Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12599 u jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu jokkupaw il-pożizzjoni ta' persons of trust fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu sena b' sena mit-8 ta Marzu 2013 sal-lum?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Proġett ta’ triq ġdida bejn il-port tal-Imġarr Għawdex u Triq il-Madonna ta’ Lourdes f’Għajnsielem
Question
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett propost fl-aħħar baġit għal triq ġdida bejn il-port tal-Imġarr Għawdex u Triq il-Madonna ta' Lourdes f'Għajnsielem u jgħid fil-konkret x'sar sa issa u jgħid x'hemm ippjanat li jsir fil-ġimgħat li ġejjin? Jista’ jgħid ukoll min hu l-perit inkarigat minn dan il-proġett, kemm-il siegħa xogħol għamel sa issa u kemm tħallas għal dan ix-xogħol li diġà għamel? Jista’ jgħid jekk sarux xi laqgħat ta' konsultazzjoni u informazzjoni għall-stakeholders u għall-persuni jew sidien ta' art li ser jintlaqtu minn dan il-proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddejja konsultazzjonijiet mal-ERA biex eventwalment ikunu jistgħu jibdew it-testijiet ġeologiċi meħtieġa. Id-ditta ta’ Periti inkarigati minn dan il-progett huma William Lewis li kien wieħed mil-periti li kien applika taħt is-sejħa li kienet ħarġet mill-Ministeru għal servizz ta’ periti. Minħabba li għadhom għaddejin konsultazzjonijiet mal-ERA, għad ma ġewx skedati laqgħat ta’ konsultazzjoni u informazzjoni għall- stakeholders jew persuni li jistgħu jintlaqtu minn dan il-proġett. Dan minbarra li jrid jiġi evalwat u kkunsidrat l-impatt ambjentali sabiex tkun tista tittieħed deċiżjoni finali rigward din it-triq.
Jista' l-Ministru jgħid fil-proġett li għaddej bħalissa ta' pavimentar ġewwa ż-żona tal-Menqa f'Marsalforn, min hu l-perit inkarigat minn dan il-proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal dan il-proġett tqabbad perit tal-Ministeru.
Jista’ l-Ministru jgħid s'issa kemm intużaw metri kubi ta' concrete ready-mix, kif ukoll min kejjel (jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra isem, kunjom u grad tal-individwu/individwi) u xi grad ta' ready-mix hu, fil-Proġett ta’ riġenerazzjoni ta’ Pjazza San Franġisk ġewwa r-Rabat Għawdex? Jista' jgħid kemm-il test sar, min għamel dawn it-testijiet (jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra isem, kunjom u grad tal-individwu/individwi) u fiex kienu jikkonsistu dawn it-testijiet min-naħa tal-Ministeru għal Għawdex s'issa u f’liema ġurnata, ħin tal-ġurnata u xahar saru u x'kien l-eżitu ta’ dawn it-testijiet kif ukoll jgħid ġewwa liema laboratorji saru dawn it-testijiet u jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija li saru mill-Ministeru, dipartimenti, id-dekasteru u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtu kull sena matul l-2017, 2018 u 2019?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin imsemmija kien hemm total ta’ tnax -il serqa li ġew irrapurtati; erba' f’kull sena, fl- 2017, 2018, u 2019.
Jista’ l-Ministru jgħid, sena b’sena, mit-8 ta’ Marzu 2013 sal-lum:
a. Kemm kien hemm persuni fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex fil-grad ta’
book binders
;
b. X’korsijiet intbagħtu jagħmlu u fejn saru u minn min saru;
c. Kemm minnhom jagħmlu x-xogħol ta’
book binder
;
d. F’liema dipartiment/sezzjoni fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex jagħmlu x-xogħol ta’
book binders
;
e. Kemm hemm ħaddiema fil-grad ta’
book binders
iżda ma jagħmlux ix-xogħol ta’
book binder
? X’tip ta’ xogħol jagħmlu differenti mill-grad ta’
book binder
; u
f. F’kull każ, min ta awtorizzazzjoni biex ma jibqgħux jagħmlu x-xogħol ta’
book binder
?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għawdex — in-Nadur – proġett ta' Multi Modal Hub f’Ta' Xħajma
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11753 li ngħatat fil-28 ta' Ottubru 2019:
a. jista’ l-Ministru jgħid x'sar iktar fuq il-proġett ta'
Multi Modal Hub
ġewwa Ta' Xħajma fin-Nadur Għawdex;
b. jista’ jgħid jekk l-istudji ġeotekniċi tlestewx u jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra;
c. jista' jgħid f'dawn il-ġranet u ġimgħat kemm hemm ħaddiema jaħdmu fuq dan il-proġett u x'tip ta' xogħol infrastrutturali qed isir fil-preżent; u
d. jista’ jgħid jekk dan il-proġett hux ħa jkun lest minn kollox sal-aħħar tas-sena 2020 hekk kif kien intqal fit-tweġiba għall- mistoqsijia parlamentari 11753?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qegħdin nistennew li jinkisbu l-permessi meħtieġa u għalhekk bħalissa mhux isir xogħol fuq il-Multi Modal Hub ġewwa ta’ Xħajma. L-istudji ġeotekniċi tlestew u r-rapport qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Id-data tat-tlestija tal-proġett qiegħda tiġi riveduta.
Attachments:PQ 12923 in-Nadur – proġett ta' Multi Modal Hub f’Ta' Xħajma - 191226 Xewkija Xhajma J3570 M for Gozo SI REPORT.pdf
Master Plan ta’ Kemmuna – proċess ta’ konsultazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid min qed imexxi l-proċess ta' konsultazzjoni dwar il-master plan ta' Kemmuna? Jista' jgħid jekk min qed imexxi l-proċess ta' konsultazzjoni dwar il-master plan ta' Kemmuna għandux 'esperjenzi u kwalifiki’ fi proġetti marittimi? Jista' jgħid jekk ġiex sottomess xi dokument biex iservi bħala bażi ta' konsultazzjoni u jekk iva jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid kemm hi l-ispiża s’issa fuq dan il-proċess għall-master plan ta' Kemmuna u jispeċifika min tħallas s’issa u kemm? Jista' jgħid kif ser jitkompla dan il-proċess u meta hu maħsub li ser jingħalaq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpelant li l-proċess ta’ konsultazzjoni qed jitmexxa minn Doric Studio, imqabbad għan-nom tal-Ministeru għal Għawdex. Il-Ministeru għal Għawdex isottometta applikazzjoni mal-Awtorita’ tal-Ippjanar, bir-referenza PA 7028/2018, għal xogħol ta’ resurfacing tat-triq li tagħti għall-Blue Lagoon. Il-proċess jingħalaq la darba jinġiebu l-permessi kollha meħtieġa mingħand il-Planning Authority. F’Novembru 2019, l’ERA tagħat l-approvazzjoni NP 00097/19, sabiex jiġu installati temporanjament walkways u railings tal-injam fil-Blue Lagoon. S’issa tħallas € 2,815.00.
Ministeru għal Għawdex – impjegati b’Contract for Service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid sena b'sena mit-8 ta' Marzu 2013 sal-lum kemm kien hemm u hemm persuni impjegati b'Contract for Service fil-Ministeru għal Għawdex? Jista’ jgħid f’liema grad qegħdin kull wieħed, xi kwalifiki għandhom, x'tip ta' xogħol jagħmlu u kemm jitħallsu kull wieħed/waħda separatament?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid ekk kienx hemm operaturi li provdew trasport f'Għawdex għall-pubbliku matul il-jiem tal-Karnival 2020 u li mhumiex soltu jipprovdu trasport fil-gżira Għawdxija?
Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid min huma dawn u taħt liema awtorizzazzjoni għamlu dan?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11425 li saret fit-8 ta’ Ottubru 2019 u jgħid kemm intefqu flus fuq il-kunċett ta' Eko Għawdex minn Ġunju 2017 sal-lum? Tista' tagħti lista ta' kull pagament li sar mill-vot ta' Eko Għawdex minn Ġunju 2017 sal-lum u għal xiex sar kull pagament? Tista' tgħid f'kull każ jekk il-pagament sarx wara direct order, call for quotations jew tender u lil min ingħata bħala kumpanija jew individwu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 12870- Eko Għawdex - nefqa - imz.xlsx
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11421 u jgħid liema parroċċi u istituzzjonijiet tal-knisja f'Għawdex ingħataw kontribuzzjonijiet, għajnuna fi flus jew għajnuna oħra mill-Ministeru tiegħu jew xi waħda mill-entitajiet li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu minn Ġunju 2017 sal-lum? Jista' jgħid f'kull każ kemm kien l-ammont jew għajnuna oħra li ngħatat jew ġie miftiehem li jingħata lil kull parroċċa u għal liema skop ingħata?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 12909 - PARROĊĊI LI NGĦATAW L-GĦAJNUNA.xls
Għawdex – Belt Victoria — Proġett ta’ triq alternattiva
Question
B'referenza għall-proġett ta' triq alternattiva għad-daħla tal-Belt Victoria f'Għawdex, jista’ l-Ministru:
a. jgħid minn fejn ser tibda din it-triq, minn fejn ser tgħaddi u fejn ser tispiċċa;
b. ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta ta' din it-triq;
c. jgħid kemm-il metru kwadru ta' art agrikola ser tittieħed biex issir din it-triq
d. jgħid min kien preżenti fil-laqgħa ta' konsultazzjoni li saret fit-8 ta' Frar 2019 fis-sala tal-Ministeru;
e. jgħid fejn, meta u kif sar l-avviż ghal din il-laqgħa ta' konsultazzjoni; u
f. jgħid liema NGOs kienu mistiedna jattendu għal din il-laqgha ta' konsultazzjoni?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett se jinkludi t-titjib ta’ Triq il-Kapuċċini, Triq Marsalforn, u Triq ir-Rabat li preżentament hija r-rotta ewlenija biex mir-Rabat tasal Marsalforn u vice versa. Il-proġett se jinkludi wkoll it-tisħieħ ta’ parti minn Triq ta’ Viani, li se tingħaqad ma’ Triq Patri Ġaċintu Camenzuli billi tiġi mibnija Triq Ġorġ Pisani, li hija Triq skemata mill-Awtorità tal-Ippjanar. B’din tal-aħħar se tinħoloq rotta oħra diretta li tgħaqqad ir-Rabat ma’ Marsalforn u tnaqqas it-traffiku miċ-ċentru tar-Rabat.
Se tittieħed circa ta’ 12,600 metru kwadru; 3,230 metru kwadru biex tinbena Triq Ġorġ Pisani, 8,070 metru kawdru biex ikun hemm titjib fl-allinjament,inklużjoni ta’ rotta għaċ-ċiklisti u għan-nies li jkunu mixjn, u 1,300 metru kwadri bus-lays biex jiġu formalizzati rampi u aċċessi għall-bdiewa u tittejjeb il-viżabilita.
Fir-rigward tal-laqgħa ta' konsultazzjoni, nhar it- 8 ta' Frar 2019 saru żewġ laqgħat ta’ informazzjoni, waħda fl-Awtorita’ tat-Turiżmu għal Għawdex, oħra l-Gozo Business Chamber, u l-oħra mal-pubbliku. L-Awtorita’ tat-Turiżmu u l-Gozo Business Chamber ġew avżati b’email. L-istakeholders oħrajn fosthom ir-residenti ta’ dawn it-toroq ġew direttament avżati mill-Ministeru.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12808 u jispjega b’mod dettaljat u konkret f’liema stadju waslu x-xogħlijiet fuq il-Qorti l-ġdid propost għal Għawdex? Jista’ jagħti data preċiża u ċara ta’ meta dan il-Qorti ser jitlesta u jibda jintuża mill-pubbliku? Jista’ jagħti d-dettalji ta’ kemm hu stmat li ser jiġi jiswa dan il-proġett? Jista’ jgħid kemm kienet is-somma li nefaq il-Ministeru fuq dan il-proġett fil-leġiżlatura li għaddiet u kif ukoll kemm kienet is-somma li l-istess Ministeru nefaq fuq l-istess proġett fil-leġiżlatura kurrenti sal-lum? Jista' jagħti d-dettalji f'każ li hemm ostakli li qed iżommu x-xogħlijiet lura?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex qiegħed jikkunsidra l-għażliet kollha li għandu quddiemu. Sa issa ma bdew ebda xogħlijiet.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett tad- dry standing area tax-Xlendi u jgħid f’liema xahar u sena hu ppjanat li jitlesta dan il-proġett u jibda jintuża mis-sajjieda tal-lokal?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq id-dry standing area tax-Xlendi miexi u hu ppjanat li jitlesta sas-Sajf.
In-Nadur Għawdex –- Triq il-Madonna ta’ Fatima, Triq it-Torri ta’ Kennuna – xogħlijiet
Question
B’referenza għall-hand quotation li ħarġet reċentement biex isir xogħol fi Triq il-Madonna ta' Fatima u fi Triq it-Torri ta' Kennuna, fin-Nadur Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid:
a. Min kienu n-nies tekniċi involuti li ħejjew din il-
hand quotation
, x'tip ta’ dokumenti ħejjew u d-dati meta ġew imħejjija pjanti (
road build up
, disinni, eċċ.) ma’ din il-
hand quotation
?
b. Kif intgħażlu, min għażilhom u kemm tħallsu għax-xogħol li għamlu s’issa dawn in-nies tekniċi?
c. X'tip ta’ xogħol għamlu s’issa dawn in-nies tekniċi?
d. Jekk f'din il-hand quotation kienx hemm ir-road build up u disinni relatati max-xogħol infrastrutturali li għandu jsir fuq dawn iż-żewġ toroq u jekk le fuq liema kriterji l-kuntratturi tefgħu l-offerti tagħhom?
e. Jekk il-pjanti (road build up eċċ,) tax-xogħol li għandu jsir fuq dawn iż-żewġ toroq sarux qabel ma ħarġet din il-hand quotation u ngħatawx lil kuntratturi li ntbagħtitilhom din il-hand quotation u jekk le x’inhuma r-raġunijiet;
f. Jekk ir-road build up/pjanti eċċ, humiex ser isiru wara li tiġi awarded din il-hand quotation?
g. Min kienu l-kuntratturi li bagħtu l-kwotazzjoni u kemm kien il-valur li ntefa' minn kull kuntrattur?
h. Min intgħażel biex jagħmel dan ix-xogħol?
i. Meta hu mistenni jibda x-xogħol u meta ser ikun lest minn kollox?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hand quotation ġiet imħejjija minn Perit tal-Ministeru, fejn ġiet inkluża referenza għal standards ta’ Transport Malta. Il-hand quotation inħadmet fuq speċifikazzjonijiet tekniċi minn Transport Malta, bil-kuntratturi jingħataw Bill of Quantities li fuqu riedet tingħata offerta. Dan il-Bill of Quantities jirrifletti l-mod ta’ kif se tkun qiegħda tinbena t-triq. Il-proċess, permezz ta’ Negotiated Procedure, qiegħed fi stadju avvanzat li jitlesta bil-pjan li l-kuntratt għal dan ix-xogħol jingħata fil-ġimgħat li ġejjin. Il-kuntrattur ikun rikjest li jibda x-xogħlijiet b’mod immedjat.
L-informazzjoni dwar il-kuntratturi li tefgħu l-offerta qegħda fuq in-notice board tal-Ministeru.
In vista tal-fatt li l-pixxina ta' Għawdex ilha mwiegħda s-snin, jista’ l-Ministru jgħid:
a. X'kien it-tibdil prinċipali li sar mill-pjanti u proġett oriġinali li kien tħejja fil-leġiżlatura 2013-2017 għal dak li hemm bħalissa;
b. Peress li oriġinarjament il-proġett kien ser isir taħt xi forma ta' PPP, għadu dan il-ħsieb u jekk iva jista' jpoġġi kopja tal-ftehim mal-privat fuq il-Mejda tal-Kamra?
c. Kemm kienet l-ispiża fuq pjanti, konsulenzi eċċ, fuq il-pjanti tal-proġett oriġinali li issa ġie mibdul u lil min tħallsu?
d. Liema xogħol sar s’issa fuq dan il-proġett, mil-liema kuntrattur sar u kemm tħallas ta' dan ix-xogħol?
e. Meta hu mistenni li jitkompla x-xogħol fuq dan il-proġett u meta hu maħsub li tkun lesta din il-pixxina?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pjanti tal-proġett tal-pixxina nbidlu minn dawk li kienu tħejjew fil-legiżlatura ta’ bejn l-2013 u l-2017, liema proġett kien se jsir taħt forma ta' PPP imma issa se jinbena minn fondi nazzjonali. Ix-xogħol diġa' beda fejn it- tender għall-iskavar tas-sit ġiet mirbuħa minn Little Rock Quarry Ltd għal ammont ta’ €283,493.83. Kien hemm spiża tal-Archaeological Monitor, Joseph Grima, ta' €7,046.96. Sar ukoll pagament €45,000 lil MBRV Consultants Ltd għal servizzi ta’ konsulenza fuq Structural and Civil Engineering.
Min-naħa l-oħra, it-'Tender for the civil and finishes works to construct New Gozo Aquatic Center Adjacent and Integrated to the Existing Sports Complex in Gozo' għalqet fl-10 ta' Diċembru u kien hemm tlett sottomissjoniet. Bħalissa għaddejja l-evalwazzjoni ta' dawn l-offerti. Ix-xogħol fuq il-pixxina mistenni jkompli meta l-proċeduri tat-tender jiġu konkluzi. Fix-xhur li ġejjin mistennija toħroġ tender oħra għal Mechanical and Electrical Services. Ix-xogħol fuq dan il-proġett hu ppjanat li jkun lest is-sena d-diehla.
Bajja ta’ San Blas – rimedju għall-ħsara kawża tal-maltemp
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu sa issa biex tiġi rimedjata l-ħsara enormi li saret fil-Bajja ta' San Blas fil-maltemp li għamel fix-xitwa tas-sena l-oħra? X’inhu l-pjan ta' xogħlijiet f'din il-bajja qabel jibda s-sajf 2020? Hemm il-ħsieb li jsir xi intervent biex din il-bajja terġa’ tkun bir-ramel peress li fil-maltemp imsemmi, ir-ramel li kien hemm telaq kważi kollu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 12682. Ma neskludux li ‘l quddiem tigi esplorata l-idea li jittella r-ramel sabiex tikber il-bajja wara li jigu ikkonsultati l-awtoritajiet responsabbli.
Ministeru għal Għawdex — nefqa fuq fuel/petrol/diesel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li ntuża mill-Ministeru kull sena matul l-2017, 2018 u 2019? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dan għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.