Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kumpless Sportiv tal-Marsa — art

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi definita l-art (jiġifieri jekk hux Żona ta’ Żvilupp, ODZ, Strategi Open Gap eċċ.) li fuqha huwa mibni l-istadium u l-faċilitajiet tal-Kumpless Sportiv tal-Marsa?

Response (BORG, IAN)

Skond mappa 12 tal-Grand Harbour Local Plan (ara l-mappa annessa li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ), l-stadium u l-faċilitajiet fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa jinsabu ġo żona ta’ mportanza Xjentifika (Site of Scientific Importance - An area of geological importance has been identified as indicated on the Inset Map. Any works proposed to be carried out on or in the vicinity of this area which require development permission must be assessed in relation to their effect upon the geological significance of the site. Dumping or significant excavation of material will not normally be acceptable) Ir-reviżjoni tal-Pjan Lokali datat 10 ta’ Marzu 2011 jagħraf s-sit ta’ l-stadium u l-faċilitajiet fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa bħala l-Marsa Sports Complex taħt il-policy GM 24 – The Marsa Sports Complex (ara l-mappa - FIG A approved li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra).

Kumpless Sportiv f’Ħal Kirkop — art

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi definita l-art (jiġifieri jekk hux Żona ta’ Żvilupp, ODZ, Strategi Open Gap eċċ.) li fuqha huwa mibni l-Kumpless Sportiv f’Ħal Kirkop?

Response (BORG, IAN)

Skond il-Pjan Lokali tan-Nofsinhar ta’ Malta, il-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop jaqa parti (madwar kwart tal-binja, b’faccata fuq Triq Raffaele Caruana) fiż-żona tal-iżvilupp filwaqt li l-kumplament tal-binja taqa barra iż-żona tal-iżvilupp.

Santa Luċija — stadium - art

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi definita l-art (jiġifieri jekk hux Żona ta’ Żvilupp, ODZ, Strategi Open Gap eċċ.) li fuqha huwa mibni l-istadium u l-faċilitajiet ta’ Santa Luċija?

Response (BORG, IAN)

Skond il-Pjan Lokali tan-Nofsinhar ta’ Malta, is-sit li jinsabu fih l-istadium u l-faċilitajiet ta’ Santa Lucija qiegħed fiż-żona tal-iżvilupp.

Marsaskala – football pitch — art

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi definita l-art (jiġifieri jekk hux Żona ta’ Żvilupp, ODZ, Strategi Open Gap eċċ.) li fuqha se jinbena l-football pitch ta’ Marsaskala?

Response (BORG, IAN)

Skond il-Pjan Lokali tan-Nofsinhar ta’ Malta, is-sit tal-football pitch ta’ Marsaskala jinstab barra iż-Żona ta’ l-iżvilupp u ġo żona identifikata għal facilitajiet ta’ rekrejazzjoni (ara Mappa MS1 annessa li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra).

Karozza tal-linja bin-numru 82 – żieda ta’ vjaġġi

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-vjaġġi tal-karozza tal-linja bin-numru 82 jiżdiedu fil-ħinijiet ta’ filgħodu, peress illi diversi residenti ta' Birżebbuġa qegħdin jitħallew l-art peress li l-karozza tal-linja qegħda tgħaddi mimlija u għalhekk il-ħaddiema qegħdin jaslu tard għax-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment għal aktar konsiderazzjoni fil-futur.

Karozzi tal-linja 80 u 82

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-karozzi ta' linja bin-numru 80 u 82 jibdew jgħaddu mill-Qajjenza wkoll ħalli jibdew jinqdew ir-residenti ta' din iż-żona?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment għal aktar konsiderazzjoni fil-futur.

Żona ta’ Ħ’Attard – teħid ta’ 120 tomna ta’ art

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li fiż-żona ta' Ħ’Attard ser jittieħdu madwar 120 tomna (135,000 metru kwadru) ta' art verġni li tikkonsisti f'raba’ agrikola biex isiru xi toroq? X'tip ta' triq ser issir? Jista’ l-Ministru jpoġġi l-pjanti proposti ta' din t-triq fuq il-Mejda tal-Kamra? Fuq pjanta, jista’ jimmarka liema huma dawk il-bdiewa li ser jiġu affetwati minn dan il-proġett u kemm ser jittieħdilhom raba’?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li le mhux minnu li fiż-żona ta' Ħ’Attard ser jittieħdu madwar 120 tomna (135,000 metru kwadru) ta' art verġni sabiex isiru xi toroq.

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għal retail outlets

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal retail outlets tal-bdiewa (a bażi tal-Rural Policy & Design Guidelines 2014), sena b'sena mill-2014 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2842, 2843, 2844, 2845, 2846, 2847, 2848, 2853, 2858, 2859, 2860, 2861, 2862, 2863, 2864, u 2865, peress li l-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet sittax il-mistoqsija parlamentari relatata ma’ statistika fejn it-tfittxija fis-sistema tal-informatika trid tkun ibbażata fuq il-proposta tal-iżvilupp, l-Awtorità ser ikollha ddur aktar minn 35,000 applikazzjoni, aktar min 10,000 minnhom sottomessi fl-2017, sabiex tiġbor l-informazzjoni għal kull waħda, li kumplessivament jiġu aktar minn nofs miljun applikazzjoni (dan apparti tfittxija fid-DNO f’ċerti każi addizzjonali), l-Awtorità ser tibda tiġbor immedjatament l-informazzjoni mitluba u ser tpoġġi r-risposti meħtieġa quddiem il-kamra, kull waħda immedjatament meta tkun lesta.

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għal sanzjonar / bini ta’ stalel taż-żwiemel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal sanzjonar / bini ta' stalel taż-żwiemel, sena b’sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2842, 2843, 2844, 2845, 2846, 2847, 2848, 2853, 2858, 2859, 2860, 2861, 2862, 2863, 2864, u 2865, peress li l-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet sittax il-mistoqsija parlamentari relatata ma’ statistika fejn it-tfittxija fis-sistema tal-informatika trid tkun ibbażata fuq il-proposta tal-iżvilupp, l-Awtorità ser ikollha ddur aktar minn 35,000 applikazzjoni, aktar min 10,000 minnhom sottomessi fl-2017, sabiex tiġbor l-informazzjoni għal kull waħda, li kumplessivament jiġu aktar minn nofs miljun applikazzjoni (dan apparti tfittxija fid-DNO f’ċerti każi addizzjonali), l-Awtorità ser tibda tiġbor immedjatament l-informazzjoni mitluba u ser tpoġġi r-risposti meħtieġa quddiem il-kamra, kull waħda immedjatament meta tkun lesta.

Karozzi bil-‘Y’ Plates

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn karozzi reġistrati bil-‘Y’ plates u jaqsam l-istatistika skont liema kategoriji ta’ servizzi huma liċenzjati li joffru?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista bl-ammont ta’ vetturi reġistrati bil -‘Y’ plates flimkien ma’ statistika skont liema kategorija ta’ servizzi huma liċenzjati li joffru, qed tingħata hawn taħt: Pjanċa Numru ta’ Vetturi Buses *BY 40 Coaches *CY 88 Chauffeur Driven *GY 597 Chauffeur Driven *LY 789 Mini Buses *MY 242 Open Top *OY 17 Passenger *PY 586 Trackless Train *RY 5 Special Passengers *SY 35 Taxi – Malta *TY 250 Vans *VY 208 Taxi – Gozo *WY 42 Vintage Buses *XY 7 Total sa l-aħħar ta’ November 2017 huwa ta’ 2906 vettura.

Regolamenti u Leġiżlazzjoni għas-setturi tat-taxis, servizz tat-trasport privat tal-passiġġiera u servizzi oħra

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-regolamenti u leġiżlazzjoni kollha applikabbli għas-settur tat-taxis, servizz tat-trasport privat tal-passiġġiera u servizzi relatati (eskluż it-trasport pubbliku)?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-regolamenti u leġiżazzjoni applikabbli għas-settur tat-taxis, servizz tat-trasport privat tal-passiġġiera u servizzi relatati huma: Leġislazzjoni Sussidjarja 499.59 - Regolamenti Dwar Servizzi Tat-Taxi, Leġislazzjoni Sussidjarja 65.11 - Regolamenti Dwar Il-Vetturi Bil-Mutur u Leġislazzjoni Sussidjarja 499.56 - Regolamenti Dwar Servizzi Ta’ Ġarr Ta’ Passiġġieri rispettivament. Din l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Karozzi bil-‘Y’ Plates reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati vetturi bil-‘Y’ plates fl-2015, 2016 u din is-sena (separatament) u jaqsam l-istatistika skont liema kategorija ta’ servizzi huma liċenzjati li joffru?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li numru ta’ vetturi bil-‘Y’ plates li ġew reġistrati matul is-snin 2015, 2016 u 2017 huwa hekk kif ġej: 2015 – 204 2016 – 223 2017 – 347 (sa l-aħħar ta’ Novembru 2017) 2015 Pjanċa Numru ta’ Vetturi Chauffeur Driven *LY 115 Passenger *PY 67 Taxi – Malta *TY 20 Taxi – Gozo *WY 2 2016 Pjanċa Numru ta’ Vetturi Chauffeur Driven *LY 124 Passenger *PY 80 Taxi – Malta *TY 18 Taxi – Gozo *WY 1 2017 (sa l-aħħar ta’ Novembru 2017) Pjanċa Numru ta’ Vetturi Chauffeur Driven *LY 259 Passenger *PY 62 Trackless Train *RY 1 Taxi – Malta *TY 24 Taxi – Gozo *WY 1

Public Services Garages — Lista

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ Public Services Garages liċenzjati biex joperaw f’pajjiżna u għal kull garaxx jgħid kemm għandu vetturi reġistrati miegħu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Public Service Garages – Qafas li jirregola s-servizz provdut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistix xi forma ta’ qafas li permezz tiegħu jirregola s-servizzi provduti mill-Public Service Garages f’pajjiżna u jekk iva, jpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Awtorità tal-Ippjanar – proċess biex jiġu riveduti pjani lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jiġu riveduti l-pjani lokali mill-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq il-proċess biex jiġu riveduti l-Pjani Lokali mill-Awtorita’ tal-Ippjanar jinsab fi stadju ta analiżi tas-sottomissjonijiet mill-pubbliku li l-Awtorita’ rċeviet waqt il-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret bejn Lulju u Settembru tal-2013. Dawn is-sottomissjonijiet ilaħħqu madwar 5,700 li kull waħda tista’ tinkludi numru ta’ proposti li jkunu jridu jiġu analizzati.

Fond — permessi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’permessi għandu l-fond li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-fond imsemmi hu munit b’ permess tal-2002 biex jopera bħala tali skont l-Ordni dwar il-Klassijiet ta’ Użu fl-Ippjanar tal-Iżvilupp.