Tista' l-Ministru tgħid kemm għandna tfal bniet u subien, tfajliet u ġuvintur f'kull waħda mill-iskejjel speċjali/ċentri ta' riżorsi f'Malta u Għawdex? X'inhuma l-etajiet tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Żgħażagħ b'diżabilità — korsijiet fil-Higher Secondary, Junior College u MCAST
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm żgħażagħ b'diżabilità li qed isegwu xi kors fil-Giovanni Curmi Higher Secondary tan-Naxxar, fl-MCAST u fil-Junior College?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-MCAST din is-sena akkademika 2010-2011, mitejn u disgħin (290) student/a iddikjaraw li għandhom xi forma ta’ diżabilità mas-sezzjoni ta’ l-inklużżjoni tal-Kulleġġ.
Fil-Junior College hemm 33 student, filwaqt li t-total ta’ żgħażagħ b’diżabilità li qed iseqwu xi kors fil-Giovanni Curmi Higher Secondary huwa ta’ (ħmistax) 15
Tista' l-Ministru tgħid xi pjanijiet għandu l-Ministeru tal-Edukazzjoni biex pajjiżna jimxi fid-direzzjoni tal-oġġettivi ssettjati mill-Unjoni Ewropea 2020 li fi żmien għaxar snin ikollna 10% (minflok l-40% ta' bħalissa) biss li jitilqu kmieni mill-iskola, li jkollna 40% (minflok 23% ta' bħalissa) taż-żgħażagħ fl-edukazzjoni universitarja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'edukazzjoni tat-tieni ċans qed toffri xi entità li taqa' taħtha u tgħid fiex jikkonsisti kull programm offrut minn xi entità? Kemm hemm żgħażagħ involuti f'dawn il-programmi u kemm huma twal dawn il-programmi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid xi sforzi qed isiru mill-MCAST, l-Istitut għall-Istudji Turistiċi u l-Università biex jiġi żgurat kemm jista' jkun li l-korsijiet u l-kurrikula offruti minn dawn l-istituzzjonijiet ikunu rilevanti għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u kulturali tal-lum u t'għada f'pajjiżna?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MCAST jieħu diversi azzjonijiet sabiex jassigura li l-kurrikula u s-sillabi għad-disposizzjoni tal-istudenti li jattendu fl-Istituti u fil-branki ta’ Għawdex ikunu kontinwament rilevanti għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u kulturali tal-lum u tal-futur f’pajjiżna.
L-MCAST iżżomm kuntatti kontinwi mad-diversi
stakeholders
/ sħab tagħha li ġejjin mill-oqsma tal-ekonomija, soċjali u kulturali f’pajjiżna, bħal per eżempju Ministeri tal-Gvern, il-Kamra tal-Kummerċ, l-ETC, kumpaniji industrijali li l-istudenti tagħna jkomplu l-apprentistat magħhom, entitajiet bħal KNPD sabiex il-korsijiet ikunu iffukati wkoll u jinkludu persuni bi bżonnijiet speċjali, kif ukoll dan l-aħħar permezz tal-kuntatt speċjali ma’ Fraunhofer, li qed jgħinu lill-MCAST fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ numru ta’
degrees
fi tmien istituti li l-għan tagħhom huwa li jedukaw u jħarrġu lill-istudenti tal-MCAST skond il-ħtiġijiet fid-dinja tal-industrija, ekonomija, kulturali, innovazzjoni u kreattivita’ kemm f’dak li għandu x’jaqsam mal-bidliet li qed jolqtu lill-pajjiżna kif ukoll f’dak li qed iseħħ f’livell aktar wiesgħa fl-Ewropa u f’kontinenti oħra, l-aktar fl-oqsma tax-xjenzi u t-teknoloġija, fl-IT, fl-Arti u fid-Disinn, fl-enġinerija elettronika u mekkanika, kif ukoll fl-oqsma ta’ studji offruti fl-istituti li qed joffru dawn il-kwalifiki.
L-MCAST bħalissa qed tħarreġ lill-għalliema kollha tagħha f’diversi suġġetti partikulari, kemm permezz ta’
degrees
f’livell ta’
Masters
, li huma intenzjonati sabiex iħejju l-kulleġġ għal dak li huwa meħtieġ fil-futur fl-oqsma imsemmija hawn fuq, kif ukoll f’oqsma ġodda sabiex l-MCAST jiżviluppa f’dawk is-setturi li huma meħtieġa għal skopijiet ta’ impjieg u għarfien ġenerali fl-oqsma tal-enġinerija marittima, integrazzjoni akbar bejn l-IT u suġġetti oħra, bħal media, xjenza applikata, u biomediċina. It-tiġdid tal-għalliema fl-istudji u fit-tħejjija pedagoġika tagħhom qed tingħata prijorita’ permezz ta’ żewġ programmi paralleli, bl-introduzzjoni tal-
eLearning
bħala wieħed mill-komponenti ewlenin ta’ dan it-taħriġ. Ingħataw ukoll
scholarships
u korsijiet qosra lill-istaff akkademiku u amministrattiv fuq materji li jaqgħu taħt taħriġ professjonali fuq bażi kontinwa.
Il-korsijiet li jinżammu fuq bażi ta’ matul il-jum huma xhieda ta’ kemm il-korsijiet li qed isiru huma intiżi sabiex ikopru ħtiġijiet ta’ ekonomija u kultura li qed tinbidel fost is-soċjeta’ lokali u dik Ewropeja: bħala eżempju wieħed jista’ jsemmi l-media, it-tiswija fil-qasam tal-avjazzjoni u korsijiet ġodda fis-settur tax-xjenza applikata, kif ukoll l-introduzzjoni ta’ kors għas-segretarji fil-qasam mediku.
Ħafna mill-korsijiet ta’ fil-għaxija jkunu mfassla fuq talba ta’
stakeholders
mill-industrija u jkunu propju bbażati fuq il-bżonnijiet tagħhom.
Fl-Istitut ta’ l-Istudji Turistici qed issir ħidma biex titjieb l-operazzjoni fis-setturi kollha inkluż dak akkademiku. Hemm il-ħsieb li l-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi jaħdem lejn il-kisba ta’ ISO 22000:2005 għal dak li għandu x’jaqsam ma’ ħarsien ta’ l-ikel u ISO9001:2008 għal kumplament. Minn żmien għal żmien l-istaff akkademiku ta’ l-ITS jirrevedi il-kurrikula u s-sillabi tal-korsijiet offruti. Dawn jinbidlu jew jiżdiedu skond il-bżonn. Il-korsijiet ta’ l-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi huma rikonoxxuti u validati mill-Kunsill Malti għall-Kwalifiċi li kontinwament jagħmel monitoraġġ tal-attivita akkademika ġewwa l-Istitut.
Il-korsijiet kollha tal-Università, inklużi dawk li huma preparatorji għall-professjonijiet, jiġu aġġornati perjodikament skond proċessi stabbiliti mill-prattika internazzjonali mħaddma minn istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja liema prattika hija parti mill-Proċess ta’ Bologna. L-Università tirrispondi għall-żviluppi u bżonnijiet nazzjonali ġodda billi tipprovdi korsijiet speċjalizzati f’diversi oqsma: hekk, dan l-aħħar, ġew żviluppati korsijiet ġodda fir-radjografija terapjewtika, fl-assigurazzjoni, fiż-żfin, fil-
Geographic Information Systems
etc. u hemm diversi korsijiet oħra li bħalissa jinsabu fi stadju ta’ preparazzjoni, e.g. fil-medjazzjoni, fl-istudji fuq id-diżabilita’, etc. Għal min ikun irid jistudja suġġetti li jservu għall-iżvilupp personali tiegħu (
enrichment
courses
), is-Senat tal-Università għadu kemm approva kors ta’ studju ġdid magħmul minn serje ta’
study units
li jiġu mgħallma filgħaxija b’mod idoneju għall-istudent matur. Dawn l-
istudy unit
s jistgħu jiġu akkumulati bil-mod il-mod u l-istudent eventwalment u jekk irid jiġi ntitolat għal grad ġdid bl-isem Bachelor of Arts and Sciences (B.A.Sc.) Dan l-iżvilupp huwa parti mill-offerta li l-Università tagħmel lejn it-Tagħlim ta’ Matul il-Ħajja (Lifelong Learning). Barra minn dawn il-korsijiet li jwasslu għal diplomi jew gradi universitarji, l-Università tipprovdi ukoll korsijiet qosra li jservu bħala bażi għall-
Continuous Professional Development
liema korsijiet huma ndirizzati għal min ikun diġa’ jaħdem u jrid jibqa’ aġġornat f’oqsma speċjalizzati.
Tista' l-Minsitru tgħid għal liema raġuni u tispjega għalfejn sar tħammil fl-iskola tas-subien fir-Rabat, Għawdex senjatament fil-parti fejn kien hemm l-uffiċini tal-edukazzjoni, u li wara li sar it-tħammil saru wkoll xi pilastri tal-konkos u issa ntradam kollox?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tħammil li sar viċin l-uffiċini tal-Edukazzjoni sar sabiex tiġi magħmula rampa bħala aċċess għall-bini tal-iskola.
Meta ġiet
re-instated
sabiex dik il-parti tintuża temporarjament bħala bitħa ma ntradam l-ebda pilastru tal-konkos.
Politika Nazzjonali tat-tfal — laqgħat ta' diskussjoni
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru konfernezi/laqgħat ta' diskussjoni u ma min a rigward it-tħejjija tal-Politika Nazzjonali tat-tfal li ġiet imħabbra ftit ilu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Ministeru appunta grupp ta’ ħidma f’Ġunju 2010 sabiex iħejji abbozz tal-Politika Nazzjonali biex tiġi ppreżentata għal konsultazzjoni pubblika. Għaddejja konsultazzjoni mat-tfal f’attiviatjiet pubbliċi tat-tfal, u anke fl-iskejjel. S’issa ma saret l-ebda konferenza. Din issir waqt jew wara li jkun hemm il-fażi ta’ konsultazzjoni.
Laqgħat u konferenzi fuq kwistjonijiet relatati mat-tfal u l-famlija
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru laqgħat/konferenzi li jitrattaw kwistjonijiet relatati mat-tfal u mal-familja f'din l-aħħar sena u tagħti d-dettalji relattivi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem l-istatementing board ta' studenti Għawdxin u tgħid minn liema skola ġejjin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li każijiet pendenti quddiem l-istatementing board ta’ studenti Għawdxin huma 9
Skola
Numru
Bishop’s Conservatory
2
St Theresa
1
St Francis
2
Nadur Primary
1
Aguis de Soldanis GSS
1
Għajsielem Primary
1
Victoria Primary
1
Total
9
Tista' l-Minsitru tgħid kemm hemm talbiet pendenti sabiex shared learning support assisstants ikunu individwali u tgħid minn liema skola ġejjin dawn it-talbiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tagħti breakdown ta' kif inhi maqsuma, skont is-sess u skont l-età rispettivament,il-lista tal-persuni li qegħdin jirreġistraw? Kif inhuma maqsuma dawn iċ-ċifri lokalità b'lokalità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ tal-persuna li dettalji tagħha qed jingħataw separatament mall-Awtorità tad-Djar rigward irranġar ta' kamra tal-banju peress li l-peritu marru u qed tistenna l-aħħar karti, każ li ilu għaddej xhur?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar iffirmat ftehim mal-persuna msemmija fil-11 ta’ Novembru 2010. Il-ħlas lill-persuna msemmija jkun jista’ jsir meta hija tlesti x-xogħol u tibgħat l-irċevuti fiskali relatati ma’ dan ix-xogħol, skont l-istess ftehim li ġie ffirmat.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex inbidlet is-sistema edukattiva u issa l-istudenti jridu jġibu iċ-ċertifikati kollha fuq ċertifikat wieħed tal-'O' levels u jekk allura xi ħadd ġab tliet 'O' levels u jonqsu tlieta oħra jrid jerġa' jpoġġi għaċ-ċertifikati kollha f'salt? Jekk kien hemm xi tip ta' filosofija jew raġuni għaliex din is-sistema nbidlet, sar rivalwazzjoni jekk dan l-iskop intlaħaqx u jekk is-sistema l-ġdida hijiex qed iġġib iktar tbatija mentali u finanzjarja fuq dawk li jkunu nvoluti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li ma kien hemm l-ebda tibdil fis-sistema tal-eżamijiet u fiċ-certifikazzjoni fil-livell tas-SEC, li hu magħruf ukoll bħala l-‘O’ level.
L-istudenti jingħataw ċertifikat li juri s-suġġetti kollha li jkunu għaddew minnhom u m’għandhomx għalfejn jirrepetu dawn is-suġġetti. Jekk ikun jonqoshom xi suġġett biex jikkwalifikaw għal xi kors li jixtiequ jew biex jidħlu f’xi
sixth form
jistgħu jagħmlu l-eżami ta’ dak is-suġġett biss u jingħataw ċertifikat tiegħu meta jgħaddu.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk hemmx indikazzjoni dwar kemm hu mistenni li jkun in-numru ta' tfal li se japplikaw biex jidħlu fil-kindergarten tal-iskola primarja tal-Gvern, għas-sena skolastika li jmiss? Billi f'dan il-livell jista' jkun hemm dħul tat-tfal ukoll matul is-sena skolastika, tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk hemm indikazzjoni dwar kemm ser jidħlu tfal f'dan il-livell, f'Jannar 2011, u fl-istess skola primarja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Iċ-cirkulari biex l-iskejjel jibagħtu t-tagħrif ta’ kemm għandhom tfal irreġistrati biex jidħlu fi Frar ta’ kull sena tinħareġ fl-aħħar ġimgħa ta’ Novembru biex jingħata ċ-ċans lill-ġenituri jiktbu lit-tfal tagħhom. Għalhekk għadu kmieni biex ikun magħruf it-total ta’ tfal li se jidħlu fi Frar 2011.
Il-ġenituri jiktbu lit-tfal tagħhom fl-iskola jew fl-uffiċċju tal-Prinċipal tal-Kulleġġ li tiegħu l-iskola tagħmel parti. Għadu kmieni wkoll biex ikun magħruf in-numru ta’ tfal li se jidħlu fil-Kindergarten f’Ottubru 2011, għas-sena skolastika 2011/2012.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kif inhi maqsuma lokalità, lokalità l-lista ta' persuni li twaqqfu milli jkomplu jirreġistraw matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena? X'kienu l-age groups ta' dawk li kienu mwaqqfa milli jkomplu jirreġistraw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Billi fil-lokolità ta' San Pawl il-Baħar qed ikun hemm numru dejjem ikbar ta' ġenituri żgħażagħ li jiġu joqogħdu fil-lokalità, tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk l-informazzjoni li jkollu l-Ministeru, permezz tad-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali hux qed tiġi kordinata mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni biex ikun jista' jsir ippjanar aħjar dwar il-ħteġijiet tal-edukazzjoni primarja u dik tal-kindergarten f'din il-lokalità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni jagħmel il-pjani meħtieġa minn informazzjoni dwar il-popolazzjoni tal-Lokal mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Fuq din l-istatistika jsiru l-pjani biex naċċertaw li nilħqu l-ħtiġijiet tal-istudenti li jattendu l-iskola primarja ta’ din il-lokalita.
Tista' l-Ministru tgħid:
a) kemm hemm linji tat-telefown mqabbdin 24 siegħa kuljum biex jingħata s-servizz tas-
support line
179 billi ta' spiss it-
telephone
179 ikun
engaged
;
b) jekk kull telefonata hijiex reġistrata;
ċ) jekk il-voluntiera kollha humiex imħarġa qabel ma huma jibdew jagħtu dan is-servizzi tant imporanti;
d) jekk ikunx hemm social worker fl-uffiċċju 'l ħin kollu biex jgħin lill-voluntiera waqt ix-xogħol tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li:
a) Hemm zewg linji tat-
telephone
mqabbdin 24 siegha kuljum biex jingħata s-servizz tas-
support line
179.
b) Kull telefonata li tidħol tkun reġistrata. Il-ħaddiema soċjali/psychology officer jiċċekkjaw dawn it-telefonati u jirreferu l-każ skond il-bżonn ta’ l-individwu/i li jkunu ċemplu jew ġew referuti.
c) Il-voluntiera kollha jingħataw madwar tnax il-ġimgħa ta’ taħriġ li jkun jinkludi wkoll l-element prattiku. Minbarra dan l-voluntiera kollha jkollhom
support group meeting
darba kull xahrejn. It-taħriġ jibqa għaddej matul is-sena u dan jingħata kemm mill-Aġenzija kif ukoll minn organizzazjonijiet barra mill-Aġenzija u l-voluntiera jingħataw l-opportunita li jattendu.
Kull sena isir wkoll
refresher course
,
Annual General Meeting
( li jkun jinkludi wkoll taħriġ varju) u fil-preżent qed tiġi ppjanata sistema sabiex il-voluntiera kollha jkollhom supervizzjoni regolari mal-ħaddiema soċjali/
psychology officer
li jaħdmu f`dan is-servizz.
d) Ikun hemm dejjem
social worker
jew
psychology officer
preżenti waqt il-ħin tax-xogħol tal-Aġenzija, u wara l-ħin ta’ l-uffiċċju jkun hemm wkoll
supervisor on call
li l-voluntiera jkunu jistgħu jagħmlu kuntatt magħha jew miegħu biex jgħinuhom fid-diffikultajiet tagħhom anke matul il-lejl.
Dipartimenti li ma jimpjegawx persuni b'diżabilità
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W150, tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi dipartimenti jew ażjendi fil-Ministeru tagħha li jimpjegaw aktar minn 20 persuna u huma obbligati li jkollhom 2% tal-impjegati tagħhom li jkunu persuni b'diżabilità u li dawn mhux qed josservaw il-liġi tal-1969?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu rappurtati f'Malta u Għawdex lill-Aġenzija Appoġġ jew lil xi aġenzija oħra taħt il-Ministeru tagħha, każijiet ta' abbużi fuq it-tfal matul is-snin 2007, 2008 u 2009? Fiex kienu jikkonsistu dawn l-abbużi u x'azzjoni ttieħdet biex dawn l-abbużi jieqfu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.