazzjoni f’oqsma bħall-kummerċ, is-servizzi finanzjarji u t-turiżmu. L-iskop tal-inizjattiva hu li jiġbor ftehimiet differenti u jipprovdi qafas li jagħti sinjal lill-kumpaniji Ċiniżi li, għall-Gvern Ċiniż, Malta hi pajjiż tajjeb fejn isir investiment, f’rispett għar-regoli tal-Unjoni Ewropea. Malta hi fost l-ewwel pajjiżi Ewropej li ċ-Ċina qed tiffirma miegħu dan it-tip ta’ ftehim. Il- One Belt One Road Initiative hi inizjattiva ewlenija tal-President Ċiniż Xi Jinping u dan l-iffirmar jindika tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi fil-preżent kif ukoll fil-ġejjieni. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra il-ftehim (Memorandum of Understanding).

The Convention for the Protection of Human Rights and Dignity of the Human Being with regards to the Application of Biology and Medicine: Convention on Human Rights and Biomedicine (Oviedo Convention)

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Malta ffirmatx jew irratifikatx The Convention for the Protection of Human Rights and Dignity of the Human Being with regards to the Application of Biology and Medicine: Convention on Human Rights and Biomedicine (Oviedo Convention)?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li Malta għadha ma ffirmatx jew irratifikat il-Konvenzjoni f’dan il-qasam. Ta' min wieħed jgħid li preżentament il-Gvern qiegħed jaħdem fuq it-twaqqif tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza li se tkun qed taqa’ taħt ir-responsabilità diretta tal-Parlament. Il-Gvern għaddej ukoll bl-abbozzar ta’ liġi komprensiva dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza konformi mal-Prinċipji ta’ Pariġi dwar dan il-qasam. Tajjeb nirrimarka ukoll li l-amministrazzjoni Nazzjonalista ma ħadet l-ebda azzjoni biex b’xi mod tiġi rratifikata din il-Konvenzjoni.

Talbiet pendenti għall-estradizzjoni minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn talbiet pendenti għall-estradizzjoni minn Malta? Mil-liema pajjiżi ġejjin? F'kull każ kemm ilha li saret it-talba? F'kull każ x'inhi n-natura tal-akkuża jew akkużi kontra l-persuni li għalihom qed tintalab l-estradizzjoni? F'kull każ x'inhi n-nazzjonalità tal-persuna li tagħha qed tintalab l-estradizzjoni?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lil-Ministeru konċernat.

Arabja Sawdija — Stqarrijiet u rappreżentazzjonijiet dwar qtil ta’ ġurnalista

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi stqarrijiet u rappreżentazzjonijiet għamel il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ f'isem il-Gvern Malti dwar il-qtil tal-ġurnalist Jamal Khashoggi , liema qtil seħħ fil-bini tal-Konsulat Ġenerali tar-Renju tal-Arabja Sawdija f'Istanbul nhar it-2 ta' Ottubru 2018? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-imsemmija stqarrijiet u rappreżentazzjonijiet?

Response (ABELA, CARMELO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7490.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – impjegati li jaħdmu fuq kuntratt definittiv

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni fil-Ministeru u fid-dekasteri kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li jaħdmu fuq kuntratt tax-xogħol definittiv sal-aħħar tas-sena 2017? Jista’ jindika kemm kuntratti hemm li huma minn sitt xhur għal sitt xhur, kemm minn sena għal sena, u kemm iktar? Jista’ jindika kemm persuni kienu ta’ sess maskil u kemm femminil?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar tas-sena 2017, kien hemm 83 persuna li kellhom kuntratt ta’ xogħol definittiv fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ. Fost dawn kien hemm 46 li kellhom kuntratt minn sena sa sena filwaqt li 37 kellhom kuntratt ta’ tliet snin. Fost il-persuni kollha li kellhom kuntratt definittiv, kien hemm 21-il persuna ta’ sess femminili u 62 ta’ sess maskili. Fi ħdan l-Ambaxxati ta’ Malta kien hemm 65 persuna li jaħdmu fuq kuntratt tax-xogħol definittiv. Kien hemm kuntratt wieħed ta' sitt xhur għal sitt xhur (kuntratt ta' 6 xhur u wara jsir indefinit), kif ukoll 61 kuntratt validu għal sena li jiġġedded kull sena. Kien hemm ukoll żewġ kuntratti validi għal sentejn li jiġġeddu kull sentejn, u kuntratt wieħed li kien għal sena u ma jiġġeddidx. Minn dawn kien hemm 51 persuna ta’ sess femminili u 14 ta’ sess maskili. Ġewwa Trade Malta kien hemm żewġ impjegati fuq kuntratt tax-xogħol definittiv għal perjodu ta’ 3 snin. Dawn kienu persuna ta’ sess maskili u persuna ta’ sess feminili.