Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ uffiċjali u professjonisti li preżentament huma ingaġġati fil-Ministeru tas-Saħħa f’dawn il-karigi u oqsma:
a) Konsulenti Mediċi;
b) Professuri u Speċjalisti;
ċ) Tobba;
d) Dentisti;
e) Radjoloġisti;
f) Spiżjara;
g) Terapisti varji;
ġ)
Nurses;
h) ECG
technicians
;
ħ)
Lab Technicians;
i)
Health Assistants;
u
j) Studenti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw seperatament, li ilha li applikat mill-2006 biex tidħol ġo home jew fir-Residenza San Vinċenz de Paule u peress li għadda ż-żmien, tixtieq tkun taf x'sar mill-applikazzjonijoni u fejn tinstab bħala priorità?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każijiet ta' serq fuq anzjani li jgħixu fir-Residenza San Vinċenz de Paule matul is-sena 2010 u 2011 s'issa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Strateġija biex ma jkunx hemm pilloli out of stock
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21893 u jgħid liema strategija se japplika sabiex jassigura li fis-sena 2011 ma jkunx hemm pilloli out of stock?
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders matul is-sena 2010 mill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra fid-dikasteru tiegħu, xahar b'xahar? Jista' jgħid fiex kienu jikkonsistu u f'kemm kienu jammontaw? Jista' jgħid ukoll għal kull każ lil min ingħataw?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22369, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm każijiet ta' twelid minn tfajliet li kellhom inqas minn 14-il sena? F'dan il-każ minn liema lokalitajiet ġew dawn it-tfajliet? Jista' l-Ministru jagħti tagħrif ukoll dwar in-numru ta' tfajliet bejn:
a) 16 u 20 sena;
b) 21 u 25 sena;
ċ) 26 u 30 sena;
d) u 'l fuq minn 30 sena
li welldu trabi matul l-2010? Minn liema lokalitajiet kienu dawn it-tfajliet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
B'referenza għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 22369, infurmat li ħadd minn dawn l-ommijiet tfajliet ma kellhom inqas minn 14-il sena.
Filwaqt li l-informazzjoni migbura għal wara Settembru 2010 għad trid tkun ikkonfermata, bejn l-ewwel ta’ Jannar u l-aħħar ta’ Settembru 2010, in-numru ta’ tfajliet (
single mothers
) li welldu skont l-etajiet imsemmija huma kif jidher hawn taħt:
Reġjun
Eta’ bejn 16-20
Eta’ bejn 21-25
Eta’ bejn 26-30
Eta’ ta’ 31+
Għawdex
5
20
1
2
North
24
25
17
15
North Harbour
68
59
49
45
South East
34
47
16
9
South Harbour
67
53
47
16
West
22
30
16
7
San Pawl il-Baħar — problema ta' ilma li ħiereġ fit-triq
Question
Jista' l-Ministru jinvestiga jekk ilma li qed joħroġ b'mod regolari fil-kantuniera ta' Triq Damasku ma' Triq Ġulju, San Pawl il-Baħar, hux ilma tad-drenaġġ? Jekk iva, jista' l-Ministru jieħu passi biex dan l-ilma jitwaqqaf milli jibqa' joħroġ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li, għand d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, qatt ma waslu lmenti dwar ilma li qed joħroġ b'mod regolari fil-kantuniera ta' Triq Damasku ma' Triq Ġulju, San Pawl il-Baħar. Għaldaqstant, dan l-ilment se jiġi investigat mill-uffiċċjali tal-istess direttorat għall-ewwel darba u se jittieħdu l-passi neċessarji f’każ li dan l-ilment jiġi kkonfermat.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — food entitlement
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23299 u jgħid kemm hemm impjegati fi ħdan il-ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu li għandhom food entitlement? Jista’ jgħid kemm hu l-budget allokat kull sena u kemm kienet in-nefqa f'dawn l-aħħar tliet snin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn pazjenti li dawn l-aħħar jiem daħlu l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u li irriżulta li jkollhom bżonn CT Scan urġenti, intbagħtu l-Isptar Mater Dei bl-ambulanza biex isirilhom CT Scan hemmhekk, u dan meta fit-28 ta' Jannar 2011 il-Ministru ħabbret li ġie introdott is-servizz ta’ CT Scanning għall-ewwel darba fl-Isptar Ġenearli ta’ Għawdex, u mhux biss, iżda li l-apparat li jagħmel CT Scanning huwa mill-aktar sofistikat u uniku għall-isptarijiet tal-gvern f’pajjiżna?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Dipartiment tas-Saħħa — postijiet tal-nursing officer
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'razzjonal intuża u kien hemm wara l-fatt li jidher li biex tapplika għall-postijiet ta' promozzjoni li ħarġu fid-Dipartiment tas-Saħħa fil-grad ta' Nursing Officer, l-esperjenza m'għadhiex tiġi kkunsidrata bħala waħda mill-kredenzjali, fejn is-soltu jintalab li jrid ikollok ħames snin esperjenza fil-grad ta' Deputy Nursing Officer, għal din is-sejħa anke dawk li għandhom inqas esperjenza se jkunu jistgħu japplikaw?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li m’hemm l-ebda klawsola fil-Ftehim Kollettiv dwar il-Gradi tal-Infermiera u l-Qbiela li jistipula li s-sejħiet għall-grad ta’ Nursing Officer għandhom ikunu ristretti għal uffiċjali li jkollhom ħames snin esperjenza fil-grad ta’ Deputy Nursing Officer. Qed jiġi ikkonfermat ukoll li fis-sejħa preċedenti, ir-rekwiżiti tas-sejħa kienu l-istess bħal tal-aħħar sejħa li ħarġet. Għaldaqstant, din is-sejħa hija miftuħa ukoll għal uffiċjali li għandhom inqas esperjenza sakemm dawn jissodisfaw il-kriterji kollha stipulati mis-sejħa.
Jista' l-Ministru jippubblika, qabel ma jsiru l-intervisti, kif se jiġu magħżula u kif se jingħataw il-promozzjonijiet, fuq liema kredenzjali se jitqassmu l-marki biex persuna li hija kwalifikata bħala Deputy Nursing Officer fil-qasam tas-saħħa tkun eleġibbli biex tapplika u ġġudikata fuq il-merti tagħha għal dan il-post?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-awtorità li tapprova l-kriterji li bihom jitqassmu l-marki mill-Bord tal-Għażla hija l-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.
Jista' l-Ministru jippubblika minn qabel fejn għandu postijiet vakanti li jridu jimtlew bil-promozzjonijiet li se jingħataw bħala Nursing Officer fid-Dipartiment tas-Saħħa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-vakanzi huma mifruxa fid-diversi sptarijiet u faċilitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità, u l-persuni magħżula jiġu allokati skont il-kompetenzi, l-ħiliet u l-esperjenza tagħhom skont l-esiġenzi tal-istess Ministeru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilità residenti fir-Residenza San Vinċenż de Paule u jindika l-età, is-sess u kemm ilhom residenti hemm?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi mill-Poliklinici, wieħed wieħed matul ix-xahar ta' Diċembru? Jista' jaqsamhom bejn dawk li tqassmu mill-1 sal-15 ta' Diċembru u dawk mis-16 sal-aħħar tas-sena 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fid-Dipartiment tas-Saħħa Primarja ma tinżamx informazzjoni kemm jitqassmu siringi bil-ġurnata, miċ-ċentri tas-saħħa. L-ammont imqassam fix-xahar ta-Dicembru 2010, hu kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt.
Ċentru tas-Saħħa
Ammont ta’ Siringi imqassma f’Diċembru 2010
Medja ta’ siringi imqassma kuljum
Furjana
9700
313
Gżira
3700
119
Qormi
1500
48
Raħal Gdid
4800
155
Bormla
4900
158
Mosta
1084
35
Rabat
491
16
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba matul din is-sena, il-pilloli Walfarine u Lescol kienu out of stock u jgħid f'liema perjodu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li kemm il-Fluvastatin 20mgs kif ukoll il-Fluvastatin 40mgs kienu qed jitqassmu b’mod regolari mid-Dipartiment tal-Procurement (Taqsima tas-Sahha) lid-diversi spiżeriji tal-Gvern matul l-ewwel 6 ġimgħat tas-sena 2011. Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindika minn liema spiżerija kien hemm xi diffikulta’ dwar Fluvastatin u ghal liema doża qed jirreferi.
Id-Dipartiment tal-
Procurement
(Taqsima tas-Saħħa) jixtri tlett dożi tal-pillola Warfarin – 1mg, 2mgs, 5mgs. Minhabba n-natura ta’ din il-pillola (li sservi sabiex traqqaq id-demm) huwa rakkomandat li d-dożi kollha jkunu tal-istess manifattur kif ukoll ‘
bioequivalent’
sabiex jiġu evitati kumplikazzjonijiet serji li jinkludu fost l-oħrajn emorraġiji.
Kemm il-Warfarin 2mgs kif ukoll il-Warfarin 5mgs kienu qed jitqassmu b’mod regolari mid-Dipartiment tal-Procurement (Taqsima tas-Saħħa) lid-diversi spiżeriji tal-Gvern matul l-ewwel 6 ġimgħat tas-sena 2011.
Il-pillola Warfarin 1mg ma kienitx
in stock
fil-bidu ta’ din is-sena ghaliex l-aġent lokali kien (u għadu) ‘
late on delivery’
minħabba li hemm nuqqas ta’ din id-doża ta’ din id-ditta fuq is-suq internazzjonali. Il-kuntrattur ġab
stock
limitat ta’ din id-doża f’nofs Jannar 2011 – liema
stock
tqassam kollu. Il-kuntrattur informa lid-Dipartiment li mistenni jwassal konsenja oħra sa nofs Marzu 2011. Sadanittant id-Dipartiment beda proċeduri ta’ xiri tal-pillola Warfarin 1mg tal-istess manifattur minn sorsi oħra, a spejjeż tal-aġent lokali.
sptarijiet/kliniċi — staff li jmur bl-uniformi għax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk jirriżultax li staff fl-isptarijiet/kliniċi jidħlu għax-xogħol bl-uniformi minflok ma jilbsuha wara li jkunu waslu fil-ward/dipartiment fejn jieħdu ħsieb il-pazjenti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li skont ċirkulari DH 286/2009 tal-15 ta’ Diċembru 2009, mhux aċċettabbli li staff jasal fuq il-post tax-xogħol bl-uniformi jew jirritorna d-dar bl-uniformi.
Jista' l-Ministru jgħid meta dawk li kkwalifikaw bħala dental surgery assistants se jkunu reġistrati ma' xi korp rikonoxxut? Jista' jgħid jekk dawk id-dental surgery assistants li preżentement qegħdin jaqdu inkarigu fl-Isptar Mater Dei hux se jiġu tal-post appena jiskadi l-kuntratt tagħhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — proprjetà immobiljari
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont xi proprjetà immobiljari għandu l-Ministeru tiegħu jew entità/kumpanija li jaqgħu taħtu mikrija mill-privat u kemm hu l-ammont ta' kera li tħallset lil privat mill-Ministeru tiegħu u kull kumpanija/entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu fis-sena 2010? Jista' jikkonferma jekk matul is-sena 2011 din il-kera hijiex se togħla?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.