Uffiċċju tal-Prim Ministru — persons of trust u positions of trust
Question
Jista’ l-Prim Ministru jindika n-numru ta’ persons of trust u positions of trust li hemm f’kull entità fi ħdan il-Ministeru tiegħu, fil-ġurnata li fiha qed issir din l-interpellanza?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/po¿izzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja (persons of trust jew positions of trust) fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru inklu¿ ukoll is-Segretarjat Parlamentari, hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li jokkupaw Position of trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu? X’inhu l-valur annwali tal-kuntratt ta’ kull individwu? Meta bdew il-kuntratti tagħhom u meta jiskadu dawn il-kuntratti b’mod individwali?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19899.
Vjaġġi ta' trasport ta' ikel u xorb minn Malta lejn il-Libja
Question
Jista il-Prim Ministru jagħti rendikont ta' kemm saru vjaġġi ta' trasport ta' ikel u xorb minn Malta lejn il-Libja bħala għajnuna umanitarja għal immigranti maqbuda fil-Libja minn nhar l-1 ta' Marzu 2020 sa nhar it-30 ta' April 2020? Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema data sar kull wieħed minn dawn il-vjaġġi, jgħid l-isem u l-kunjom tal-persuna u/jew tal-kumpanija li ġiet inkarigata biex tikkordina u/jew torganizza kull wieħed minn dawn il-vjaġġi kif ukoll jgħid l-isem ta' kull bastiment li wettaq dawn il-vjaġġi?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'azzjoni ħa wara li fl-1 ta' Mejju 2021, ħaddiem ta' kuntrattur li jaħdem mal-Gozo Channel ilmenta miegħu direttament għal mod kif qed jiġi ttrattat minn min iħaddmu u speċjalment minħabba tnaqqis arbitrarju tas-salarji dovuti? Jista' jikkonferma li hu ma ta l-ebda ordni biex dan il-ħaddiem jitneħħa mix-xift tiegħu? Jafx il-Prim Ministru li dan il-ħaddiem ġie mċanfar mill-kuntrattur in kwistjoni u mhedded li jitkeċċa jekk itenni l-azzjoni tiegħu? Għala dan il-kuntrattur qed jingħata dan il-poter kollu fuq ħaddiema li essenzjalment huma impjegati u mħallsa minn entità pubbliku?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20885 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20646, jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tal-bordijiet, kumitati, fora u forom oħrajn ta’ tmexxija li għandhom fi ħdanhom membri li jirrapreżentaw is-settur tad-diżabilità u liema minnhom m’għandhomx rappreżentanza tas-settur tad-diżabilità avolja ma jaqgħux taħt l-emendi fl-Att VII tal-2015? Jista’ jagħti l-isem ta’ dawn il-persuni li qegħdin jirrappreżentaw is-settur tad-diżabilità u għan-nom ta’ liema entità u jew NGO qegħdin hemm?
Response (ABELA, ROBERT)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 20646, ninsab nfurmat li tlieta huma xi forma ta’tmexxija fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru li għandhom fi ħdanhom membri li huma persuni b’diżabilita u dawn huma membri fuq bazi personali.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18171, jista’ l-Prim Ministru jindika n-numru (mhux persentaġġ) ta’ ħaddiema mas-Settur Pubbliku?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid għal liema skop jew destinazzjoni huwa uża private jet fix-xahar ta’ Frar 2021? Jista’ jgħid f’kull każ il-ħin taż-żjara?
Response (ABELA, ROBERT)
Il-Prim Ministru mar fuq żjara flimkien mal-Ministru Miriam Dalli biex iġib l-investiment u x-xogħol lejn pajjiżna, u mar u ġie lura dakinhar stess fejn mal-wasla kompla bil-hidma tiegħu nkluz b'konferenza stampa dwar suggett ieħor.
In vista tal-fatt li fl-10 ta’ Ġunju 2020 il-Ministru Abela kien ħabbar li l-Gvern kien wasal biex jilleġisla fuq Wage Regulation Orders għal iktar ġustizzja fost il-ħaddiema, jista’ l-Prim Ministru issa jgħid għaliex għadu ma ppubblikahomx?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17920, 17586, 17075, 15759, 14792 u 14248 u jgħid x'nefqa saret għall-komunikazzjoni lill-media u reklamar, press conferences, u fuq facebook mill-2017 ’l hawn?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 17920 u 18788.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm irtiraw ħaddiema bl-età mis-Servizz Pubbliku tul dawn l-aħħar sentejn?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li mill-ewwel ta’ Jannar 2019 sal-lum kien hemm 1,144 uffiċjali pubbliċi li temmew l-impjieg tagħhom minn mas-Servizz Pubbliku minħabba l-età.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati tas-Servizz Pubbliku li ħarġu boarded out minħabba mard tul dawn l-aħħar sentejn?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li mill-ewwel ta’ Jannar 2019 sal-lum kien hemm 85 uffiċjali pubbliċi li temmew l-impjieg tagħhom minn mas-Servizz Pubbliku minħabba raġunijiet ta’ mard.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20646, jista’ l-Prim Ministru jgħid liema hi l-entità Governattiva li m'għandhiex membru li hu/i persuna b’diżabilità?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-entita li qed jistaqsi dwarha l-Onor. Interpelleant hi l-Awtorità tax-Xandir li hija awtorità kostituzzjonali li l-membri fuqha jinħatru wara nomini li fil-prattika jiġu kemm mill-Prim Ministru kif ukoll mill-Kap tal-Oppożizzjoni.
Fil-fatt il-Bord ta’ din l-Awtorità hu kompost minn ħames persuni: Chairman u erba’ persuni maħtura mill-President tar-Repubblika fuq il-parir tal-Prim Ministru wara konsultazzjoni mal-Kap tal-Oppożizzjoni.
Kif diġà spjegajt lill-Onor. Interpellant il-bordijiet l-oħra li jirregolaw l-entitajiet governattivi indikati fl-emendi fl-Att VII tal-2015, attwalment kollha għandhom membru li hu/i persuna b’diżabilità.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20646, jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tal-bordijiet, kumitati, fora u forom oħrajn ta’ tmexxija li għandhom fi ħdanhom membri li jirrapreżentaw is-settur tad-diżabilità u liema minnhom m’għandhomx rappreżentanza tas-settur tad-diżabilità avolja ma jaqgħux taħt l-emendi fl-Att VII tal-2015? Jista’ jagħti l-isem ta’ dawn il-persuni li qegħdin jirrappreżentaw is-settur tad-diżabilità u għan-nom ta’ liema entità u jew NGO qegħdin hemm?
Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra tiegħu ta’ ftit jiem ilu li huwa bagħat lill-President tal-Kunsill Ewropew, Charles Michel, dwar l-istrateġija Ewropea għall-vaċċin kontra l-COVID-19? Jista’ jqiegħed ukoll it-tweġiba li huwa ngħata?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill- Onor.Interpellant li l-msemmija ittra qegħda fid-dominju pubbliku: https://www.politico.eu/wp-content/uploads/2021/02/21/Charles-Michel.pdf li kopja tagħha qed titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra. L-kontenut ta' din l-ittra ġie diskuss fil-laqgħa informali tal-membri tal-Kunsill Ewropew tal-25 u 26 ta'Frar 2021.