Tilwima Reġistrata bejn l-Uffiċjali tal-Komunità u l-LESA
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10697 u jgħid fiex tikkonsisti preċiżament (raġunijiet) it-tilwima reġistrata bħalissa bejn l-uffiċjali tal-komunità (wardens) u l-LESA?
Tilwima Reġistrata bejn l-Uffiċjali tal-Komunità u l-LESA — azzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10698 u jelenka x’azzjonijiet qed jieħdu l-uffiċjali tal-komunità (wardens) kawża għat-tilwima li huma għandhom mal-LESA?
Jista' l-Ministru jgħid sa mis-sena 2011 sal-lum, sena b' sena, kemm il-każ daħal fil-Qorti tal-Familja f'Għawdex li mar għal medjazzjoni? Jista' jgħid illum kemm hemm medjaturi fil-Qorti tal-Familja f'Għawdex u kemm-il siegħa fil-ġimgħa jaħdmu dawn il-medjaturi?
Response (BONNICI, OWEN)
Hawn taht hawn tabella bl-informazzjoni mitluba. Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Qorti ta’ Għawdex hemm medjatur waħda u taħdem erba’ sigħat fil-ġimgħa.
Sena
Numru ta’ każijiet li daħlu fil-Qorti tal-Familja f’Għawdex u i li marru għall-medjazzjoni
201175
201297
201385
201487
201598
2016119
2017106
201896
201937
Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili — appelli superjuri u inferjuri
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati kawżi ġodda fil-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili u kemm ġew preżentati Appelli Superjuri u Inferjuri tul dawn l-ewwel ħames xhur tas-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fil-Qrati ta’ Malta l-għadd ta’ kawżi ġodda ppreżentati fil-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili u l-għadd ta’ Appelli Superjuri u Inferjuri mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju 2019 kien hekk:
i. Kawżi fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili :
656
ii. Kawżi fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali) :
87
iii. Appelli fil-Qorti tal-Appell Superjuri :
181
iv. Appelli fil-Qorti Kostituzzjonali :
23
v. Appelli fil-Qorti tal-Appell Inferjuri :
163
Fil-Qorti Għawdex għadd ta’ kawżi ġodda ppreżentati fil-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili u l-għadd ta’ Appelli Superjuri u Inferjuri mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju 2019 kien hekk:
i. Kawżi fil- Prim’ Awla – Seżżjoni Ġenerali - 41
ii. Appelli Superjuri – Xejn
iii. Appelli Inferjuri – 6
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati ittri uffiċjali eżekuttivi indikati bħala 166A tul dawn l-aħħar ħames xhur ta' din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fil-Qorti ta’ Malta ġew ippreżentati 1335 Ittri Uffiċjali ai termini tal-Artikolu 166A tal-Kap 12 mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju 2019 – 61 ittra uffiċjali fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili u 1274 ittra uffiċjali fil-Qorti tal-Maġistrati.
Fil-Qorti Għawdex ġew ipprezentanti 61 Ittri Uffiċjali ai termini tal-Artikolu 166A tal-Kap 12 mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju 2019 – 2 ittri uffiċjali fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili u 59 ittra uffiċjali fil-Qorti tal-Maġistrati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati arbitraġġi ġodda tul dawn l-ewwel ħames xhur tas-sena u jindika kemm kienu volontarji, internazzjonali u mandatarji, kif ukoll kemm ġew deċiżi jew konklużi fl-istess żmien?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li bejn Jannar u Mejju 2019 ġew ippre¿entati fiċ-Ċentru dwar l-Arbitraġġ ta’ Malta 94 każ, li minnhom 83 kienu arbitraġġi mandatoriji, 4 kienu arbitraġġi volontarji u 7 kienu arbitraġġi internazzjonali.
Matul l-istess perjodu ġew deċiżi 89 każ.
Birkirkara – Dwal Triq Notabile, arkati tal-Akwedott u l-Ġnejna
Question
Jista’ l-Ministru jara li Triq Notabile bejn Triq Ħal Qormi u Triq l-Indjana, fi Fleur-de-Lys, Birkirkara li ilha fi dlam ċappa għal ħafna ġranet, flimkien mal-arkati tal-Akwedott, u l-Ġnejna, jiġu mixgħula mill-ġdid mill-aktar fis?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara li l-ilment imressaq mill-Onor. Interpellant ġie mgħoddi lill-entità konċernata.
Birkirkara – Triq il-Knisja l-Qadima – żieda ta’ dog bins u litter bins
Question
Jista’ l-Ministru jara li jiżdiedu d-dog bins u l- litter bins fit-traffic island tal-parking space ta' Triq il-Knisja l-Qadima faċċata ta’ Triq Karm Zerafa, Birkirkara kif ukoll it-tindif ta' ħaxix ħażin li kiber mal-bankini fl-istess triq?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara li t-talba għall-bins qiegħda tiġi evalwata mal-kuntratturi responsabbli. Ninsab infurmat wkoll li l-qtugħ ta’ ħaxix ħażin fiż-żona diġà sar. Peress li mhux qed jintuża bexx, il-ħaxix jibqa’ jikber u qed tkun problema biex wieħed imantih fuq bażi regolari.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — għarfien fuq traffikar ta' persuni
Question
B'referenza għar-rapport “Trafficking in Persons Report” maħruġ mill-US State Department 2019 jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-twegiba li nghatat ghall-mistoqsija parlamentari 10649.
Lista aġġornata ta’ Sindki, Viċi Sindki u kunsilliera
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista l-ġdida tas-Sindki, Viċi Sindki u kunsilliera tal-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex wara r-riżultat tal-elezzjoni ta’ Mejju 2019?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista l-ġdida tal-kunsilliera tal-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex wara r-riżultat tal-elezzjonijiet ta’ Mejju 2019. Dawn il-kunsillieri jidħlu fil-kariga mill-1 ta’ Lulju 2019.
Ser issir l-aċċettazzjoni tal-karigi tas-Sindki u l-Viċi Sindki fl-ewwel ġimgħa ta’ Lulju skont l-Artiklu 25 (4) tal-Att dwar Gvern Lokali. Għaldaqstant tali informazzjoni tingħata aktar l’quddiem.
B'referenza għar-rapport “Trafficking in Persons Report” maħruġ mill-US State Department 2019 jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel biex tissolva l-problema tal-interpreti għall-vittmi waqt proċeduri fil-Qrati, kif indikat fir-rapport?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa waqt l-investigazzjoni li l-vittmi jagħmlu talba, jew jinħass il-ħtieġa għal interpretu. Għaldaqstant, ikunu l-pulizija li jipprovdu interpretu għall-vittma bir-riżultat illi kif jinbdew il-proċeduri fil-Qrati dan l-istess interpretu, sabiex ikun hemm kontinwita, jibqa’ jassisti lil vittma. Għalhekk waqt il-proċeduri fil-qrati normalment ma jkunx hemm problema sabiex jinstab interpretu. Kif issir it-talba quddiem il-Qorti, il-Qorti tikkonferma l-istess interpretu li jkun qed jakkumpanja l-vittma.
Fil-każ li għal xi raġuni ma jinstabx interpretu għal xi lingwa partikolari, isir kuntatt mal-Foreign Office, jew mal-Ambaxxati, jew mal-Konsulati jew mal-Uffiċju tar-Refuġjati ħalli jiġi provdut interpetu għal vittmi.
Mellieħa – Triq Ġorġ Borġ Olivier – sejba ta’ xelter – rapport
Question
B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 9968, 9748 u 10038 rigward is-sejba ta’ xelter tat-Tieni Gwerra Dinjija fil-Mellieħa (Triq Ġorġ Borġ Olivier) jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li tħejja mill-uffiċċjal tas-Sovritendenza għall-Wirt Storiku kif ukoll rapporti oħra li setgħu saru fuq l-istess suġġett?
Inkjesta Egrant – rapport mhux ippubblikat – kwotazzjonijiet minn Ministri
Question
Jista’ l-Ministru jispjega kif il-Ministri tal-Ekonomija, tal-Finanzi u tat-Turiżmu kkwotaw mir-rapport mhux ippubblikat tal-Inkjesta Egrant, meta ftit jiem ilu huma wieġbu fil-Qorti għat-talba tas-soċjetà ċivili Repubblika għal ftuħ ta’ Inkjesta Maġisterjali dwar l-isptarijiet pubbliċi?
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ingħataw it-tarmak fil-lokal tal-Mellieħa bejn l-2013 u l-2019 mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.
Kisi bit-tarmaku bankini li saru mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa bejn l-2013 u l-2019
Triq il-Wied ta` Ruman
Triq il-Marlozz
Triq Ramlet il-Qortin
Triq it-Tumbrell
Triq it-Tunnaġġ
Triq il-Kaħli
Triq il-Klamari
Triq il-Qortin
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema toroq sar dawl ġdid mill-Kunsill Lokali fil-Mellieħa bejn l-2013 u l-2019?
Response (BONNICI, OWEN)
Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.
L-iskema ta’ dwal ġodda li ġew installati mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa bejn l-2013 u l-2019
Fuq l-arbli
(Whip Type)Triq il-Pont
Triq Monsinjur Gużeppi Schembri
Triq il-Modd
Ix-Xatt ta’ Santa Marija
Triq Għajn Żejtuna
Triq il-Qasab
Triq Ta’ Taħt L-Irdum
Triq il-Qortin
Mal-ħitan
(Pistol Type)Żona tal-boathouses tal-Armier iż-Żgħir
Triq Adenau
Triq il-Kbira
Triq Ġorġ Borg Olivier
OrnamentaliTriq il-Parroċċa
Triq San Publiju
Triq il-Knisja l-Qadima (Manikata)
Triq il-Fuħħar (Manikata)
Triq ix-Xifer (Manikata)
Triq l-Għasafar (Manikata)
Triq San Ġużepp (Manikata)
Triq il-Ġilju (Manikata)
Triq ir-Raħħala (Manikata)
Triq Dun Manwel Grima (Manikata)
Misraħ il-Parroċċa (Manikata)
Triq il-Madonna tal-Għar
Triq it-Tramuntana
Triq San Pawl
Il-Manikata — investiment mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’investiment sar mill-Kunsill Lokali fil-Mellieħa bejn l-2013 u l-2019 fil-Manikata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li bejn l-2013 u l-2019, il-Kunsill iddeċieda li għandu jinvesti fil-Manikata fl-oqsma segwenti:
·
Architectural lighting
madwar il-knisja tal-Manikata;
· Skema ta’ dwal Ornamentalii ġodda fil-
village core
;
·
Resurfacing
ta’ Triq il-Wilġa u Trejqet il-Ħarrub iffinanzjat taħt il-Miżura 4.4 tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali;
· Restawr tal-Knisja l-Qadima permezz tal-Iskema dwar Restawr għall-Kunsilli Lokali 2018;
· Introduzzjoni ta’ skema tat-traffiku ġdida madwar Misraħ il-Parroċċa;
· Pavimentar tal-bankina quddiem il-Knisja Parrokkjali.
Mużew Marittimu ta’ Malta – tender għar-restawr tal-aperturi tal-injam
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jinħareġ it-tender għar-restawr tal-aperturi tal-injam fuq il-faċċati u fuq it-turrets tal-Mużew Marittimu ta’ Malta, liema tender kien ġie kanċellat?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li tender għal xogħol fuq l-aperturi esterni kollha tal-Mużew Marittimu diġà ġiet ippubblikata u wara l-proċess dovut, dan ix-xogħol ġie awarded. (CT2397/2018 awarded 29th April 2019).