Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment tal-armla li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed tirċievi kontijiet f'daqqa' wara xulxin minn Arms Ltd, fejn l-aħħar kont telgħa għal €550 li għal familja żgħira huwa wieħed eċċessiv?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kiri ta' vetturi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vetturi mill-bidu tas-sena 2008 sa Novembru tas-sena 2011għall-użu tal-Ministeru, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
proprjetajiet tal-gvern li huma mikrija lill-għaqdiet sportivi
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm proprjetajiet tal-gvern li huma mikrija lill-għaqdiet sportivi u liema huma l-istess għaqdiet li għandhom proprjetà hekk mikriija, fis-7, 11 u 12-il distrett elettorali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
proprjetajiet tal-gvern li huma mikrija lill-għaqdiet reliġjużi
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-proprjetajiet tal-gvern li huma mikrija lill-għaqdiet reliġjużi fis-7, 11 u 12-il distrettelettorali?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 30369.
proprjetà tal-gvern mikrija lil fondazzjonijiet/għaqdiet mhux sportivi
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-proprjetajiet tal-gvern fis-7, 11 u 12-il distrett elettorali li huma mikrija lil fondazzjonijiet/għaqdiet mhux sportivi?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 30369.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, m'għandux is-servizzi tad-dawl u l-ilma fid-dar fejn jgħix?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ħaddiema impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-Ministeru u dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu, maqsuma skont il-kategorija, matul is-sena 2011? Jista' jgħid kif saret is-sejħa għal kull impjieg?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Imsida — Triq Giorgio Mitrovich - katusi tad-drenaġġ mifqugħa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29549 u ċioe: Billi ġewwa Triq Giorgio Mitrovich, Msida hemm katusi tad-drenaġġ mifqugħin b’tali mod li qed jolqtu lir-residenti kollha ta’ din it-triq bl-overflowing drainage, jista' l-Ministru jgħid x’passi beħsiebha tieħu l-korporazzjoni/dipartiment konċernat, speċjalment wara r-rapporti li saru xi xahar ilu, billi l-problema kompliet taggrava u billi ġejt infurmat li s-sistema hija mqabbda mal-mains prinċipali tad-drenaġġ li hemm fi Triq Testaferrata?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li qed isiru l-preparamenti biex it-tender documents jiġu mgħoddija lil Transport Malta ħalli joħroġ it-tender.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20555, jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29788 u jaġġorna l-qagħda ta’ investiment barrani u jgħid kemm kien l-ammont totali ta’ investiment barrani, f’Malta u f’Għawdex separatament, fl-aħħar tal-2010 u fl-aħħar ta’ Ġunju u ta’ Settembru ta’ din is-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 29303 u 29688 u jgħid min huwa r-related party li flimkien miegħu il-Gozo Channel Co. għamlet l-offerat biex tkompli topera is-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim, jekk sar, bejn il-Gozo Channel Co u r-related party? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li sar bejn il-Gozo Channel Co – u msieħba oħra jekk hemm – dwar it-tmexxija tas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex taħt it-tender il-ġdida? Sar Public Service Contract mal-Gvern? Jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-kuntratt bejn il-Gozo Channel Co. Ltd u Gozo Ferries Co. Ltd ma jistax jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra peress li huwa ta’ natura kummerċjalment sensitiva.
Rigward il-kuntratt ta’ Public Service obligation mal-Gvern, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mit-trasport.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29689, jista’ l-Ministru issa jgħid kemm kien hemm intrapriżi f’Malta u f'Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Settembru ta' din is-sena skont in-numru ta’ ħaddiema li kienu jħaddmu, jiġifieri 0-9, 10-49, 50-249 u 250+?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba tkun disponibbli lejn Mejju 2012.
Jista' l-Ministru jassigura li fl-iqsar żmien possibbli, il-problema ta' dlam ċappa li teżisti fil-lokalità ta' Ħal Farruġ, limiti ta' Ħal Luqa, speċjalment fiż-żona pedestrian li hemm bejn il-blokka tal-flats tkun solvuta peress li dan l-inkonvenjent ilu għaddej is-snin u jikkostitwixxi periklu fiżiku u reali għar-residenti fil-lokalità?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn investigazzjoni li saret ma jirriżultax li l-Enemalta għandha xi talbiet pendenti min-naħa tal-kunsill lokali li taħtu taqa’ r-responsabbiltà ta’ istallazzjoni ta' bozoz ġodda.
Qasam Industrija tax-Xewkija — ismijiet tal-kumpaniji li joperaw
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-kumpaniji li hemm joperaw fil-qasam industrijali tax-Xewkija? Jista' jgħid x'inhu l-ġeneru tal-operat tagħhom? Jista' jgħid meta bdew joperaw f'dan il-qasam industrijali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Malta Enterprise — tkabbir ta' kumpaniji f'Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29057 u jgħid kemm-il kumpanija kienet megħjuna mill-Malta Enterprise fl-2010 u din is-sena sal-lum biex tkabbar l-impriża tagħha f’Għawdex? Min huma dawn il-kumpaniji u x’tip ta’ prodott/i jagħmlu jew ta’ servizzi li jagħtu? X’investiment sar minn dawn il-kumpaniji f’Għawdex għat-tkabbir tal-operat tagħhom? Kemm investiment minn dan huwa barrani? X’għajnuna tathom il-Malta Enterprise u kemm hu l-ammont ta’ din l-għajnuna skont is-sena li ngħatat? Kemm kienu jħaddmu nies qabel kabbru l-operat tagħhom u kemm qed iħaddmu llum? Jista’ jagħti l-istess tagħrif dwar Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Malta Enterprise approvat proġett wieħed lokali għall-espansjoni f’Għawdex minn fondi lokali, filwaqt li 16-il kumpanija lokali investew fin-negozju tagħhom permezz ta’ fondi Ewropej. L-investiment totali hu ta’ €1 miljun. L-investimenti saru fl-oqsma tal-innovazzjoni, ħarsien tal-ambjent u enerġija alternattiva. Il-kumpaniji joperaw fis-setturi artiġjanali, ikel, għamara, turiżmu, u infrastruttura. Taħt l-iskema Microinvest 151 negozju Għawdxi investew €1.4 miljun fl-operat tagħhom.
L-assistenza mogħtija mill-Malta Enterprise kienet ta’ natura finanzjarja, krediti fuq taxxa u art minn fejn joperaw. Il-pjan ta’ espansjoni huwa mifrux fuq 3 snin u għalhekk informazzjoni dwar kemm żdied l-impjieg tkun disponibbli meta il-proġett jitlesta.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29050 u jgħid kemm kien hemm investiment barrani dirett f’Għawdex fl-aħħar tal-2010 u fl-aħħar ta’ Marzu, fl-aħħar ta’ Ġunju u fl-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm intraprizi Għawdxin li applikaw u ottjenew tnaqqis ta' taxxa taħt l-iskema tal-micro invest minn meta nħolqot s'issa u jgħid ukoll f'liema oqsma ta' negozju sar l-investiment? Jista' jgħid it-total ta' investiment u kemm kien it-tnaqqis għal kull intrapriża?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li sal-lum il-Malta Enterprise laqgħet 195 applikazzjoni għall-iskema MicroInvest, u ħarġet 151 ċertifikat. L-iskema hija miftuħa għall-kull qasam ta’ negozju u applikazzjonijiet milqugħa ġew minn kull ġeneru ta’ negozju. It-total ta' l-iskema s'issa huwa ta’ €1,441,811.05. It-tnaqqis għan-negozji Għawdxin huwa ta’ 60% fuq spejjeż eliġibbli. It-total ta’ krediti fuq taxxa huwa ta’ €824,722.81.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru Small Medium Enterprises Impact Assessment Tests fuq Small Medium Enterprises f'Għawdex u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull informazzjoni relattiva in partikolari r-riżultati tat-tests?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar daħal fis-seħħ f’Ġunju 2011 permezz tal- Att XI tal- 2011.
Fl-10 ta’ Novembru 2011 ħarġet ċirkolari MF9/2011 li tispjega kif daħlu fis-seħħ partijiet minn din il-liġi permezz ta Avvizi Legali 410 u 429.
Bħalissa għaddej il-proċess sabiex titwaqqaf entita ċentrali li ser tkun qed tieħu ħsieb l-implimentazzjoni tal-SME Implementation Test f’każ ta’ liġijiet li jkollhom impatt fuq in-negozji ż-żgħar.