Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #6154 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ażjendi li jaħdmu fuq 3 day week

Question

Peress li issa sfortunatament għandna numru ta' ażjendi li qed jaħdmu fuq il-4 day week, jista' l-Ministru jgħid jekk kellux xi talbiet matul is-sena 2008 u 2009 sabiex xi ażjendi jmorru għal 3 day week? Jekk għandna minn dawn l-ażjendi li qegħdin fuq 3 day week, jista' jgħid liema huma?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li ma kien hemm l-ebda talba lid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg biex xi azjenda tmur fuq 3 day week.
Leg 11 PQ #6272 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Detention Centres — każijiet ta' scabies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' scabies kien hemm fid-detention centre ta' Ħal Safi u Ħal Far fis-sena 2008? Kemm intuża Denbac M fl-istess żmien?

Response (DALLI, JOHN)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskabbja mhijiex marda li t-tobba huma obbligati jinnotifikaw. Għalhekk ma jinżammux rekords preciżi tan-numru ta’ każijiet. Ta’ min jgħid iżda, li fis-sena 2008 id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard għadda 610 doża ta’ Derbac M biex jintużaw fid- detention centres . Dawn id-dożi ntużaw biex: 1. jiġu trattati immigranti li kellhom l-iskabbja, 2. jiġu trattati immigranti li ġew f’kuntatt ma’ persuni li kellhom l-iskabbja, 3. għal mard ieħor fejn id-Derbac M huwa indikat. Informat ukoll li jista’ jkun hemm immigranti oħrajn li ngħataw Derbac M direttament mid-Dipartiment tad-Dermatoloġija fl-iSptar Boffa, iżda ma tinżammx statistika dwar jekk l-immigranti jkunux fid- detention centres jew fil-­komunita.

Qasam ta-saħħa — sejħiet għal promozzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid min u kif jitfasslu s-sejħiet biex jittieħdu l-promozzjonjiet fil-qasam tas-saħħa? Min jiddeċiedi kemm hemm bżonn u minn liema professjoni? Huwa aċċettat li professjoni tkun qed tikkmanda professjoni oħra li fil-job description tagħha m'hemm l-ebda kelma li għandha tagħmel dan? Allura min jiddeċiedi min jikkmanda lil min?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Kont tas-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6027, 5808, 5620 u 5266 u ċioè: B'referenza għall-prinċipju tal-kont tas-saħħa li hemm referenza dwaru fid-diskors tal-baġit 2006 paġna 69, jista' l-Ministru jgħid kemm jirriżulta li kien għas-snin 2007 u 2008?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #6577 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Pazjenti li jattendu polikliniċi tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li attendew b'emerġenza fil-polikliniċi tal-Gvern li għandna madwar Malta matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Jista' jgħid jekk hemmx xi forma ta' follow-up li ssir fuq pazjenti li jattendu dawn il-polikliniċi, ukoll jekk huma ma jirritornawx fil-poliklinika?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #6579 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Tobba li jaħdmu mal-Gvern — Postgraduate

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' tobba li jaħdmu mal-Gvern u li bħalissa qed jattendu xi tip ta' postgraduate f'Malta jew barra? F'liema speċjalizzazzjonijiet qed jistudjaw dawn it-tobba, fejn u kemm huma t-tulijiet tal-korsijiet li qed jattendu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #6596 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

każ fuq vacancy

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4898 u wara li ġew approvati l-appointments konċernati, jivverifika l-Ministru li l-informazzjoni mgħoddija lilu fuq il-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, kienu addirittura skorretti? Jista' jagħmel verifiki ulterjuri u jekk jirriżultalu li dak allegat hu minnu, jieħu passi ulterjuri f'dan ir-rigward?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ħal-Farruġ — Xogħlijiet mill-Awtorità tad-Djar

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5408, jista' l-Ministru jinvestiga x'jista' jsir dwar il-problema tal-ilma tax-xita li qed tidħol fil-proprjetà tan-nies u qed tagħmel ħsarat qawwija? Il-kunsill lokali qed jgħid li dan ix-xogħol m'huwiex responsabbli minnu, iżda li suppost kellha tittieħed azzjoni min-naħa tal-Awtorità tad-Djar wara li anke saret spezzjoni min-naħa tal-kunsill lokali flimkien mal-periti tal-Awtorità tad-Djar.

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan ix-xogħol ser isir mill-Kunsill Lokali iżda se jkun inkluż fil-finanzjament l-proġett tal-ġnien li qed isir bi sħab ma’ l-Awtorita' tad-Djar.
Leg 11 PQ #6604 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Monte Carmeli — Young People’s Unit

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm kien l-ammont ta' residenti fil-Young People’s Unit tal-Isptar Monte Carmeli xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar, 2007 sal-lum, bl-etajiet rispettivi tal-pazjenti? X'għandu xi jgħid għall-allegazzjoni li fil-Young People’s Unit kien hemm żgħażagħ li fil-fatt m'għandhomx problemi mentali?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #6615 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Benefiċċji soċjali — direct debit

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li mhux kulmin għandu xi forma ta' benefiċċju soċjali, għandu dritt jitlob li l-ħlas għal kull għajnuna jsir b'sistema ta' direct debit fil-kont tal-individwu f'xi wieħed mill-banek? Jekk dan huwa minnu, jista' jgħid liema huma dawk il-benefiċċji li l-ħlas tagħhom irid jiġi mibgħut bil-posta u mhux b'sistema ta' direct debit? Hemm xi raġuni partikolari għal din il-pozizzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa minnu li mhux fil-każijiet kollha wieħed għandu d-dritt li jitlob li l-ħlas ta’ kull għajnuna isir b’sistema ta’ direct credit, jiġifieri l-ħlas issir direttament fil-kont bankarju ta’ l-individwu f’xi wieħed mill-banek. Din il-policy li ma’ jirċievux il-pagamenti bis-sistem direct credit hija biss għal dawk il-benefiċċji mhux kontributorji, jiġifieri dawk il-benefiċċji li wieħed irid jissodisfa t-test tal-mezzi biex jikkwalifika għalihom. Din il-miżura kienet ittieħdet minħabba abbużi li-kienu qed iseħħu, fejn benefiċċjarji kienu jsiefru mingħajr ma’ jirrapurtaw u b’hekk jibqgħu jirċievu l-benefiċċju mingħajr ma’ jkollhom dritt għalih. Dawk li kienu diġa qegħdin jirċievu dawn il-benefiċċji qabel ma’ giet introdotta din il-miżura, baqgħu jirċievu l-pagament direct credit. Il-benefiċċji mhux kontributorji huma dawn li ġejjin:- Għajnuna għal mard Għotja għal Halib Għajnuna Soċjali Pensjoni ta’ l-Eta’ AP Pensjoni tal-Wens Pensjoni tad-Disabilta DP. Din hi s-sitwazzjoni. Billi hi l-proċedura tagħna li jekk jkun il-pagament isir permezz ta' direct credit, se jkun hemm revizjoni tas-sistema tal-pagamenti.

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — kors ta' childcare

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ se tibda' l-kors ta' childcare? Kemm hemm applikanti għal dan il-kors?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li s–sejħa għal trainers ser toħorg il-ġimgħa d-dieħla u ser iddum miftuħa ħmistax-il ġurnata. Wara li jintemm il-proċess tal-għażla ta’ trainers, jibdew l-arranġamenti biex jibda it-taħrig. Hu antiċipat li dan il-programm ta’ taħrig jibda għall-aħħar ta’ April. Informat ukoll li peress li dan il kors kien ilu magħluq, ma kinitx tinżamm lista ta’ applikanti. Lista ġdida tibda tinġabar malli jinfetħu l-applikazzjonijiet għal dan il-kors.
Leg 11 PQ #6697 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Pensjonant jintalab iħallas l-pensjoni lura

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif u għaliex pensjonanti li jkunu għamlu dikjarazzjoni eżatta u ġenwina meta applikaw għall-pensjoni, u li wara li jkunu ilhom jirċievu l-pensjoni kif maħduma, jgħaddu xi snin u jiġu mitluba mid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali biex jagħtu lura ammont ta' flus, li allegatament ikun ġew mogħtija lilhom bħala żball meta tkun inħaditmitilhom ir-rata tal-pensjoni li jkunu intitolati għaliha? Jidhirlu li żball li jkun ittieħed mid-dipartiment, għandu jbatih il-pensjonant li ma jkunx jaf li qiegħed jieħu iżjed milli suppost? Jidhirlu li li titlob mingħand pensjonant eluf ta' euros lura mingħandu, billi tnaqqaslu ammont regolari minn pagamenti tal-pensjoni sussegwentement jikkawża tbatija bla sens fuq tali pensjonanti? Jaħseb il-Ministru li jekk ikun żball li sar mid-Dipartiment m'għandux ibati l-pensjonant?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Diviżjoni tas-Sigurta’ Soċjali tirkupra ħlas ta’ beneifiċċji li tħallsu żejda kemm jekk dawn ikunu żball tad-Diviżjoni kif ukoll jekk dawn ikunu żball minħabba xi tibdil ta’ ċirkustanzi li l-benefiċjarju ma jkunx għarraf lid-Diviżjoni bihom. L-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali jipprovdi wkoll sabiex fejn il-ħlas żejjed iseħħ bħala riżultat ta’ żball minn naħa tad-Diviżjoni, l-ammont żejjed li jinġabar ma jmurx iżjed lura minn sentejn u jitnaqqas mill-benefiċċju b’rata ta 5%.
Leg 11 PQ #6751 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Pariri ta' dietician/nutritionist

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' warrant/liċenzja hemm bżonn li wieħed jikseb sabiex jagħti pariri ta' dietician/nutritionist jekk attwalment hemm bżonn? Jaf il-Ministru li kważi l-beauticians kollha ta' Malta u l-gym instructors kollha jagħtu pariri dwar x'inhi l-aħjar tip ta' dieta li wieħed isegwi? Jidhirlu għaldaqstant li attwalment m'hemm xejn ħażin li persuna li tkun taħdem ġo salon ma tkun qed tagħmel xejn ħażin u ma tkun qed tikser l-ebda liġi? Jista' jispjega jekk id-dieticians/nutritionists jaqgħux taħt il-Kunsill Mediku Malti u jekk fin-negattiv kif l-istess kunsill interferixxa fil-każ, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Ħal Qormi — kuntratti tad-djar tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru l-kuntratti tad-djar tal-Gvern min-naħa tal-Awtorita' tad-Djar li kienu jaqgħu taħt l-iskema tal-HOS? Dawn jinsabu fi Triq id-Deheb Fin, f'Ħal Qormi li ħafna minnhom għadhom fuq l-att tal-konvenju mal-Gvern. Jista' jgħid kif din il-problema tista' tiġi riżolta għal dawn il-familji li jixtiequ li jifdu anke ċ-ċens li għandhom fuq l-art?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Awtorita’ tad-Djar ma jkollhiex informazzjoni dwar meta jista’ jsir il-kuntratt fuq din l-art f’ Hal Qormi, għalhekk nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat. Informat ukoll li dawk il-familji li għadhom fuq l-att tal-konvenju mal-Gvern u jixtiequ li jifdu ċ-ċens li għandhom fuq l-art, jistgħu jagħmlu dan taħt Skema Q mħaddna mill-Awtorita’ tad-Djar.

Applikazzjoni taħt skema Z — Dewmien

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-applikazzjoni tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, taħt skema Z qed iddum biex tiġi proċessata minħabba li ilha li applikat aktar minn sena?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

dikjarazzjoni li rridu nsaħħu l-kura fil-komunità — ċentri tas-saħħa

Question

Fid-dwal tad-dikjarazzjoni li rridu nsaħħu l-kura fil-komunità, x'rwol sejjer jkollhom iċ-ċentri tas-saħħa? Se jkun hemm servizzi li jonqsu/jiżdiedu f'dawn iċ-ċentri? Liema pjan sejrin nattwaw biex insaħħu l-kura fil-komunità? Jista' dan il-pjan jiġi ppubblikat?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-eżerċizzju biex jiġi analizzat u evalwat l-operatur futur tal-Kura fil-Komunita' għadu m'huwiex konkluż. Għalhekk ikun prematur li wieħed jagħti dettalji f'dan l-istadju.

Nies boarded out

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies li huma boarded out? Kemm hemm minnhom minn Għawdex u kemm hemm minnhom minn Malta?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li n-numru ta' nies li jirċievu pensjoni ta' l-invalidita' huwa ta' 5,372 ġewwa Malta u ta' 974 ġewwa Għawdex.

waiting lists — dipartimenti organizzati

Question

Wara d-dikjarazzjoni pubblika li dehret f'gazzetta lokali li waiting list, tal-operazzjonjiet ma teżistix għajr fl-oftamoloġija u l-cardiology, jista' l-Ministru jgħid x'qed jippjana l-gvern biex jara li d-dipartimenti l-oħra jiġu iktar organizzati? Huwa kuntent b'din is-sitwazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.