Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi - Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu direct orders mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu minn Jannar 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll: (i) kemm kienet in-nefqa totali f’direct orders kull sena; (ii) kemm kien hemm direct orders kull sena; (iii) kemm kien l-ammont ta’ kull direct order; (iv) lil min ingħataw dawn id-direct orders u għal liema xogħol, prodott jew servizz; (v) min awtorizza dawn id-direct orders?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Bord għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet — membri

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19205 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16388, jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi progress fir-rigward tal-ħatra tal-membri tal-Bord għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim għal Networks dwar l-Utilitajiet, tenut kont li diġà saru diversi mistoqsijiet matul is-snin, proprju dwar dan is-suġġett?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Il-Qawra — Bus terminus - Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi ftehim għandu l-operatur tat-trasport pubbliku għal dak li jikkonċerna l-upkeep u l-manutenzjoni tal-bus terminus tal-Qawra? Jista’ jgħid ukoll min hu responsabbli biex jara li dan il-bus terminus ikun miżmum sew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont il-kuntratt li jirregola l-provvediment tas-servizz tat-trasport pubbliku li kien ġie ffirmat bejn l-Awtorità għat-Trasport f’Malta u l-Operatur tat-Trasport Pubbliku fl-2015 ir-responsabbiltà tal-upkeep u l-manutenzjoni tat-terminus tal-Qawra hija tal-Operatur tat-Trasport Pubbliku. Dan minbarra l-upkeep u l-manutenzjoni tal-canopy li tali responsabbiltà hija ta’ kuntrattur ieħor.

Transport Malta — Kuntratti ta' karozzi tal-kiri

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16899, jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kumpaniji differenti ta' karozzi tal-kiri li Transport Malta għandha kuntratt fis-seħħ magħhom u għal kull waħda jgħid meta beda dan il-kuntratt, meta jiskadi, u kif ingħata?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa Transport Malta għandha kuntratt fis-seħħ ma Princess Operations Ltd, Altour, 2000 Ltd, MSG Car Hire u Burmarrad Commercials. Dawn il-kuntratti bdew bejn l- 2015 u l- 2023 u jiskadu sa l-2025 jew sakemm toħroġ sejħa għal offerti ġdida.

Birkirkara — Toroq li se jsiru mill-ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li se jkunu qed isiru mill-ġdid matul l-aħħar kwart ta' din is-sena (2024) u l-aħħar kwart tas-sena d-dieħla (2025) fil-lokalità ta' Birkirkara (li mhumiex fis-Swatar, Birkirkara)? Jekk hemm toroq immarkati biex isiru mill-ġdid, jista' jagħti time-line ta' kif se jsiru, meta se jsiru u kemm se jdum ix-xogħol fuq kull triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq Giovanni Papaffy, Triq Emanuel Benjamin Vella, Triq Borg, Triq Il-Venerabbli Nazju Falzon, Triq Santa Marija, Triq Papa Piju XII u Triq Santa Rokku jinsabu fil-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara ppropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom, liema xogħlijiet huma previsti li jibdew fil-futur qrib. Ix-xogħlijiet jikkonsisti f’bini tat-triq mill-ġdid, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali ppropona.

Ħal Balzan — Toroq li se jsiru mill-ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li se jkunu qed isiru mill-ġdid matul l-aħħar kwart ta' din is-sena (2024) u l-aħħar kwart tas-sena d-dieħla (2025) fil-lokalità ta' Ħal Balzan? Jekk hemm toroq immarkati biex isiru mill-ġdid, jista' jagħti time-line ta' kif se jsiru, meta se jsiru u kemm se jdum ix-xogħol fuq kull triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq il-Kbira hija fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan ppropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom, liema xogħlijiet huma previsti li jibdew fil-futur qrib. Ix-xogħlijiet jikkonsisti f’bini tat-triq mill-ġdid, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali ppropona.

Ħal Lija — Toroq li se jsiru mill-ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li se jkunu qed isiru mill-ġdid matul l-aħħar kwart ta' din is-sena (2024) u l-aħħar kwart tas-sena d-dieħla (2025) fil-lokalità ta' Ħal Lija? Jekk hemm toroq immarkati biex isiru mill-ġdid, jista' jagħti time-line ta' kif se jsiru, meta se jsiru u kemm se jdum ix-xogħol fuq kull triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Sqaq il-Kuncizzjoni; Triq Dun Karm Lia; Triq Preziozi u Sqaq numru 2; Triq il-Forn u Sqaq numru 1, 3 u 6; Triq Mabel Strickland; Pjazza fuq il-Borg; Triq Annibale Preca Sqaq numru 2 huma fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ta’ Hal Lija ppropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom, liema xogholijiet huma previsti li jibdew fil-futur qarib. Ix-xogħolijiet jikkonsisti f’bini tat-triq mill-ġdid, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali ppropona.

L-Iklin — Toroq li se jsiru mill-ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li se jkunu qed isiru mill-ġdid matul l-aħħar kwart ta' din is-sena (2024) u l-aħħar kwart tas-sena d-dieħla (2025) fil-lokalità tal-Iklin? Jekk hemm toroq immarkati biex isiru mill-ġdid, jista' jagħti time-line ta' kif se jsiru, meta se jsiru u kemm se jdum ix-xogħol fuq kull triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq L-Iklin hija fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ta’ L-Iklin ppropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom, liema xogholijiet huma previsti li jibdew fil-futur qarib. Ix-xogħolijiet jikkonsisti f’bini tat-triq mill-ġdid, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali ppropona.

In-Naxxar – Vjal il-Labour — Traffic lights

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru t-tiswijiet meħtieġa fuq it-traffic lights ta' Vjal il-Labour, in-Naxxar, viċin il-playground tat-tfal, peress li dawn ġarrbu xi ħsarat minn siġra li waqgħet madwar xahrejn ilu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tiswijiet fuq it-traffic lights indikati saru nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Ġunju 2024.

Il-Ħamrun — Triq San Gejtanu - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq San Gejtanu, il-Ħamrun u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett fi Triq San Gejtanu, il-Ħamrun huwa parti mill-pjan tal-Gvern jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Infrastructure Malta tibqa’ twettaq proġett wara ieħor li jkompli jipprepara lil Malta għal-lum u l-futur; proġetti li gvernijiet ta’ qabel l-2013 ma kellhomx ir-rieda u l-viżjoni li jwettaqhom u dejjem ħares band’oħra meta affaċċjat bi pressjoni.

Il-Ħamrun — Triq Joe Sciberras - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq Joe Sciberras, il-Ħamrun u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett fi Triq Joe Sciberras, il-Ħamrun huwa parti mill-pjan tal-Gvern jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Infrastructure Malta tibqa’ twettaq proġett wara ieħor li jkompli jipprepara lil Malta għal-lum u l-futur; proġetti li gvernijiet ta’ qabel l-2013 ma kellhomx ir-rieda u l-viżjoni li jwettaqhom u dejjem ħares band’oħra meta affaċċjat bi pressjoni.

Il-Kalkara – Smart City Area — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Smart City Area, il-Kalkara u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett fi Smart City Area, il-Kalkara huwa parti mill-pjan tal-Gvern jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Infrastructure Malta tibqa’ twettaq proġett wara ieħor li jkompli jipprepara lil Malta għal-lum u l-futur; proġetti li gvernijiet ta’ qabel l-2013 ma kellhomx ir-rieda u l-viżjoni li jwettaqhom u dejjem ħares band’oħra meta affaċċjat bi pressjoni.

Il-Kalkara — Triq il-Kapuċċini - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq il-Kapuċċini, il-Kalkara u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett fi Triq il-Kapuċċini, il-Kalkara huwa parti mill-pjan tal-Gvern jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Infrastructure Malta tibqa’ twettaq proġett wara ieħor li jkompli jipprepara lil Malta għal-lum u l-futur; proġetti li gvernijiet ta’ qabel l-2013 ma kellhomx ir-rieda u l-viżjoni li jwettaqhom u dejjem ħares band’oħra meta affaċċjat bi pressjoni.

Ħal Lija — Triq is-Salvatur - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq is-Salvatur, Ħal Lija u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett fi Triq is-Salvatur, Ħal Lija huwa parti mill-pjan tal-Gvern jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Infrastructure Malta tibqa’ twettaq proġett wara ieħor li jkompli jipprepara lil Malta għal-lum u l-futur; proġetti li gvernijiet ta’ qabel l-2013 ma kellhomx ir-rieda u l-viżjoni li jwettaqhom u dejjem ħares band’oħra meta affaċċjat bi pressjoni.

Ħal Lija — Sqaq il-Kunċizzjoni - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Sqaq il-Kunċizzjoni, Ħal Lija u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett fi Sqaq il-Kunċizzjoni, Ħal Lija huwa parti mill-pjan tal-Gvern jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Infrastructure Malta tibqa’ twettaq proġett wara ieħor li jkompli jipprepara lil Malta għal-lum u l-futur; proġetti li gvernijiet ta’ qabel l-2013 ma kellhomx ir-rieda u l-viżjoni li jwettaqhom u dejjem ħares band’oħra meta affaċċjat bi pressjoni.

Għajnsielem – Triq Ġużeppi Cauchi

Question

It-triq fejn Triq Kemmuna tingħaqad ma’ Triq Ġużeppi Cauchi f’Għajnsielem waslet f’punt inaċċettabbli kemm għar-residenti tal-qrib kif ukoll għal kull min jużaha, wara li ilha snin tiddegrada, u b’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 16498 u 18688 fejn intqal li ‘sa issa ma hemmx proċess ta’ esproprjazzjoni’, jista’ l-Ministru jgħid: i. Għaliex hemm sinjali ta’ Dead End maż-żewġ naħat tat-triq, iżda t-traffiku xorta qed jgħaddi ’l fuq u ’l isfel? ii. Għaliex m’hemm l-ebda sinjal ta’ No Entry? iii. Għaliex parti sinifikanti ta’ din it-triq hija mħarbta ħafna, magħmula biss minn torba u żrar - saħansitra f’ċerti partijiet b’gandott fond min-naħa sal-oħra tat-triq b’konsegwenzi gravi għat-traffiku li jgħaddi minnha - kif ukoll bi problemi persistenti ta’ iġjene u drenaġġ a skapitu tar-residenti? iv. Għaliex fit-triq hemm kaxxa tad-dawl li tista’ tintlaħaq minn min jgħaddi minnha, b’meter temporanju u b’wires ikkomunikati magħha li għaddejjin mal-art u li qed jgħaddu l-vetturi minn fuqhom?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi huwa minnhu li hemm it-tabelli ta ‘Dead End’ li jfissru li t-triq tagħlaq, madankollu dawn ma jimpedux milli dak li jkun jidħol bil-vettura għar-residenza tiegħu. Barra minn hekk ma hemmx lok għal sinjali ‘No Entry’. Dan għar-raġuni li jekk isiru ma jibqax aċċess għar-residenti. Għar-Rigward tal-Punti l-oħra nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

San Pawl il-Baħar — Żona tal-Għażżenin - Aċċess għall-Bajja

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19192 fir-rigward tal-aċċess għall-bajja fiż-żona tal-Għażżenin, San Pawl il-Baħar, jista’ l-Ministru jwieġeb fir-rigward tat-taraġ li mit-triq iwassal għall-bajja ż-żgħira li hemm ħdejn il-bini li jużaw il-Young Sailors Club, ħdejn l-iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ser issir spezzjoni mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fuq it-taraġ indikat u li jinsab fil-Bajja Tax-Xama’, San Pawl il-Baħar, sabiex jiġu identifikati x-xogħlijiet meħtieġa.

Wied il-Għajn — Bajja ta’ San Tumas - xogħlijiet ta’ manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jinforma jekk kemm-il darba humiex ser isiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni neċessarji fil-Bajja ta’ San Tumas fix-xahar li ġej qabel jibda l-istaġun tas-sajf?

Response (BONETT, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispjega għal liem xogħlijiet ta’ manutenzjoni qed jirreferi.

Il-Fgura — Triq Mater Boni Consilii - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq parti minn Triq Mater Boni Consilii, il-Fgura u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett fi Triq Mater Boni Consilii, Fgura huwa parti mill-pjan tal-Gvern li jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Infrastructure Malta tibqa’ twettaq proġett wara ieħor li jkompli jipprepara lil Malta għal-lum u l-futur; proġetti li gvernijiet ta’ qabel l-2013 ma kellhomx ir-rieda u l-viżjoni li jwettaqhom u dejjem ħares band’oħra meta affaċjat bi pressjoni.

Ħal Għaxaq — Triq Dun Gużepp - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq Dun Ġużepp Demicoli, Ħal Għaxaq u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett fi Triq Dun Gużepp Demicoli, Ħal Għaxaq huwa parti mill-pjan tal-Gvern li jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Infrastructure Malta tibqa’ twettaq proġett wara ieħor li jkompli jipprepara lil Malta għal-lum u l-futur; proġetti li gvernijiet ta’ qabel l-2013 ma kellhomx ir-rieda u l-viżjoni li jwettaqhom u dejjem ħares band’oħra meta affaċjat bi pressjoni.