Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra b'informazzjoni ta’ kemm hemm ħaddiema impjegati mal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu, jekk humiex impjegati full-time, part-time jew b'mod ieħor kif ukoll indikazzjoni tat-tip ta’ xogħol li jagħmlu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ħaddiema li jittrasportaw ikel direttament fid-djar – regoli ta’ muturi użati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx regoli speċifiċi dwar x’tip ta’ muturi għandhom jiġu wżati mill-ħaddiema li jittrasportaw ikel direttament fid-djar?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru ikkonċernat.

Il-Marsa – Riġenerazzjoni tal-Menqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien ir-riżultat tal-Relevant Expression of Interest li ħarġet Projects Malta għar-riġenerazjoni tal-Menqa, il-Marsa li kienet għalqet fis-7 ta’ Lulju 2017?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li Projects Malta ġiet mitluba fl-2017 biex toħroġ Espressjoni ta ’Interess (EOI) bl-intenzjoni li tipproċedi permezz li tinħareġ talba ġdida għal proposta, bl-għoti ta’ konċessjoni li biha l-Gvern ikun qed jagħti, terminu, konċessjoni fuq bażi enfitewtika, ta’firxa ta’ art u baħar tul il-Moll Braken, Menqa, Marsa lil operatur privat. L-għan kien li jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' attività innovattiva u jiġġenera attività ekonomika ġdida fiż-żona tal-port. Tressqu total ta ’16-il proposta, 5 minnhom ma kinux konformi mar-rekwiżiti ta’ sottomissjoni elenkati fl-espressjoni ta’interess, u għalhekk ma ġewx ikkunsidrati aktar. Il-konsorzji differenti pproponew diversi ideat fosthom dawn li ġejjin: Yacht Marina; Kumpless Residenzjali ta' Lussu, Ċentru tan-Negozju, Żoni ta' Rikreazzjoni, Estensjoni ta'Faċilitajiet Eżistenti, Lukanda, Night Clubs u Ristoranti, Uffiċċji, Faċilitajiet Sportivi, Ċentru u Laboratorji ta' l-Akkwakultura, Parkeġġ tal-Fuel Station, Skola Nawtika, Stazzjon tal-Fjuwil, Terminal tal-Port tal-Baħar u Struttura barra mix-xtut ghal pjattaformi għat-Trobbija tal-Ħut. Rapport bir-riżultat ġie abbozzat mill-kumitat li jissorvelja din l-EOI, liema rapport ġie sottomess lill-ministeru responsabbli minn Projects Malta, dak iż-żmien il-Ministeru għat-Turiżmu.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il direct order inħareġ mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tiegħu fis-snin 2017, 2018, 2019 u 2020, lil min u b’kemm valur b’mod individwali u mod totali?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant skont l-informazzjoni miġbura mill-entitajiet, li tali informazzjoni mitluba diġa’ tpoġġiet fuq il-mejda tal-kamra diversi drabi kif msemmija hawn taħt; Minn Ġunju 2017 sas-16 ta’ Frar 2018 - il-figuri diġa’ ngħataw fuq PQ 1092 f’Seduta 91 Mis-17 ta' Frar 2018 – 30 ta’ Settembru 2018- il-figuri diġa’ ngħataw fuq PQ 4313 f’Seduta 175 mill-1 ta' Ottubru 2018 - 31 ta' Diċembru 2018 - il-figuri diġa’ ngħataw fuq PQ 7427 f’Seduta 186 mill-1 ta' Jannar 2018 - 30 ta' April 2019 - il-figuri diġa’ ngħataw fuq PQ 10710 f’Seduta 243 mill-1 ta' Jannar 2017 - 31 ta' Diċembru 2019 - il-figuri diġa’ ngħataw fuq PQ 12598 f’Seduta 297/302 mill-1 ta' Jannar 2017 - 31 ta' Diċembru 2019 - il-figuri diġa’ ngħataw fuq PQ 12953 f’Seduta 305 mill-1 ta' Jannar 2019 - 31 ta' Diċembru 2019 - il-figuri diġa’ ngħataw fuq PQ 16342 f’Seduta 367 mill-1 ta' Jannar 2019 - 30 ta' Ottubru 2019 - il-figuri diġa’ ngħataw fuq PQ 17462 f’Seduta 407 mill-1 ta' Jannar 2019 - 31 ta' Diċembru 2020 - il-figuri diġa’ ngħataw fuq PQ 17814 f’Seduta 413 mill-1 ta' Jannar 2018 - 31 ta' Diċembru 2020 - il-figuri diġa’ ngħataw fuq PQ 19870 f’Seduta 440

Trasferiment ta’ tankijiet ta’ Ricasoli Port Facility – studju ambjentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi studji ambjentali saru qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni sabiex it-tankijiet ta’ Ricasoli Port Facility Ltd jiġu rilokati fis-sit tal-Mediterranean Offshore Bunkering Company (MOBC) ġewwa l-Marsa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li Il-proċess Parlamentari u għaldaqstant id-deċiżjonijiet relattivi għal dan il-każ għadhom mhux eżawriti jew finali.

Trasferiment ta’ tankijiet ta’ Ricasoli Port Facility – studju

Question

Jista’ l-Ministru jippubblika l-istudji kollha ambjentali li saru, jekk fil-fatt saru, qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni sabiex it-tankijiet ta’ Ricasoli Port Facility Ltd jiġu rilokati fis-sit tal-Mediterranean Offshore Bunkering Company (MOBC) ġewwa l-Marsa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 20842 tal-istess Seduta.

Trasferiment ta’ tankijiet ta’ Ricasoli Port Facility – siti alternattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx studjati siti oħra apparti dik tal-Mediterranean Offshore Bunkering Company (MOBC) ġewwa l-Marsa qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni sabiex it-tankijiet ta’ Ricasoli Port Facility Ltd jiġu rilokati fis-sit tal- (MOBC) ġewwa l-Marsa? Liema kienu dawn is-siti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 20842 tal-istess Seduta.

San Ġwann – Triq il-Baruża – pelican lights u mera

Question

Jista’ l-Ministru jara li ħdejn Triq il-Baruża, San Ġwann isiru pelican lights b’zebra crossing kif ukoll mera, biex min joħroġ minn Triq it-Trunċiera it-twila, jara t-traffiku li jkun ġej?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li Transport Malta m’għandiex talbiet pendenti fir-rigward ta’ Triq il-Barnuża San Ġwann, mill-Kunsill Lokali rispettiv.

Il-Mellieħa – Triq Joseph Grech Attard — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jara li Infrastruttura Malta tagħmel ix-xogħol meħtieġ fi Triq Joseph Grech Attard fil-Mellieħa u dan sabiex jekk għalissa mhux se ssir it-triq, temporanjament ikun jista’ jitneħħa l-perikolu u l-inkonvenjent li qed issofru r-residenti tal-madwar (hekk kif jidhru fir-ritratti annessi)?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li Infrastructure Malta qed tqis is-sitwazzjoni tat-triq indikata, li għadha mhix iffurmata, biex jittaffew id-diffikultajiet tar-residenti konċernati.

Gozo Channel Transport Joint Venture – Public Service Concession Contract

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-addendum għall-Public Service Concession contract li ġie ffirmat fis-7 ta' Ġunju 2019 mal-Gozo Channel Transport Joint Venture?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li id-dokument kkonċernat ma jistax jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra minħabba in-natura u is-sensitivita’ ta’ l-informazzjoni li fih id-dokument msemmi

Ħad-Dingli – żona tal-parkeġġ — ritratt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif ittieħed ir-ritratt taż-żona tal-parkeġġ f'Ħad-Dingli li tella’ fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook? Min ħadu dan ir-ritratt? Kemm ġie jiswa? Kif ukoll min ħallas għalih?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan ir-ritratt ħadu resident kuntent minn Ħad-Dingli, u qed nassumi li ħadu minn fuq il-bejt. Ma ħallast xejn għalih.

Karozzi tal-linja — flotta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet kbira l-flotta ta' karozzi tal-linja, sena b'sena, mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont l-informazzjoni miġbura n-numru ta’ karozzi tal-linja liċenzjati mill-2015 sa l-aħħar ta’ sena li għaddiet kienu hekk kif jidher fit-tabella susegwenti. Ta’ min wieħed jinnota li dawn il-figuri huma hekk kif kienu fl-aħħar ta kull sena. Sena Numru ta’ Karozzi Tal-Linja Liċenzjati 2015 380 2016 402 2017 417 2018 421 2019 433 2020 434

Rotot tal-Karozzi tal-linja — Iġorru inqas minn 200 persuna kuljum

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm rotot tal-karozzi tal-linja li jġorru anqas minn 200 persuna kuljum, liema huma dawn ir-rotot u kemm ilhom joperaw mill-2015 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jikkjarifika jekk l-informazzjoni li qegħda tiġi mitluba tirrigwardjax dawk ir-rotot li jġorru anqas minn 200 passiġġier kuljum prezentament fuq rotot li ilhom fis-seħħ mill-2015 jew inkella jekk l-informazzjoni mitluba hijiex mitluba sena b’sena mill-2015.

Rotot tal-Karozzi tal-linja — tgawdija minn patronaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iżjed għaxar rotot li gawdew minn patronaġġ qawwi fil-gżejjer Maltin matul is-snin 2018, 2019 u 2020?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ninsab infurmat li minn informazzjoni miksuba dwar it-trasport pubbliku l-aktar 10 rotot li gawdew mill-għola patrunaġġ fis-snin mitluba huma is-sussegwenti: · 2018 13, 13A, 31, 14, 91, 42, 48, 41, 222 u 16 · 2019 13, 13A, 14, 31, 42, 48, 91, 41, 16 u 222 · 2020 48, 42, 91, 14, 31, 41, 13, 13A, 82 u X4

Tal-Linja Card — ċittadini Maltin u persuni barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm hawn Tal-Linja Cards irreġistrati fuq ċittadini Maltin u Tal-Linja Cards irreġistrati fuq persuni barranin?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorità tat-Trasport li sa l-aħħar ta’ Diċembru 2020 kien hawn 420,000 Tallinja Cards irreġistrati. Infurmat ukoll li ma tinżammx informazzjoni ta’ kemm minn dawn huma Maltin jew barranin.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20490 u jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bordijiet, li jirregolaw l-entitajiet governattivi indikati fl-emendi fl-Att VII tal-2015, attwalment kollha għandhom membru li hu/i persuna b’diżabilità, għajr wieħed. F’dan il-każ, mhux isir użu mill-pożizzjoni ta’ membru li żdiedet bl-emendi fil-Liġi sakemm tinstab persuna idonea li tkun tista’ tokkupa r-rwol. Inżid li l-Liġi msemmija ma tobbligax li l-membru b’diżabilità jkun fuq bord bħala “rappreżentant għall-persuni b’diżabilità”, kif qed jindika l-istess interpellant. Ma’ dan irid jingħad ukoll li hemm għadd ta’ bordijiet, kumitati, fora u forom oħrajn ta’ tmexxija li għandhom fi ħdanhom membri li huma persuni b’diżabilità, avolja ma jaqgħux taħt l-emendi fl-Att imsemmi aktar ’il fuq.