Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema li ħarġu bil-kwarantina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li ħarġu bi kwarantina minħabba kuntatt ma’ persuni bil-COVID-19?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninsab infurmat li kiem hemm 12 -il ħaddiem tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħi li ħarġu bi kwarantina minħabba kuntatt ma’ persuni bil-COVID 19.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema infettati bil-Covid-19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li kienu infettati mill-COVID-19?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninsab infurmat li ma kienx hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħi li kienu infettati mill-COVID-19.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-ebda entità fi ħdani ma ħalset għal spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ħaddiema - Telework

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li applikaw għat-teleworking? Kemm minnhom ingħataw il-permess? Kemm minn dawk li applikaw kienu nisa u kemm minnhom irġiel? Kemm minn dawk li fil-fatt ħadmu (jew qed jaħdmu) permezz tat-teleworking kienu nisa u kemm minnhom irġiel?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ parkeġġi ri¿ervati fil-Belt Valletta huwa ta’ erbgħa (4).

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru – talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16449 u jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (ABELA, CARMELO)

B’żieda mal-informazzjoni li diġà ngħatat fil-PQs 11385 u 11599 li diġà rreferejna għalihom l-ewwel darba, li kopriet il-perjodu sa Settembru 2019, nixtieq inżid li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lil dan il-Ministeru, bl-entitajiet u l-awtoritajiet taħtu inklużi, hu kif ġej: Jannar-Settembru 2020: 1 talba Din it-talba ġiet milqugħa. It-talba saret minn midja u kienet dwar aspetti varji tal-operat ta’ enitita` li taqgħa taħt il-Ministeru.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — karigi minn persuni barra s-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-karigi fis-Segretarjat Privat tiegħu u tas-Segretarjat Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-persuni li jokkupawhom, ġew ingaġġati minn barra s-settur pubbliku?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-karigi fis-Segretarjat Privat fi ħdan il-Ministeru tiegħi li ġew ingaġġati minn barra s-settur pubbliku huma: Kariga Numru ta’ persuni Customer Care Officer 1 Communications Secretary 1 Ministry Coordinator 1 Secretariat Officer 2 Member of Secretariat Pool 2 Secretariat Messenger 3 Secretariat Messenger/Charwoman 1 Personal Driver/Security Officer 1

PBS – messaġġ tal-Prim Ministru mxandar

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il talba rċeviet il-Public Broadcasting Services Limited sabiex jiġi mxandar messaġġ mill-Prim Ministru u/jew minn Ministru tal-Gvern fuq Television Malta? Jista' jagħti d-data ta' kull waħda minn dawn it-talbiet, id-data u l-ħin ta' meta ġie mxandar kull messaġġ, l-istazzjon jew stazzjonijiet li fuqu ġie mxandar il-messaġġ, is-suġġett tal-messaġġ, il-format tal-messaġġ, minn minn sar il-messaġġ kif ukoll it-tul tal-messaġġ li ġie mxandar?

Response (ABELA, CARMELO)

Nifhem li l-Onor. Interpellant konxju li, bħalma dejjem kienet il-prassi, jixxandru l-messaġġi tradizzjonali ta’ kull sena mill-Prim Ministru fl-okkażjoni tal-Milied, l-Ewwel tas-Sena u fl-ewwel mitt jum mill-ħatra ta’ Kap ta’ Gvern.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħataw l-ebda kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħi jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħi.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru – talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-PQs 11385 u 11599 li għamel hu stess f’Ottubru tas-sena li għaddiet. Hekk kif tinġabar l-informazzjoni ulterjuri mitluba minnu, din tkun tista’ tingħata wkoll.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — sponsorships/grants mogħtija

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-isponsorships/grants kollha li ngħataw minn xi dipartiment jew entità fil-Ministeru tiegħu sena b’sena, mis-sena 2015 ‘il hawn u għal kull sponsorship/grant jgħid kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju, x’kien il-proġett/inizzjattiva u meta ngħatat?

Response (ABELA, CARMELO)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

PBS – Rappreżentanza tal-partiti politiċi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15978, jista' l-Minsitru jagħti statistika dwar rappreżentanza tal-partiti politiċi, u bilanċ bejn dawn, fuq programmi mxandra mill-PBS skont informazzjoni mogħtija lill-Awtorità tax-xandir?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’seduta oħra.

PBS — Kodiċi ta' Etika

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Kodiċi ta' Etika għall-ġurnalisti tal-Public Broadcasting Services? Jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabbli għall-ħarsien tal-imsemmi Kodiċi ta' Etika?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Public Broadcasting Services Ltd., għandha linji gwida editorjali li jiġu segwiti kemm mill-ġurnalisti tal-PBS u kif ukoll mill-produtturi u pre¿entaturi tal-programmi. Kull aspett editorjali huwa fir-responsabbiltà tal-Bord Editorjali. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-Kodiċi ta’ Etika għall-ġurmalisti tal-PBS.

PBS — Kodiċi ta' Etika

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Kodiċi ta' Etika dwar programmi, sponsorships u reklami tal-Public Broadcasting Services? Jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabbli għall-ħarsien tal-imsemmi Kodiċi ta' Etika?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Public Broadcasting Services Ltd. għandha linji gwida editorjali li jiġu segwiti mill-produtturi u preżentaturi tal-programmi li jiġu mxandra fuq l-Istazzjon Nazzjonali. Kull aspett editorjali huwa fir-responsabbilta’ tal-Bord Editorjali. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-Kodiċi ta' Etika dwar programmi, sponsorships u reklami tal-Public Broadcasting Services.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — impatt ta’ Brexit fuq pajjiżna – impact assessment

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar impact assessment li sar fir-rigward tal-impatt tal-Brexit fuq pajjiżna?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — first aiders kwalifikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm First Aiders kwalifikati fil-Ministeru u fid-dipartimenti/entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment/entità rispettiva?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninsab infurmat li fil-Ministeru u fid-dipartimenti/entitajiet kollha li jaqgħu taħti hemm 9 First Aiders kwalifikati.

PBS – Rappreżentanza tal-partiti politiċi

Question

Jista' l-Ministru jagħti statistika dwar ir-rappreżentanza ta’ partiti politiċi mxandra fuq il-PBS mill-2017 s'issa?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex ikun aktar speċifiku fit-talba tiegħu.

National Broadcasting Policy

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13195, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex tkun aġġornata n-National Broadcasting Policy?

Response (ABELA, CARMELO)

Ma għandi xejn xi nżid mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13195.

Public Service Obligation

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13193, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet id-diskussjoni fuq il-Public Service Obligation, u ċjoè jistax issa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar kuntratt mal-Public Broadcasting Services Ltd?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjoni fuq il-Public Service Obligation waslet fl-aħħar fażi tagħha u għaldaqstant għadu primatur biex jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

PBS – Bord Editorjali

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14162, jista’ l-Ministru jgħid minn min hu kompost il-Bord Editorjali l-ġdid tal-PBS u sakemm jestendi t-terminu tal-istess Bord?

Response (ABELA, CARMELO)

Ma għandi xejn xi nżid mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14162.