Birdlife responsabbli biex tnaddaf l-inħawi tas-Simar
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Birdlife għandhiex xi kundizzjoni partikolari biex tnaddaf l-inħawi tas-Simar li huma taħt ir-responsabbiltà tagħha?
Jista' jagħti ukoll tagħrif dwar jekk fil-fatt il-Birdlife hix responsabbli biss mill-partijiet ta' dawn l-inħawi li huma mdawra b'fence, jew inkella ta' partijiet oħra fl-istess inħawi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi l-inħawi tas-Simar jaqaw taħt ir-responsabiltà tal-MEPA u għaldastant nissuġerixxi l-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex, kemm ilhom fil-karigi rispettivi tagħhom u kemm qed jitħallsu fis-sena referibbilment għal: Malta Resources Authority, Climate Change Policy, Development of Alternative Energy Sources, Oil Exploration, National Parks Afforestation and the Country Side, Waste Management Strategy Implementation, Cleansing, Building Industry Consultative Council, Manufacturing and Servicing, Construction and Maintenance, Rural Development Agriculture Horticulture Fisheries Aquiculture, Veterinarian Services and Animal Welfare? Jista’ jgħid kemm-il seduta attendew il-membri rispettivi tal-bordijiet, awtoritajiet, aġenziji u kumpaniji governattivi? Min huma s-segretarji rispettivi ta’ dawn l-entitajiet imsemmija, jekk humiex full-time u x’paga għandhom?Dan kollu senjatament ghas-snin 2008, 2009 u 2010? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti kemm dawk legali kif ukoll dawk li m’humiex u x’retainers għandhom għall-Ministeru nnifsu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-ministeru rċeviex rapporti ta' attakki fuq opri tal-baħar Maltin li kienu qed iressqu t-tonn lejn Malta, minn opri tal-baħar li huma tal-Greenpeace? Kemm kienu tali rapporti u meta saru? X'investigazzjoni għamel id-dipartiment konċernat dwar dawn ir-rapporti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li d-Direttorat tal-Kontroll tas-Sajd kien infurmat verbalment mill-operaturi tal-fish farms fl-erba’ okkażżjonijiet meta saru l-attakki fuq il-gaġġeġ Maltin. Il-Ministeru rċieva wkoll rapport uffiċjali fid-9 ta’ Ġunju mingħand rappreżentant ta’ l-Operaturi Maltin tal-fish farms li l-gaġeġ tagħhom kienu qegħdin jigu kkonfrontati minn 3 bastimenti tal-Greenpeace u Sea Shepherd u saret talba uffiċjali sabiex tingħata viġilanza kostanti għall-protezzjoni tal-proprjetà Maltija.
L-attakki kienu kif isegwi:
· 5 ta’ Ġunju - attakk fuq bastimenti tas-sajd Franċiżi u operaturi
Maltin allegatament mill-Greenpeace
· 6 ta’ Ġunju - attakk fuq bastimenti tas-sajd Tuneżini u
Operaturi Maltin allegatament mill-Greenpeace
· 13 ta’ Ġunju - attakk fuq gaġġa tat-tonn ta’ operatur
Malti allegatament mill-Greenpeace
· 17 ta’ Ġunju - 2 attakki fuq gaġeġ bit-tonn ta’ żewg operaturi
Maltin allegatament mis-Sea Shepherd
· 19 ta’ Ġunju - attakk fuq gaġġa tat-tonn ta’ operatur Malti
allegatament mis-Sea Shepherd
Il-Ministeru huwa f’kuntatt kontinwu mal-Forzi Armati ta’ Malta, ma’ dawk Libjani u Francizi u mal-Community Fisheries Control Agency (CFCA) tal-Unjoni Ewropeja sabiex joffru protezzjoni lill-operaturi Maltin u l-attivita tagħhom. Il-Ministeru ha passi wkoll sabiex jibgħat
note verbale
lill-Gvern Olandiz sabiex jittieħdu l-passi neċessarji fuq it-tliet bastimenti tal-Greenpeace u Sea Shepherd li jtajru l-bandiera Olandiza. Hemm komunikazzjoni kontinwa bejn l-operaturi u l-awtoritajiet inklużi l-uffiċjali ta dan il-Ministeru biex tiġi evitata kemm jista' jkun aktar ħsara.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix inċentiv biex bdiewa jirranġaw il-mogħdija u l-ħitan tagħhom, jiġifieri t-trejqiet tagħhom jingħataw wiċċ ġdid u jibnu l-ħitan imwaqqa'? Hemm xi tip ta' fondi dedikati għal dan il-għan ħalli trejqiet u ħitan jiġu rranġati u fl-istess ħin jagħmlu ambjent aħjar? Jekk iva, fejn u kif iridu japplikaw għal dan il-fond?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi taħt il-Programm għall-Iżvilupp Rurali 2007-2013, nsibu żewg miżuri fejn speċifikament tingħata għajnuna sabiex ikun jista’ jsir xogħol ta’ tiswijiet u titjib ta’ mogħdijiet u ħitan fil-kampanja għall-benefiċċju tal-bdiewa u l-pubbliku inġenerali.
L-ewwel miżura tirrigwarda għajnuna marbuta ma’ l-iżvilupp ta’ infrastruttura relatata ma’ l-agrikoltura. Permezz ta’ din il-miżura għajnuna tkun mogħtija lill-bdiewa jew raħħala sabiex jitjieb l-aċċess għar-raba u l-irziezet tagħhom.
Taħt miżura oħra nsibu għajnuna għall-investiment assoċjat mal-konservazzjoni, restawr u titjib tal-wirt rurali. Taħt din il-mizura Kunsilli Lokali jistgħu japplikaw sabiex iwettqu proġetti marbuta mal-konservazzjoni tal-ħitan tas-sejjieħ li jinsabu f’żoni li huma barra miż-żoni ta’ żvilupp (ODZ).
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-producers organizations li qed jiffunzjonaw bħalissa? Kemm f'kull każ huma l-produtturi, jew il-bdiewa li huma membri ta' dawn il-producers organizations?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ngħata mis-segwenti entitajiet kemm b’diret order u kemm permezz ta’ tender Governattiv: Malta Resources Authority, Climate Change Policy, Development of Alternative Energy Sources, Oil Exploration, National Parks Afforestation and the Country Side, Waste Management Strategy Implementation, Cleansing, Building Industry Consultative Council, Manufacturing and Servicing, Construction and Maintenance, Rural Development Agriculture Horticulture Fisheries Aquiculture, Veterinarian Services and Animal Welfare? Lil min ingħata u kemm kien jiswa kull kuntratt fil-perjodu 2008, 2009 u 2010?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm sar xogħol mis-sena 2000 sal-2010, sena b'sena mill-gvern ċentrali fil-promenades ta' Wied il-Għajn, Birżebbuġa u Marsaxlokk? Kemm kien jiswa dan ix-xogħol li sar separatament għal kull promenade?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm twaħħlu arloġġi tal-ilma fuq l-ispieri privati s'issa? Min qed ikun responsabbli għall-ħlas tal-ispejjeż involuti? Kif ġie stabbilit l-ammont ta' ħlas li jrid isir minn min ikollu arloġġ stallat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li s’issa twaħħlu 23 arloġġ tal-ilma mal-ispieri privati. L-utent ta’ l-ispiera hu responsabbli għall-ħlas tal-ispejjeż involuti. L-ammont ta’ ħlas kien stabbilit biex ikopri l-ispejjeż ta’ l-arloġġ tal-ilma u fittings u aċċessorji, l-ispejjeż għat-twaħħil tal-arloġġ u miżuri ta’ sigurtà.
Jista' l-Ministru jgħid meta nbdew u intemmu l-istudji fuq il-fattibbilità tal-interlink cable bejn Malta u Sqallija? Minn min saru u kif intgħażlu d-ditti ta’ konsulenza involuti? Kemm tħallsu tagħhom? Liema kienu u/jew kienet il-kumpanija/i involuti fix-xogħol ta' tħejjija għat-tender tal-interlink cable ma' Sqallija? Min kienu l-individwi u/jew kumpaniji involuti fix-short listing tal-preferred bidders? Meta mistennija tingħalaq id-data għas-sottomissjoni għat-tenders għal dan il-link? Ix-xogħol ta’ evalwazzjoni u aggudikazzjoni tat-tenders minn min se jsir? F’liema stadju, kif u kemm se jkun mdaħħal id-dipartiment tal-kuntratti f’dan il-proċess kollu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Peress li l-istudji li qed jirreferi għalihom l-Onor Interpellant saru mill-Enemalta nissuġerilu biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x’arranġamenti saru jew qed isiru mal-awtoritajiet Taljani u minn min, sabiex l-interlink tagħna ma' Sqallija jiġi kollegat man-network Ewropew? Se jkun hemm bżonn ftehim mal-Aġenzija Taljana Terna u jekk iva min jrid jilħaq dan il-ftehim, il-Gvern Malti jew l-entità kummerċjali li tirbaħ it-tender?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor interpellant li dan hu xogħol li qed isir mill-Enemalta u nissuġerilu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid fir-riċerka li setgħet għamlet l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi setgħux jikkonfermaw li l-Italja se timporta madwar 750-800 MW minn power station ġdida f’Tuneż?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi hi infurmata dwar il-cable li għad irid jiġi mgħoddi bejn l-Italja u Tuneż imma mhux dwar xi ftehim speċifiku u kummerċjali li hemm jew jista’ jkun hemm bejn iż-żewġ pajjiżi.
Direttur Finance and Administrator — assenza mix-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk id-direttur Finance and Administration ilu nieqes mix-xogħol għal ħafna xhur? Jekk fl-affermattiv, għaliex hemm din l-assenza u x'passi qegħdin jittieħdu sabiex is-sitwazzjoni titranġa?
Jista' l-Ministru jgħid liema siti ġew kunsidrati għal kostruzzjoni ta' inċineraturi? Jista' jgħid jekk sarux studji dwar l-impatt ambjentali ta' eventwali inċineraturi f'Delimara, mhux biss waħdu iżda ukoll l-impatt ambjentali meta magħdud mal-emmissjonijiet u inkwinament kaġunat minn diversi impjanti ndustrijali fiż-żona ta' Birżebbuġa u Marsaxlokk?
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — ħaddiema li qabżu l-61 sena
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema/uffiċjali li qabżu l-61 sena u baqgħu jaħdmu fil-ministeru tiegħu u/jew fid-dekasteru li jaqa' taħtu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi fil-Ministeru tiegħi hemm erba persuni li baqgħu jaħdmu wara li għalqu l-61 sena.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18027 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u ċioe: Int u dieħel l-Imdina mill-gate prinċipali, hemm tennis court u football pitch 5-a-side, hemm ukoll football pitch 9-a-side fejn Greeks Gate (in-naħa ta' wara tal-Imdina) u peress li jidher li hemm pjanijiet biex it-tennis court u il-5-a-side pitch jitneħħew għal kollox, hemm ukoll il-pjan li anke in-9-a-side football pitch jitneħħa. Għall-ewwel kien hemm il-ħsieb li t-tennis court u il-5-a- side pitch jiġu trasferiti minflok il-pitch tan-9-a-side però issa jidher li lanqas hekk m'hu se jsir, tista' l-Ministru tgħid jekk hux vera li hemm pjanijiet biex jitneħħew dawn il-faċilitajiet sportivi u fuq liema bażi qed tittieħed id-deċiżjoni? Jekk dawn il-faċilitajiet se jitneħħew, kemm tagħmel sens din id-deċizjoni meta tqis li madwar Malta kollha hemm diversi clubs u kunsilli li qegħdin jinvestu f'faċilitajiet sportivi u f'pitches 5-a-side tat-turf?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi l-Ministeru qiegħed iħejji pjanijiet għar-riabilitazzjoni tal-foss tal-Mdina, li matul iż-żminijiet ingħata funzjonijiet li jikkompromettu l-importanza storika ta’ dan il-post. Fost id-deċiżjonijiet li ttieħdu hemm dik li qed issir rilokazzjoni tal-funzjonijiet sportivi għal spazji oħra ġa eżistenti, deċizjoni bbażata ukoll fuq il-fatt li l-użu ta’ dawn il-faċilitajiet kien wieħed minimu. B’hekk il-foss se jingħata lura d-dehra li tixraqlu, kif ukoll se jinbidel fi spazju Pubbliku għall-użu u t-tgawdija ta’ kulħadd.
Jista' l-Ministru jgħid meta ġiet transposed id-direttiva dwar enerġija rinovabbli 2009/28/ec fil-leġislazzjoni Maltija?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat lid-direttiva li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant għadha ma ġietx transposed peress li l-istess Direttiva tistabilixxi li t-transpożizzjoni trid tkun saret leġislazzjoni nazzjonali sal-5 ta’ Diċembru 2010.
Billi f’mistoqsija parlamentari 17572 il-Ministru għarraf lill-Kamra li qed isiru l-follow ups mitluba mill-Unjoni Ewropea dwar ir-rapport li ħejjew dwar il-Biċċerija Maltija, il-Food and Veterinary Office (FVO), jista' l-Ministru jindika dawn il-follow ups sarux kollha u jekk le sakemm mistennija jsiru, aktar u aktar minħabba rapporti li l-Unjoni Ewropea mhix lesta tippubblika dan ir-rapport kif oriġinarjament kienet maħsuba li tagħmel f’April li għadda, qabel ma l-Gvern Malti jwieġeb għall-osservazzjonijiet kollha tal-FVO?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi numru ta’ follow ups huma finaliżżati u oħrajn għadhom fil-proċess li jiġu finaliżżati. Dawn mistennija jsiru sa l-aħħar ta' din is-sena.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14791, billi l-Building Energy Regulations suppost li ġew fis-seħħ fil-bidu tas-sena li għaddiet, u billi fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari msemmija l-Ministru kien qal li l-EPC Portal, il-programm li jaħdem fuq l-internet flimkien mal-backend tiegħu ser jibdew joperaw f’April ta’ din is-sena, issa li ninsabu fit-tieni ġimgħa ta’ Ġunju, jista’ l-Ministru jikkonferma meta u jekk ġewx fis-seħħ, kif ukoll kemm inħarġu ċertifikati s’issa?
Meta mistenni jitlesta l-
customisation
tas-
software
adottat mis-sistema Ingliza SBEM sabiex ikunu jistgħu jibdew jitħaddmu ukoll ir-regolamenti dwar
non dwellings
? Jista’ jagħti data indikattiva meta s-
certification
fuq in-
non dwellings
mistenni jibda ukoll?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li t-testing fuq il-programm li se jintuża għas-sistema tal-Building Energy Regulations issa wasal fl-aħħar stadji tiegħu. Jien infurmat li kien hemm numru ta’ problemi tekniċi waqt l-ittestjar u għalhekk kien hemm dan id-dewmien. Fir-rigward tal-customisation tal-SBEM mhux mistenni li s-certification fuq non-dwellings tkun tista’ tibda qabel Jannar tal-2011.
Jista' l-Ministru jagħti data indikattiva meta Malta mistennija tissottometti l-Water Management Plans tagħha li jaqgħu taħt il-Water Framework Directive? Min kienu l-persuni li kienu qed jaħdmu fuq dawn il-pjanijiet? Meta ġew adottati formalment mill Gvern?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 18234