Legislature:
Category:
Reset
Active:

Homelessness - Definizzjoni legali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31941 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli u jgħid jekk teżistix definizzjoni legali ta’ ‘homelessness’?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Magistrati Inkwirenti - Ħlas ta’ esperti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-ispiża fuq il-ħlas tal-esperti tinkludix esperti maħtura minn Maġistrati Inkwirenti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi l-maġġoranza tal-ħlasijiet lil esperti huma esperti maħtura mill-Maġistrati Inkwerenti.  Għaldaqstant nikkonferma li l-spiża tal-ħlas tal-esperti tinkludi esperti maħtura mill-Maġistrati Inkwerenti.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni - Estimi - Item 5154

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-ispiża ta’ 8.3 miljun ewro għal spejjeż relatati ma’ ġurijiet, taħrikiet ta’ xhieda u esperti f’kawżi kriminali msemmija f’Item 5154 tal-estimi tal-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni kienu: i.            għall-ġurijiet; ii.            għat-taħrikiet ta’ xhieda u iii.            għall-ħlas ta’ esperti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni - Estimi - Item 31 - Servizzi professjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid ta’ xiex kienu s-servizzi professjonali li ġew provduti mill-benefiċċjarji tas-servizzi professjonali imsemmija f’Item 31 tal-estimi tal-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni - Estimi - Item 31 - Benefiċċjarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-benefiċċjarji tal-Item 31 – Professional Services imsemmi fl-estimi tal-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Kummissarju tal-Ġustizzja - Pussess ta’ aktar minn 7g ta’ kannabis

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna dehret quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja b’rabta ma’ pussess ta’ aktar minn 7g ta’ kannabis matul l-2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, matul is-sena 2025 sas-17 ta’ Novembru 2025, dehret persuna waħda biss quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja b’rabta ma’ pussess ta’ aktar minn 7 grammi ta’ kannabis.

Vjolenza domestika - Taħriġ lill-Membri tal-Ġudikatura

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30188 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid jekk isirx taħriġ dwar il-vjolenza domestika lill-Membri tal-Ġudikatura? Jista’ jgħid ukoll jekk qattx sar u jekk sar, meta?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Qorti - Żieda fl-awli

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30197 u jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern biex jiżdiedu l-awli fil-Qorti? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Gvern hux qed ifittex bini alternattiv għall-Qorti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’ din il-leġiżlatura bdew joperaw 4 Awli addizzjonali, Awla fil-Qorti tal-familja, Awla adattata għal ġurijiet fil-binja prinċipali tal-Qorti u 2 Awli addizzjonali fil-binja l-ġdida tal-Qorti, Binja Maġistrati Inkwerenti, fi Triq San Federiku, Valletta. Dan apparti l-proġett tal-Qorti ġdida f’ Għawdex, li kif tħabbar, kien iffirmat konvenju biex jassigura binja adekwata għal dan l-iskop. Dan filwaqt li hemm xogħol għaddej fuq il-proġett tal-Qorti Kummerċjali, li se jkun fih 2 Awli addizzjonali oħra, u l-bini mill-ġdid ta’ binja fi Strada Stretta, l-Belt Valletta, liema binja se tkun qed tospita 3 Awli u numru ta’ uffiċini. Il-Gvern mhux qiegħed ifittex bini alternattiv għall-Qorti, imma kien ħareġ sejħa pubblika ta’ espressjoni ta’ interess għal proprjeta adatta li tkun tista’ tintuża mill-Aġenzija. Fil-mument opportun il-Ministeru jkun jista’ jagħtu aktar dettalji dwar il-ħidma, inkluż rigward investiment pjanat fuq faċilitajiet ġodda u moderna għal Qorti tal-familja.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ksur ta’ ‘protection orders’

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30196 u jgħid kemm inkisru ‘protection orders’ li ħarġu favur il-vittmi tal-vjolenza domestika mill-allegati aggressuri fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Maġistrati - Inkjesti pendenti u każijiet oħra mhux relatati ma’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30191 u jgħid kemm għandhom inkjesti pendenti u każijiet oħra mhux relatati ma’ vjolenza domestika l-maġistrati sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Każijiet ta’ vjolenza domestika - Maġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentaru 30190 u jgħid kemm hemm maġistrati fuq każijiet ta’ vjolenza domestika bħalissa? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-caseload tal-każijiet ta’ vjolenza domestika li għandu kull wieħed minnhom sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Pagamenti lil kumpanija

Question

Fid-dawl tas-sentenza tal-arbitraġġ tal-Kamra Internazzjonali tal-Kummerċ (ICC), jista ’ l-Ministru jgħid x ’ kienu l-pagamenti kollha li saru lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista ’ jgħid ukoll ir-raġuni, id-data ta ’ meta saru u kemm kienu u min awtorizzahom, lil liema bank saru u f ’ liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f ’ liema munita saru?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Pagamenti lil kumpanija

Question

Fid-dawl tas-sentenza tal-arbitraġġ tal-Kamra Internazzjonali tal-Kummerċ (ICC), jista ’ l-Ministru jgħid x ’ kienu l-pagamenti kollha li saru lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista ’ jgħid ukoll ir-raġuni, id-data ta ’ meta saru u kemm kienu u min awtorizzahom, lil liema bank saru u f ’ liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f ’ liema munita saru?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Aġenzija għall-Għajnuna Legali - Evalwazzjoni tas-servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta sar l-aħħar eżerċizzju ta’ evalwazzjoni tas-servizzi pprovduti mill-Aġenzija għall-Għajnuna Legali? Jista’ jgħid ukoll kif qed jiġi żgurat li persuni li ma jistgħux iħallsu avukat privat jingħataw għajnuna adegwata u sodisfaċenti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-evalwazzjoni tas-servizzi pprovduti mill-Aġenzija għall-Għajnuna Legali huwa wieħed kontinwu minn sena għal sena sabiex tassigura li l-panels kollha stabbiliti jagħtu s-servizzi mistħoqqa liċ-ċittadini fil-gżejjer Maltin.   Fil-fatt isiru diversi laqgħat informali, matul is-sena, mal-avukati kollha fuq id-diversi panels sabiex jiġi żgurat li lakuni fis-sistema jiġu ndirizzati ħalli s-sistema tkun imħaddma mingħajr xkiel.  Kull tant żmien isiru laqgħat mal-Kamra tal-Avukati sabiex jiġu diskussi u esplorati prattiċi ta’ proċeduri legali sabiex is-sistemi jiġu modernizzati għaż-żminijiet tal-lum.  Matul is-sena 2025 bdew isiru taħditiet sabiex għas-sejħa tal-avukati għall-għajnuna legali li l-kuntratt tagħhom jibda mis-sena 2027 ikollhom kundizzjonijiet aħjar ħalli s-servizz ikompli jiġi mtejjeb filwaqt li ċ-ċittadin jieħu servizz aktar effikaċi, effiċjenti w adegwat. Ta’ min isemmi wkoll li l-għajnuna legali kif inhi stabbilita fil-liġi nostrana ma tingħatax biss lil dawk il-persuni li ma jistawx iħallsu servizz ta’ avukat privat, iżda tingħata lil kull ċittadin u individwu li skont il-liġi huwa eliġibbli għas-servizz bħalma huma l-vittmi tal-kriminalitá, vittmi abbażi tal-ġeneru w vjolenza domestika, u persuni akkużati b’reat kriminali u persuni li għandhom mandat t’arrest Ewropew u dan abbażi ta’ direttivi u regolamenti Ewropej li ġew trasposti fil-liġijiet lokali.  L-għajnuna legali tingħata minn avukati u prokuraturi legali li huma kollha kwalifikati w diliġenti fil-professjoni tagħhom, filwaqt li l-impjegati tal-Aġenzija jagħtu servizz pubbliku  bl-aktar mod professjonali sabiex jassistu lil kull klijent fil-ħin.  Ilmenti miġjuba mill-klijenti tal-għajnuna legali jittieħdu bis-serjeta’ u fejn kien hemm bżonn dawn l-ilmenti ġew riferuti quddiem il-Kumitat tal-Avukati u Prokuraturi Legali u il-Kummissjoni għall-Aministrazzjoni tal-Ġustizzja skont il-proċess stabilit.

Il-Qorti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-gvern għall-immodernizzar tal-qorti preżenti, u jekk dan jinkludix l-installazzjoni tal-arja kkundizzjonata fil-kurituri tal-qrati?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-investiment fl-immordenizzar tal-Qorti preżenti huwa wieħed kontinwu. Dan l-investiment kien jinkludi: -    Żieda ta’ uffiċini ġodda fit-tielet sular, -    Awla ġdida mgħammra b’teknoloġija avvanżata sabiex isiru l-ġurijiet fiha, -    Security Control Room, -    Sistema tal-Audio ġdida, -    Tqegħid ta’ travertine ġdid fid-daħla tal-Qorti, -    Installazzjoni ta’ Sistema ta’ arja kkunddizzjonata ġdida fir-raba’ sular u foyer tal-Qorti, -    Installazzjoni ta’ dawl ġdid mal-faċċata tal-Qorti, -    Rinovar tal-binja tal-Qorti tal-Familja u żieda ta’ Awla ġdida, -    Uffiċini ġodda fis-sezzjoni tal-Qorti tal-Kriminal, -    Platform lift ġdid, -    Restawr tax-Shafts, -    Sistema ta’ Arja kkundizzjonata ġdida fil-binja St Thomas More, -    Żewġ magni tal-Xray ġodda, -    Rekord ta’ investiment fir-riżorsa umana, bl-akbar numru ta’ ħaddiema, total ta' 598 ħaddiema, li jinkludu 92 Avukat, li 41 jipprestaw is-servizz tagħhom bħala Court Attorneys u 51 bħala Assistent Ġudizzjarji. Ta min wieħed jinnota li dawn fl-2012 kienu jammontaw għal biss 21 Assistent Ġudizzjarju fuq bażi part-time u dan wara li fl-2015 Gvern Laburista introduċa l-irwoli ta' Court Attorneys. Rigward is-sistema tal-arja kkundizzjonata fil-kuruturi tal-Qrati, ninforma lill-Onor. Interpellant li lejn l-aħħar tas-sena 2024, l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati kkummissjonat studju fuq il-possibilta’ li tiġi nstallata sistema tal-arja kkundizzjonata fil-kurituri tal-qrati. Dan ir-rapport qed jiġi analizzat mill-Aġenzija sabiex tiġi evalwata il-vijabilta’ li tiġi installata s-sistema tal-arja kkundizzjonata fil-kurituri tal-Qrati kemm mill-lat ta’ spiża kapitali, spiża rikurrenti u l-impatt fuq is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku tal-Qorti.

Spejjeż legali u extra-ġudizzjarji relatati mal-proċeduri kontra kumpanija

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31980, jista’ l-Ministru jagħti l-ammonti li ntefqu fuq spejjeż legali, spejjeż ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji, marbuta mal-proċeduri tal-arbitraġġ kontra l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u jaqsam dawn l-ispejjeż f’tabelli separati u xahar b’xahar?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nr 31980.

Spejjeż legali tal-Gvern dwar każ

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31929 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jgħid kemm ammontaw l-ispejjeż legali tal-Gvern għall-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u jagħti rendikont ta’ lil min tħallsu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nr 31980.

Sex Offenders Register

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31355 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm hemm persuni mniżżla fuq is-Sex Offenders Register? Jista’ jgħid ukoll x’inhi l-proċedura biex jiġi mħares li dawn il-persuni ma jerġgħux jagħmlu reat simili?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-reġistru ta’ persuni mixlija b’reati ta’ natura sesswali, kif ukoll persuni oħra kkundannati li jkunu wettqu reati ta’ vjolenza gravi, ġie stabilit permezz ta’ Att Nru XXIII tal-2011. Dan l-Att, inter alia, jiddetermina li r-responsabbiltà għaż-żamma tar-reġistru hija tal-Reġistratur tal-Qorti. Sal-ġurnata tal-lum, hemm 145 persuna mniżżla fuq dan ir-reġistru.