Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #19464 Sitting 457 2021-05-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Maternity Fund — fondi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid f’kemm fondi jikkonsisti l-Maternity Fund bħalissa?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #20283 Sitting 457 2021-05-05 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema b’diżabilità

Question

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 19105, bħala kjarifika, jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk inħatrux impjegati b’diżabbiltà fid-dekasteru tiegħu?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li iva ġew impjegati.
Leg 13 PQ #19371 Sitting 456 2021-05-04 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministeru – konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni — nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2390 u jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li ebda entita u dipartiment fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru ma nefqu flus għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni minn Marzu 2013 l’hawn.
Leg 13 PQ #20518 Sitting 456 2021-05-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministeri — fondi ewropej taħt il-Programm ta' Fondi Strutturali u Fondi ta Koezjoni Ewropej

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intużaw Fondi Ewropej minn kull Ministeru taħt il-programm ta' Fondi Strutturali u Fondi ta' Koezjoni Ewropej 2014-2020, sena b'sena? Kemm baqa; fondi minn dan il-programm x'jintefqu fis-snin li ġejjin?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #20615 Sitting 456 2021-05-04 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tribunal ta’ Reviżjoni u tal-Ippjanar – seduti kanċellati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra għaliex is-smigħ tas-seduti kollha tal-appelli quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u tal-Ipjannar għal Mejju ġew kanċellati u meta ser jerġgħu jibdew?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #19342 Sitting 455 2021-05-03 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Management Efficieny Unit – impjegati b’collective agreement

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-impjegati tal-Management Efficiency Unit fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru humiex regolati b’collective agreement u jekk le, x’inhuwa l-ftehim li hemm jirregola l-impjegati?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li l-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-impjegati fi ħdan l-MEU huma regolati bi ftehim intern.
Leg 13 PQ #19343 Sitting 455 2021-05-03 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Management Efficiency Unit – ftehim skadut tal-impjegati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta skada l-ftehim (huwiex collective agreement jew memorandum of understanding jew ftehim ieħor) li hemm jirregola l-impjegati fil-Management Efficiency Unit?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li l-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-impjegati fi ħdan l-MEU huma regolati bi ftehim intern li jindika s-salarji sal-aħħar tas-sena tal-2015 u minn dak i¿-¿mien sal-llum l-impjegati komplew ikunu koperti bl-istess ftehim. Ta min wieħed jinnota li l-Gvern mar quddiem l-impjegati bi proposti għal ¿idiet li qatt ma ġew aċċettati.
Leg 13 PQ #19344 Sitting 455 2021-05-03 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Management Efficiency Unit – ingaġġ ta’ persuni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni fil-Management Efficiency Unit fl-2018, 2019 u 2020 sena b’sena? Jista’ jikkonferma jekk għandhomx kuntratt iffirmat ta’ impjieg?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li n-numru ta’ impjegati ġodda fl-MEU huwa ta’ erbgħa fl-2018. Ma ġie impjegat ħadd ġdid fl-2019 u 2020. Nfurmat ukoll li iva ovvja li jekk ġew impjegati, iffirmaw kuntratt ta’ impjieg.
Leg 13 PQ #20271 Sitting 455 2021-05-03 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – rwol ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jipprovdi rendikont u informazzjoni dettaljata tar-rwol tal-individwu lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru mis-sena 2013 sa 2019? Fuq liema proġetti ħadem u f'liema kapaċità?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha hi mpjegata mal-aġenzija MITA. Bejn is-snin 2015 u 2019, din il-persuna kienet seconded mas-Segretarjat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru fejn ħadmet fuq numru ta’proġetti b’interessi nazzjonali, fosthom il-Park Nazzjonali tal-Inwadar, il-grawnd tal-futbol ta’ Marsaskala, ir-regolamenti għall-Kummerċjalizzazzjoni tal-faċilitajiet sportivi, evalwar ta’ applikazzjonijiet taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-I¿vilupp Rurali, il-pixxina tal-waterpolo f’Marsaskala, il-proġett ta’ Puttinu fiċ-ċentru ta’ Londra, il-proġett ta’ Pjazza Tritoni, u l-Park Nazzjonali tas-Salina.
Leg 13 PQ #20646 Sitting 454 2021-04-28 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20478 u jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bordijiet, li jirregolaw l-entitajiet governattivi indikati fl-emendi fl-Att VII tal-2015, attwalment kollha għandhom membru li hu/i persuna b’diżabilità, għajr wieħed. F’dan il-każ, mhux isir użu mill-pożizzjoni ta’ membru li żdiedet bl-emendi fil-Liġi sakemm tinstab persuna idonea li tkun tista’ tokkupa r-rwol. Inżid li l-Liġi msemmija ma tobbligax li l-membru b’diżabilità jkun fuq bord bħala “rappreżentant għall-persuni b’diżabilità”, kif qed jindika l-istess interpellant. Ma’ dan irid jingħad ukoll li hemm għadd ta’ bordijiet, kumitati, fora u forom oħrajn ta’ tmexxija li għandhom fi ħdanhom membri li huma persuni b’diżabilità, avolja ma jaqgħux taħt l-emendi fl-Att imsemmi aktar ’il fuq.
Leg 13 PQ #20735 Sitting 454 2021-04-28 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi Ewropej

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm Malta ħadet f'fondi ewropej, sena b'sena mill-2013 'l hawn? Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm minnhom intefqu f'Għawdex, sena b'sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari 11725 tal-Leġislatura 12 u 18838 ta’din l-Leġislatura.
Leg 13 PQ #20354 Sitting 453 2021-04-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġetti u programmi/inizjattivi kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari, 18363, 18106 u 16776 li oriġinarjament saru lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u issa ġiet riferuta lilu u jagħti dettalji dwar il-proġetti u programmi/inizjattivi kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea ġewwa Malta u Għawdex separatament li bħalissa għaddej ix-xogħol fuqhom jew għadhom għaddejjin? Jista' jagħti l-valur totali, għal kull proġett jew programm/inizjattiva, ta’ kemm se jiġi jiswa u kemm minnu hu kofinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid meta hu maħsub (xahar u sena) li jispiċċa kull proġett jew programm/inizjattiva?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 18838.
Leg 13 PQ #20558 Sitting 453 2021-04-27 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħlasijiet lill-Università Amerikana fl-Isla

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm tħallas fil-passat, u/jew għadu qed jitħallas minn fondi pubbliċi biex ġie restawrat il-bini tal-Università Amerikana fl-Isla? Jista’ jgħid hekk dawn il-figuri jinkludux ukoll xi sussidji li qed jitħallsu għal din l-entità privata kif ukoll promessi li ġew inklużi fil-kuntratt ta’ taxxa sussidjata fuq il-qligħ?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li ma tħallsu l-ebda fondi pubbliċi kif qed jindika hu.
Leg 13 PQ #20611 Sitting 453 2021-04-27 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

React EU – nefqa tal-fondi

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Parlament dwar il-mod li bih Malta se tonfoq il-fondi Ewropej allokati għaliha taħt l-hekk imsejjaħ React EU?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li Malta ġiet allokata madwar € 112-il miljun (prezzijiet kurrenti) f'Fondi tal-UE taħt il-programm REACT UE. Il-Gvern ser juża dawn il-Fondi biex jagħmel tajjeb għal-parti mill-ispiża tal-iskema tal-Malta Enterprise li biha ġew salvagwardjati l-impjiegi b’riżultat tal-COVID 19.
Leg 13 PQ #20563 Sitting 452 2021-04-26 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Inawgurazzjoni tal-Marsa Junction — nefqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret b'rabta mal-inawgurazzjoni tal-proġett tal-Marsa Junction u li saret nhar il-Ħamis 15 ta' April 2021? Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija inawgurazzjoni?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill- Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari nru 20562.
Leg 13 PQ #20609 Sitting 452 2021-04-26 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi strutturali tal-budget Ewropew għas-snin 2014-2020

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Parlament f'ċifri perċentwali u reali kemm Malta użat mill-fondi strutturali tal-Budget Ewropew għas-snin 2014 - 2020? Jista' jagħti d-dettalji?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li sa issa Malta użat madwar €65.8 miljun jew 52% mill-allokazzjoni taħt il- Fond Soċjali Ewropew; €224.5 miljun jew 64.1% mill-allokazzjoni taħt il- Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali; u €141.9 miljun jew 73% mill-allokazzjoni taħt il- Fond ta’ Koeżjoni. Ta min ifakkar li Malta għandha sal-aħħar tal-2023 sabiex tutilizza l-fondi kollha allokati taħt dawn il-programmi għas-snin 2014 – 2020.
Leg 13 PQ #20610 Sitting 452 2021-04-26 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi strutturali għall-budget Ewropew – pjan dwar nefqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Parlament f'liema stadju waslet Malta fil-pjan tagħha dwar kif se jintefqu l-fondi strutturali għall-budget Ewropew li beda fl-2021? Jista' jagħti d-dettalji?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-proċess li ser iwassal għal-pjan finali ta’ kif ser jintefqu l-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni f’pajjizna ilu li nbeda u issa wasal f’livell avvanzat. F’dawn l-aħħar sentejn saret konsultazzjoni wiesgħa mal- ministeri u entitajiet pubbliċi, kif ukoll l-imsieħba socjali u partijiet interessati oħrajn. Qed isiru ukoll diskussjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea dwar dan. Huwa mistenni li fix-xhur li ġejjin il-Gvern ser ikun qiegħed jiffinalizza dan ix-xogħol u l-abbozzi tal-programmi varji jitpoġġew għal konsultazzjoni aktar wiesgħa mal-pubbliku.
Leg 13 PQ #18962 Sitting 451 2021-04-21 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Chairman tal-Employment Relations Board – kundanna mit-Tribunal Industrijali

Question

Kif jista’ l-Prim Ministru jiġġustifika li persuna (hi min hi) li tkun iċ-Chairman tal-Employment Relations Board wara li tkun ġiet ikkundannata/misjuba ħatja mit-Tribunal Industrijali meta kienet Chairman ta’ entità governattiva u allura employer talli huwa keċċa illegalment impjegat, iktar u iktar meta dan l-impjegat kien tkeċċa mill-istess Chairman għax l-impjegat ried iwaqqaf l-abbużi tal-allura Chairman tal-PBS mit-taxxi tal-poplu?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #19001 Sitting 451 2021-04-21 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissarju kontra l-Burokrazija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min hu l-Kummissarju kontra l-Burokrazija?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 18650.
Leg 13 PQ #20324 Sitting 450 2021-04-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bord għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet – membri

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri appuntati fuq il-Bord għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet a tenur tal-artikolu 24 tal-Att dwar ir-Regolament ta’ Ċerti Xogħlijiet f’Utilitajiet u Servizzi Kap. 81? Meta ġew appuntati u t-tul tal-ħatra tagħhom?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.