Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9083 u jgħid kemm kien hemm missirijiet u ommijiet li fis-sena 2022 instabu ħatja ta' ksur tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta) artikolu 338(z), dwar in-nuqqas ta' ħlas tal-manteniment, u artikolu 338(II), dwar in-nuqqas ta' aċċess ta' wlied minuri, u kemm weħlu twissijiet, multi, ħabs sospiż u/jew priġunerija?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9084 u jgħid kemm kien hemm missirijiet u ommijiet li fis-sena 2020 effettivament instabu ħatja ta' ksur tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta) artikolu 338(z), dwar in-nuqqas ta' ħlas tal-manteniment, u artikolu 338(II), dwar in-nuqqas ta' aċċess ta' wlied minuri, u kemm weħlu twissijiet, multi, ħabs sospiż u/jew priġunerija?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja – entitajiet li joperaw minn binjiet bil-kera
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li joperaw minn binjiet li huma mikrija? Jista’ jgħid liema binjiet huma, meta bdew jinkrew, kemm hi l-kirja kull sena u meta tagħlaq tali kirja?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-24 ta’ Mejju 2023.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8421 u jgħid x'tip ta' sentenza ngħatat għal kull każ li nstabu ħatja tfal taħt it-18-il sena li tressqu quddiem il-Juvenile Court fis-snin 2020, 2021 u 2022?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 9078.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm missirijiet u ommijiet li fis-sena 2022 instabu ħatja ta' ksur tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta) artikolu 338(z), dwar in-nuqqas ta' ħlas tal-manteniment, u artikolu 338(II), dwar in-nuqqas ta' aċċess ta' wlied minuri, u kemm weħlu twissijiet, multi, ħabs sospiż u/jew priġunerija?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm missirijiet u ommijiet li fis-sena 2020 effettivament instabu ħatja ta' ksur tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta) artikolu 338(z), dwar in-nuqqas ta' ħlas tal-manteniment, u artikolu 338(II), dwar in-nuqqas ta' aċċess ta' wlied minuri, u kemm weħlu twissijiet, multi, ħabs sospiż u/jew priġunerija?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat – kundizzjonijiet tal-avukati u prokuraturi legali
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 7941, 8315, 8478 u 8702, jista’ l-Ministru jara li n-negozjati jkunu verament? Jista’ jagħti attenzjoni għal din is-sitwazzjoni u jittrattaha fl-iqsar żmien possibbli tenut kont tal-fatt li hemm differenza sostanzjali fil-kondizzjonijiet preżenti meta kkomparati ma’ dawk tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u fl-interess tal-Istat ikun aħjar jekk ikunu uniformi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Filwaqt li għal darb'oħra nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li tajt fir-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari bin-numri 7941, 8315, 8478 u 8702, nikkonferma li bħala Ministeru ser inkunu qed naraw li l-proċess tad-diskussjonijiet jibqa’ għaddej sakemm il-partijiet isibu ftehim.
Juvenile Court — tfal imressqa li kellhom taħt it-18-il sena
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8419 u jgħid kemm tressqu tfal taħt it-18-il sena quddiem il-Juvenile Court fis-snin 2020, 2021 u 2022 u x'kienet l-età tagħhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-snin 2020, 2021 u 2022 b’kollox tressqu mija tmienja u tmenin (188) każ quddiem il-Juvenile Court li l-età tagħhom tvarja bejn l-erbatax (14) u t-tmintax (18)-il sena.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8420 u jgħid għal liema reati tressqu tfal taħt it-18-il sena quddiem il-Juvenile Court fis-snin 2020, 2021 u 2022? Kemm minn dawn il-każijiet instabu ħatja? Kemm minn dawn il-każijiet għadhom pendenti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-każijiet kollha deċiżi għal liema reati tressqu, x’kienet l-età tagħhom, kemm minnhom instabu ħatja u x’sentenza ngħataw għas-snin 2020, 2021 u 2022. Kawżi pendenti sal-aħħar ta’ April 2023 hemm mija tlieta u sittin (163) każ.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-Preliminary Market Consultation li ħarġet l-Aġenzija tal-Qrati 'Proposal for Available Property or Land for Outright Acquisition in Victoria (Rabat) Gozo or in the Vicinity of Victoria (Rabat) Gozo to be Converted into Gozo Court' li għalqet fis-6 ta' Jannar 2023? Jista’ jgħid jekk il-proposti mitfugħa ġewx evalwati u tħejjiex rapport fuq dawn il-proposti u jekk iva, iqiegħed ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-evalwazzjoni tal-proposti mitfugħa għadha għaddejja.
Ministeru għall-Ġustizzja – kuntratti ma’ influencers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru u/jew kwalunkwe awtoritajiet/aġenziji li jaqgħu taħtu għandhomx kuntratti ma’ influencers biex jippromwovu l-ħidma tal-istess Ministeru u/jew aġenziji lill-udjenza tagħhom fuq pjattaformi tal-media soċjali? Jekk iva, jista’ għal kull kuntratt jgħid kemm intefqu flus fi promozzjonijiet sa mill-bidu tal-ftehim?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u l-awtoritajiet u aġenziji li jaqgħu taħti m’għandhomx kuntratti ma’ influencers biex jippromwovu x-xogħol li qed isir mill-Ministeru jew mill-awtoritajiet u l-aġenziji.
Ġenituri li nstabu ħatja ta’ ksur tal-Kodiċi Kriminali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8414 fl-intier tagħha u jgħid kemm missirijiet u ommijiet fis-sena 2022 effettivament instabu ħatja ta' ksur tal-artikolu 339(z) tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta) dwar in-nuqqas ta' ħlas tal-manteniment, u artikolu 338(II) dwar in-nuqqas ta' aċċess ta' wlied minuri, u kemm weħlu twissijiet, multi, ħabs sospiż u/jew priġunerija?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet ir-reviżjoni tal-ħlas li qed isir lill-Avukati tat-Tfal? Jista’ jindika meta se jibdew jitħallsu retainer kull xahar sabiex verament ikopri x-xogħol estensiv mitlub minnhom fil-Qorti tal-Minorenni?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru kontinwament iħares u jikkunsidra titjib fil-kundizzjonijiet tal-professjonisti u l-ħaddiema involuti fil-proċess ġudizzjarju. Kull żvilupp f’dan ir-rigward jitħabbar fil-mument u fil-fora opportuni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew il-billboards li jirreklamaw ir-"Riforma" tal-Kumpilazzjonijiet u r-Rinviji, u jista’ jgħid ukoll kemm ġew jiswew il-billboards biex inbidlu fejn "Riforma" inkitbet "Rifroma"?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-billboards tar-Riforma li jinsabu f’5 lokalitajiet f’postijiet prominenti ġew jiswew €6,750.
Is-supplier assuma l-ispejjeż biex inbidlu l-billboards.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ingaġġax persuni full-time jew part-time, u kemm persuni ingaġġa, biex joffru servizzi ta' fotografija matul l-2022? Jista' jgħid l-ammont ta' flus li l-Ministeru nefaq fuq servizzi ta' fotografija matul l-2022?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ma ingaġġa l-ebda persuna biex toffri servizzi ta' fotografija, la fuq bażi full-time u lanqas part-time. Fl-2022, il-Ministeru għamel użu minn servizz sporadiku ta' fotografija li ammonta għal spiża ta' € 1,040.
Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat – kundizzjonijiet tal-avukati u prokuraturi legali
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 7941, 8315 u 8478, jista’ l-Ministru jara li n-negozjati indikati fl-aħħar tweġiba jsiru verament fl-iqsar żmien possibbli, tenut kont tal-fatt li hemm differenza sostanzjali fil-kondizzjonijiet preżenti ma’ dawk tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u fl-interess tal-Istat ikun aħjar jekk ikunu uniformi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandix xi nżid iktar mat-tweġibiet li tajt fil-mistoqsijiet parlamentari numri 7941, 8315 u 8478.
Ministeru għall-Ġustizzja – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8343 dwar persuni ġodda impjegati fl-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Ġustizzja, jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ ħaddiema impjegati minn kull waħda mil-lokalitajiet imsemmija?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.