B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22565, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-imsemmi ftehim, u jgħid meta u kif saru, jgħid liema huma d-djar tal-anzjani privati kollha li l-gvern għandu magħhom Private Public Partership Agreement u jgħid x’rati ta’ ħlas qed jitħallsu fuq it-18–il pazjent li ttieħdu Casa Arkati u Villa Messina?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dipartiment għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunità għandu numru ta’ Private Public Partnership Agreements mad-djar li ġejjin:
§ Casa Arkati
§ Casa Serena
§ Central Home
§ Roseville
§ Villa Messina
Ir-rata li qed iħallsu l-pazjenti li ttieħdu Casa Arkati u Villa Messina tvarja skond il-livell tad-dipendenza tal-pazjent.
Il-kuntratti jikkostitwixxu relazzjoni legali bejn il-partijiet involuti fihom u sal-lum jonqos il-kunsens tal-kuntratturi rispettivi. Għaldaqstant ma tistax tingħata informazzjoni sakemm il-kuntratturi ma jipprovdux il-kunsens bil-miktub.
Jista' d-Dipartiment tas-Saħħa jgħid kemm-il kampanja ta' edukazzjoni għandu ppjanata għas-sena 2011, għal liema udjenza hija din il-kampanja immirata u kemm hemm flus iddedikati għal kull kampanja? Jista' jgħid x'topicssejrin jiffukaw fuqhom dawn il-kampanji?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard għandu diversi kampanji ta’ edukazzjoni u promozzjoni tas–saħħa ppjanati għas-sena 2011. Apparti l-kampanji msemmija hawn taħt id-diversi kampanji jkunu relatati mad-diversi jiem li jfakkru diversi aspetti tas-saħħa. Għalkemm l-ispiża għal kull kampanja individwali għadha ma ġietx stabbilita, għas-sena 2011 hemm allokati €120,000 biex ikopru l-ispejjeż ta’ dawn il-kampanji.
Il-priorita’ tibqa’ l-obeżita’ u għalhekk ser jissoktaw il-kampanji u l-inizjattivi mmirati lejn il-pubbliku inġenerali, kif ukoll kampanji mmirati speċifikament lejn it-tfal u ż-żgħażagħ. Kampanji dwar ikel bnin u l-importanza tal-attivita’ fiżika ser ikunu mmirati lejn kulħadd b’messaġġi apposta għal kull grupp. L-ispiża speċifika ta’ kull kampanja għadha mhix stabbilita iżda għal dawn l-inizjattivi din is-sena hemm allokati €220,000.
Ser isiru ukoll kampanji dwar il-prevenzjoni tal-kanċer ibbażati fuq Pjan Nazzjonali dwar il-Kanċer u huma mmirati skont id-diversi tipi ta’ kanċer identifikati bħala prijorita’. Fil-każ tat-tipjip u kanċer tal-ġilda, din is-sena l-kampanji ser jiffokaw fuq iż-żgħażagħ. Fil-każ ta’ tipi ta’ kanċer ieħor, dawn ikunu mmirati lejn dawk il-gruppi li huma l-aktar fir-riskju. Kampanji li jikkumplimentaw lil dawn huma dawk li jindirizzaw il-mard li ma jittieħedx u li huma marbuta mal-istil tal-ħajja tal-individwu. Dawn ukoll huma elenkati fl-Istrateġija Nazzjonali dwar il-Mard li ma Jittieħedx. Parti mill-flus ser jittiehdu mill-vot ta’ €900,000 allokat għall-pjan dwar il-kancer. L-ammont speċifiku għadu ma ġiex determinat.
Hemm ukoll pjanijiet biex jitkomplew kampanji edukattivi dwar is-Saħħa Sesswali. Dan ser isir fi ħdan l-istrategija li qed tiġi mibnija mill-Politika dwar is-Saħħa Sesswali li ġiet mħabbra fis-26 ta’ Novembru 2010. Ghall implementazzjoni ta’ din il-politika hemm allokati €200,000.
Jista' l-Ministru jagħti l-aħħar statistika ta' kemm kellna tfajliet li ħarġu tqal matul is-sena 2010? Kemm kellhom żmien u minn liema reġjun kienu? F'liema skola kienu jmorru?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li għas-sena 2010 s’issa inġabret l-statistika ta’ bejn l-ewwel ta’ Jannar u l-aħħar ta’ Settembru. Matul dan il-perjodu welldu 31 ommijiet tfajliet ta’ bejn l-14 u s-16 il-sena. It-tabella t’ hawn taħt turi minn liema reġjun ġejjin. Id-Dipartiment konċernat ma jkollux statistika tal-iskejjel li jattendu dawn il-persuni.
Regjun
Ommijiet tfajliet (bejn l-etajiet ta’ 14 u 16 il-sena)
Għawdex
0
Malta
North
5
West
3
North Harbour
8
South Harbour
11
South East
4
Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi f'Malta matul is-sena 2010? Kemm kien hemm minn dawn it-trabi ta' ġenituri Maltin? Kemm kien hemm trabi b'ġenitur wieħed Malti? Kemm kien hemm trabi bla ebda ġenitur Malti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li bejn l-ewwel ta’ Jannar u l-aħħar ta’ Ottubru tas-sena 2010 ġew irreġistrati li twieldu 3,272 tarbija. Minn dawn 2,966 ġew irraportati li twieldu lil omm ta’ nazzjonalita Maltija.
Għar-rigrward l-aħħar żewġ mistoqsijiet, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jaħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — food entitlement
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fi ħdan il-ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu li għandhom food entitlement? Jista’ jgħid kemm hu l-budget allokat kull sena u kemm kienet in-nefqa f'dawn l-aħħar tliet snin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-riżultati u kemm-il każ ta' mard infettiv u li jiġi trasmess sesswalment kellna f'Malta u f'Għawdex fis-sena 2010? Jista' jgħid jekk minn statistika li għandu jaħsibx li dan il-mard trasmess sesswalment huwiex jiżdied u jsir iktar komuni jew le?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li matul is-sena 2010 ġew irraportati 234 każ ta’mard li jigi transmess sesswalment. Dawn kienu 138 każ ta’ chlamydia, 47 każ ta’ gonorrhoea, 25 każ ta’ syphilis, 18 każ ta’ HIV u 6 każijiet ta’ AIDS.
Meta kkomparati mas-sena 2009, il-każijiet ta’
chlamydia
żdiedu minn 106 għal 138, il-każijiet ta’
Gonorrhoea
naqsu minn 63 għal 47 u kien hemm żieda fil-każijiet ta’
syphilis
minn 19 għal 25. Il-każijiet ta’ HIV baqaw l-istess, 18 fit-2009 u 2010 u kien hemm żieda fil-każijiet ta’ AIDS minn 2 għal 6.
Minhabba li l-figuri rapurtati huma żgħar, mhux possibli li tikummenta fuq żiediet li huma statistikament validi iżda jidher li t-tendenza f’Malta qed timxi fuq l-istess binarju ta’ dik f’pajjizi oħra.
Edukazzjoni dwar mard li jittieħed minn attività sesswali
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu d-Dipartiment tas-Saħħa biex ikompli jeduka lill-poplu Malti u Għawdxi kollu dwar kif għandu jipproteġi ruħu minn mard li jista' jittieħed permezz ta' attività sesswali?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni ta’ Mard għandu pjanijiet biex ikompli bil-kampanji edukattivi dwar il-prevenzjoni ta’ mard trasmess sesswalment. Barra minn dan id-dipartiment se iwettaq ukoll dawk il-kampanji li jitqiesu neċessarji fil-pjan ta’ azzjoni li bħalissa qed jiġi imfassal bis-sehem tal-partijiet kollha kkonċernati sabiex tibda titwettaq il-Politika Nazzjonali dwar is-Saħħa Sesswali li ġiet mħabbra fis-26 ta’ Novembru 2010.
Jista' l-Ministru jara jekk jistax jitmexxa l-każ ta' transfer tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-persuna msemmija kitbet lill-Ministru direttament biex tigi trasferita. Hija ġiet riferuta lid-Dipartiment konċernat biex tagħmel talba formali għat-trasferiment. S’issa din il-persuna għadha ma avżatx l-amministrazzjoni bit-talba tagħha.
Jeżistu proċeduri speċifiċi ta’ kif wieħed għandu jitlob li jiġi trasferit mill-post tax-xogħol tiegħu u dawn għandhom dejjem jiġu rrispettati. Talbiet għal trasferiment għandhom jiġu magħmula lill-awtoritajiet amministrattivi.
Għaldaqstant il-persuna imsemmija hija mistiedna biex tagħmel it-talba tagħha skont il-proċedura normali biex b’hekk din tkun tista’ tiġi kkunsidrata.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li ilha li applikat għall-home help xi erba' snin u dejjem tagħmel iċ-ċertifikat mediku imma dejjem tibqa' bla risposta biex forsi jerġgħu jaraw il-każ għax skont iċ-ċertifikati li għandha din tħoss il-bżonn li tingħata dan is-servizz għax kieku mhux se toqgħod tistena għal erba' snin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-bord tal-allokazzjoni kkunsidra t-talba tal-anzjana li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant erba’ darbiet bejn Lulju 2009 u Jannar 2011. L-anzjana ġiet infurmata permezz ta’ ittra dwar kull deċiżjoni li ttieħdet mill-bord. L-ittri jġibu dawn id-dati:
28 ta’ Lulju 2009
5 ta’ Novembru 2009
5 ta’ Frar 2010
23 ta’ Jannar 2011
Il-bord ikkonsidra li r-rapporti mediċi li ġew ippreżentati f'dan il-perjodu ma kien hemm l-ebda tibdil sinifikanti bejniethom u jindikaw li din l-anzjana għadha indipendenti fl-attivitajiet ta’ kuljum. Barra minn hekk ir-rapport ta’
X-ray
li ppreżentat din l-anzjana jindika li ma hemm l-ebda patoloġija u huwa mmarkat bħala NAD (
nothing abnormal discovered
). Il-kundizzjoni medika li tilmenta biha din l-anzjana li qed jaffetwaha jew li qed jillimitaha milli tagħmel xi xogħol domestiku fid-dar, mhijiex indikata fuq ir-rapporti mediċi. Għaldaqstant il-bord ikkonkluda li għalissa m’hemmx urġenza li japprova dan is-servizz.
Sptar Mater Dei — postijiet vakanti ta' senior pharmacists
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex konxju li fl-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei hemm mill-inqas żewġ postijiet ta’ senior pharmacists vakanti, u li hemm spiżjara fi grad ta’ basic pharmacist li qegħdin jiġu sfruttati billi jagħmlu x-xogħol ta’ senior pharmacist? Jista' jikkonferma li s-sejħa għall-grad ta’ senior pharmacist fl-Isptar Ġenerali ilu ma joħroġ mill-inqas ħames snin? Jista' jagħti informazzjoni jekk sarux, u jekk iva, meta u kemm-il darba, saru talbiet mill-UHM biex toħrog din is-sejħa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fil-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità hemm numru ta’ vakanzi fil-grad ta’ senior pharmacists inkluż fl-Isptar Mater Il-mili ta’ vakanzi fid-diversi servizzi huwa suġġett għall-Capacity Building Exercise, fejn flimkien mal-Public Administration HR Office u l-Ministeru tal-Finanzi, jiġu determinati il-prijoritajiet għas-sejħiet ta’ applikazzjonijiet skont ir-riżorsi disponibbli.
Il-Union Ħaddiema Magħqudin qajmet il-punt dwar nuqqas ta’
senior pharmacists
f’laqgħa mal-
management
tal-Isptar Mater Dei f’Awissu 2010.
Jista' l-Ministru jara li xi ħadd isegwi l-każ ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li dejjem tilmenta li t-telecare tagħha jkun bil-ħsara? Peress li kull darba li l-ħaddiema jiġu jarawh, wara ftit jerġa' jkun bil-ħsara, jista' jkun li forsi s-sett tat-telecare għandu bżonn jinbidel?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ll-każijiet kollha ta’ l-abbonati tat-telecare huma immonitorjati mill-qrib permezz ta’ sistema kompjuterizzata ta’ ħsarat li permezz tagħha tiġi identifikata it-tip tal-ħsara – jekk tkunx ikkaġunata min-netwerk tal-kumpanija li tiprovdi s-servizz jew mill-apparat. Is-sett tat-telecare tal-abbonati jinbidel minnufih kull darba li jkun hemm bżonn li jsir hekk.
Jirriżulta li s-sett tat-
telecare
tal-anzjana li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant inbidel kemm il-darba s-sena li għaddiet mit-tekniku li ntbagħat fuq il-post sabiex isewwi l-ħsara. Din is-sena diġà s-sett tat-
telecare
tal-abbonata nbidel darba, fil-31 ta’ Jannar 2011, jumejn wara li daħal ir-rapport ta’ ħsara. Dak in-nhar it-tekniku mar id-dar tagħha u biddel is-sett tat-
telecare
immedjatament kif sab li kien bil-ħsara.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23103 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma jekk huwiex minnu li t-tilqima tat-TB ma ngħatatx fl-iskejjel tal-gvern kollha kif dejjem sar fil-passat? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni għal dan u meta se terġa' tibda tingħata din it-tilqima?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li t-tilqima tat-TB ma ngħatatx matul is-sena skolastika 2009/2010 minħabba li f’dak iż-żmien ingħatat prijorità lill-programm ta’ vaċċinazzjoni kontra l-pandemija A H1N1. Din it-tilqima reġgħet bdiet tingħata bħas-soltu minn Ottubru 2010 lit-tfal kollha li jattendu Form 2 fl-iskejjel tal-istat, tal-Knisja u skejjel indipendenti. Din is-sena t-tilqima qed tingħata ukoll lit-tfal tal-Form 3 billi dawn ma ħaduwhiex is-sena l-oħra. Il-kampanja ta’ tilqim fl-iskejjel għadha għaddejja bħalissa.
San Pawl il-Baħar — Triq il-Konverzjoni u Triq il-Villeġġjatura - ilma ħiereġ fit-toroq
Question
Jista' l-Ministru jara li jsiru t-testijiet neċessarji biex jiġi stabilit jekk l-ilma li qed joħroġ, f'San Pawl il-Baħar fi Triq il-Konverzjoni u Triq il-Villeġġjatura li imbagħad jibqa' nieżel fi Triq Toni Bajjada għall-bahar hux ilma nadif inkella ilma maħmuġ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li uffiċċjali fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali wettqu spezzjoni rigward il-ħruġ ta’ ilma fit-toroq indikati. Għalkemm l-ilment ġie kkonfermat madankollu kampjuni ta’ dan l-ilma ma setgħux jittieħdu minħabba x-xita u dan peress li jista’ jkun hemm xi diverġenzi fir-riżultat. Madankollu hekk kif ikun possibbli se jittieħdu l-kampjuni neċessarji sabiex jiġi stabbilit is-sors u l-kwalità ta’ dan l-ilma.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-energy audit fuq l-Isptar Mater Dei tlestiex? Jekk tlesta, jista' jqiegħed kopja tieghu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma tlestiex, meta se jitlesta dan?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux energy audit fuq l-isptarijiet: Karen Grech; Boffa u Craig u fuq il-health centres? Jekk saru, jista' jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux, jista' jgħid meta dawn se jsiru u meta se jitlestew?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema tat-tarzna mietu bil-marda tal-kanċer u fejn kien il-kanċer?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li, filwaqt li ċ-ċertifikat tal-mewt kif preskritt mil-liġi jinkludi l-impjieg tal-mejjet/mejta, ħafna drabi din ma timteliex. Anke meta timtela, jekk il-persuna tkun irtirat mix-xogħol (kif jiġri fil-maġġoranza tal-każi), din timtela’ bil-kelma ‘pensjonant’ mingħajr l-ebda ħjiel ta’ l-impjieg preċedenti. Għaldaqstant ir-Reġistru ta’ l-Imwiet fi ħdan id-Dipartiment għall-Informazzjoni dwar is-Saħħa u r-Riċerka mhuwiex f’pożizzjoni li jislet dawk li kienu mpjegati fit-Tarzna mill-informazzjoni miġbura.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-antennas tal-mobile li huma mwaħħla fuq il-bjut tad-djar iwasslux għall-periklu tas-saħħa? Jista' jikkonferma jekk hemmx studju li ma jagħmlux ħsara?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Organiżżazzjoni Dinjija tas-Saħħa, li tirrevedi l-implikazzjonijiet fuq is-saħħa minn radjazzjoni elettromanjetika minn antenni tal-mobile phones li huma repeaters f’ambjenti li jiġu esposti għalihom il-pubbliku in ġenerali, tikkonkludi li m’hemm l-ebda effett fuq is-saħħa relatat ma` livelli ta’ radjazzjoni elettromanjetika.
L-Awtorita` ta’ Malta dwar il-Kommunikazzjoni, hija l-Awtorita kompetenti biex tħares il-livelli ta’ radjazzjoni elettromanjetika. Din l-Awtorita` tagħmel testijiet li jsiru b’referenza għal livelli ta’ radjazzjoni rakkomandati għall- pubbliku skont ir-rapport
“Report on recommendations for limiting Human Exposure to Time-varying electric, magnetic and electromagnetic fields in the frequency range from 0 Hz to 300 GHz”
maħruġ mill-
International Commission on Non-Ionizing Radiation Protection (ICNIRP)
. It-testijiet isiru skont il-frekwenza li fiha jkun qed jopera l-apparat li jkun qiegħed jiġi ttestjat u skont ir-Rakkomandazjoni tal-Kunsill Ewropew dwar il-limitazzjonijiet ta’
exposure
tal-pubbliku in ġenerali għar-radjazzjoni elettromanjetika (0 Hz to 300 GHz) (1999/519/EC).
Mit-testijiet li saru s’issa, il-livelli ta’ radjazzjoni elettromanjetika f’persentaġġ tal-livell massimu aċċettabli skont dan ir-rapport, kienu dejjem iktar baxxi minn dawk rakkomandati għall-pubbliku. Ir-riżultati ta’ dawn it-testijiet jistgħu jinstabu fuq il-paġna elettronika ta’ l-istess Awtorita`.
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jibbaża r-rakkomandazzjonijiet tiegħu fuq l-istudji mondjali (kif jidhru fl-informazzjoni addizzjonali) li jinstabu wkoll
online
.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ilma tad-drenaġġ li wara li jiġi purifikat għat-tisqija tal-ħxejjex u l-frott jikkawżax ħsara fis-saħħa tan-nies?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li meta l-ilma tad-drenaġġ jiġi ppurifikat kif mistħoq u wara jintuża għat-tisqija tal-ħxejjex u l-frott ma jikkawża l-ebda ħsara għas-saħħa tan-nies.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pilloli HYTRIN 2mg il-gvern iġibhomx u persuna tkun tista' takkwistahom permezz ta' Schedule V?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-pilloli HYTRIN® li fihom il-mediċina terazosin, hija mediċina tal-grupp “Alpha-adrenoceptor blocking drugs” li tintuża biex tikkura il-pressjoni għolja u l-iperplasija beninna tal-prostata. Din il-mediċina partikolari mhux qiegħda fil-Formularju tal-Gvern, u għalhekk ma tingħatax permezz ta’ Skeda V.