Legislature:
Category:
Reset
Active:

xiri ta' snieter u armi tal-idejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw armi tan-nar, fosthom snieter u armi tal-idejn, f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jgħid kemm ġew importati bullets, ċomb u skrataċ fl-istess perijodu? Ta' liema kalibru kienu l-bullets importati?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Jannar 2005 u l-31 ta' Marzu 2009 inxtraw 18,782 arma tan-nar. Infurmat ukoll illi ma tinżammx statistika taħt forma kompjuterizzata dwar l-importazzjoni ta' bullets, ċomb u skrataċ.

Armi u Munizzjon — restrizzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux restrizzjonijiet kemm bħala kwantità kif ukoll bħala kobor fuq l-armi u l-immunizzjon li jista' jidħol fil-pajjiż?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-elenku ta' dawk l-armi tan-nar u munizzjon li l-importazzjoni tagħhom f'pajjiżna hija projbita, tidher fl-Iskeda I tal-Artikolu 3 tal-Att dwar l-Armi (Kap 480), liema kopja qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #7746 Sitting 103 2009-04-22 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Wied il-Għajn — Ċitazzjonijiet waqt il-quddies

Question

Jista' l-Ministru jara li fil-ħinijiet tal-quddies ta' Sant'Anna, f'Wied il-Għajn jingħataw struzzjonijiet biex il-Pulizija ma jagħtux ċitazzjonijiet lill-karozzi li jipparkjaw fid-daħla tat-triq li ddur mal-knisja u li minnha toħroġ għat-triq prinċipali?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi xi drabi l-Pulizija tirċevi rapporti li t-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant tkun imblukkata minn vetturi li jkunu pparkjati b'tali mod li vetturi oħra ma jkunux jistgħu jgħaddu. Għalhekk il-Pulizija tieħu l-passi meħtieġa skont il-Liġi, għax m'għandux ikun permess li t-toroq jiġu mblukkati.

Belt Valletta — Serq minn djar residenzjali

Question

B'referenza għan-numru ta' serqiet minn djar residenzjali li seħħew matul is-snin 2004 sa 2008 fil-lokalita' tal-Belt Valletta, jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu nies il-Qorti u kemm instabu ħatja sena b'sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba tirrikjedi għadha qed tinġabar.
Leg 11 PQ #7259 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Żejtun — Triq il-Ħerba - trakkijiet tal-gass

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija jistgħux jieħdu passi dwar trakkijiet tal-gass li jkunu pparkjati fit-toroq fejn jistgħu jkunu ta' periklu u nkonvenjent għar-residenti u karozzi oħra fit-toroq bħal, per eżempju, trakk li jkun ipparkjat fi Triq il-Ħerba fiż-Żejtun?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-ilment imressaq mill-Onorevoli Membru qed jiġi nvestigat.
Leg 11 PQ #7514 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Embarcation u Disembarcation Card

Question

Jista' l-Ministru jgħid iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea f'liema data ma baqgħux obbligati li jimlew: a) Disembarcation card ? b) Embarcation card?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5538.
Leg 11 PQ #7637 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

impjegati il-qorti — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra kemm hemm impjegati il-Qorti u f'liema gradi u fejn huma assenjati? Jista' jgħarraf ukoll lill-Kamra jekk wara l-promozzjonijiet riċenti kienx hemm replacement għal dawk li ħadu xi promozzjoni ġdida?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' impjegati fil-Qorti huwa kif ġej:- Direttur Ġenerali 1 Qrati u Tribunali Ċivili 214 Qrati u Tribunali Kriminali 67 Support Services 106 TOTAL 388 Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru fit-tieni parti tal-ewwel mistoqsija. Rigward l-aħħar domanda ninsab infurmat illi d-Diviżjoni Qrati tal-Ġustizzja għadha kemm għamlet talba għal seba' skrivani.
Leg 11 PQ #7641 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Rinovar fil-kwartieri ġenerali tal-pulizija

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7509, jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jitkompla r-rinnovar fil-kwartieri ġenerali tal-pulizija, b'referenza speċjali għal dawk li huma l-uffiċini?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Kif diġa` spjegajt fit-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari numru 7509, peress li l-pjan ta' rinnovar fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għadu għaddej, ix-xogħol imsemmi mill-Onorevoli Membru ser isir meta jkun il-waqt.

Pulizja — Tul ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tul ta' persuna hijiex kriterju biex tkun eliġibbli biex tapplika għal pulizija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Membru jirreferi għas-sejħa għall-applikazzjonijiet għal dħul fil-kors ta' taħriġ għall-Kuntistabbli, li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern fl-10 ta' Marzu 2009 u li kopja tagħha kienet tqiegħdet fuq il-mejda tal-Kamra fis-seduta numru 98 tal-1 ta' April 2009.

Ingaġġ ta' Uffiċjali Każwali ta' Detenzjoni — interview

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex dawk li ġew imsejħa għall-interview f'Settembru 2008 għall-Ingaġġ ta' Uffiċjali Każwali ta' Detenzjoni, ma rċevew l-ebda risposta?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont il-prassi ta' meta jitlesta proċess ta' għażla biex jimtela xi post vakanti fis-Servizz Pubbliku, deher avviż fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tat-12 ta' Diċembru 2008 li r-riżultat għall-ingaġġ ta' Uffiċjali Każwali ta' Detenzjoni kien ppubblikat u wieħed seta' jarah fuq in-notice-board tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern, House of Catalunya, Triq Marsamxett, Valletta.

Inkjesta dwar mewt ta' suldat

Question

Ladarba li l-inkjesta dwar il-mewt tas-suldat Matthew Psaila issa tinstab konkluża, jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-istess inkjesta fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Membru jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari W13.

Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija — modernizzar tal-uffiċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jiġu mmodernizzati l-uffiċini li jeżistu fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija? Jaf bl-istat ħażin li jinsabu fih diversi uffiċini, fosthom dak tal-Quater Master, li għandu bżonn ta' dawra mill-aktar fis possibbli? Jidhirlu illi għandu jkun hemm id-distakk enormi li jeżisti bejn l-entratura tad-depot u l-uffiċini li hemm fl-istess post?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi x-xogħol ta' rinnovar fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għadu mhux komplut u għalhekk għad fadal partijiet li jridu jsiru.
Leg 11 PQ #7589 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' preparazzjoni tkun meħtieġa biex persuna tidħol fil-Korp tal-Pulizija qabel ma fil-fatt tkun tista' tingħaqad fit-taħriġ uffiċjali li jsir bi preparazzjoni għall-membri tal-Korp?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.

Każ ta' priġunier

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ ta' persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li fuq talba tal-ġenituri tiegħu qed issir din il-mistoqsija, fejn qed jiġi allegat li gwardjan li dettalji dwaru qed jidhru separatament, ixxuttja l-basktijiet bi vjolenza u offenda lil dan il-priġunier b'diskors li m'huwiex denju li jidher f'din il-mistoqsija, imma li missieru lest li jidher quddiem l-awtorità biex jiżvelah? Skond din il-persuna, f'dan il-każ kienu nvoluti u anke ġew fl-idejn l-iSpecial Responce Team. Jista' l-Ministru jara dan il-każ biex jiġu evitati problemi bla bżonn u nkunu ta' għajnuna għal din il-familja?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mill-investigazzjoni li saret mill-awtoritajiet tal-Faċilita` Korrettiva dwar il-każ li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant, ma jirriżultax li l-ġrajjiet seħħew fil-mod kif qed jiġi allegat minn dan il-priġunier u l-familjari tiegħu. L-anqas ma jirriżulta li f’xi ħin ġew fl-idejn xi uffiċjali. Hija l-prattika li l-awtoritajiet tal-Faċilita` jinvestigaw bl-akbar serjeta` kull ilment jew allegazzjoni li ssir mill-priġunieri, u kull meta jsir magħruf li huma veritiera, jittieħdu dawk il-passi kollha neċessarji kontra kull min ikun involut fil-każ.
Leg 11 PQ #7207 Sitting 96 2009-03-24 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Nefqa kapitali f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa kapitali f’Għawdex kull sena mill-1999 sal-2008 tal-entitajiet Governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid din in-nefqa f’Għawdex kemm kienet bħala persentaġġ tan-nefqa totali tal-istess entitajiet? Jista’ jagħti l-istess tagħrif dwar in-nefqa rikorrenti? Jista’ jagħti dan it-tagħrif skond l-entità?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ma narax il-ħtieġa li nuża r-risorsi umani limitati li għandna sabiex niġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant peress li din trid ammont kbir ta' ħin sabiex tinġabar. Jekk l-Onorevoli Membru jixtieq informazzjoni dwar xi proġett partikolari, m'għandiex diffikulta' li niġborlu d-dettalji.
Leg 11 PQ #7091 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

numru kawżi ta' libelli pendenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru u liema huma l-kawżi ta' libell, li ilhom pendenti quddiem il-qrati tagħna għal aktar minn ħames snin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif ġej:- Qorti Ċivili Malta 40 Qrati ta' Ġurisdizzjoni Kriminali Malta 4 Qorti tal-Maġistrati Għawdex 1 Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra d-dettalji dwar dawn il-kawżi ta' libell.
Leg 11 PQ #7094 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Buġibba, Qawra, u San Pawl il-Baħar — żieda fil-patrol tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk matul ix-xhur tas-sajf jistgħux jiżdiedu l-patrols tal-pulizija (ukoll jekk ikunu plain clothed) fl-inħawi ta' Buġibba, l-Qawra u San Pawl il-Baħar, matul ix-xhur tas-sajf, biex jgħinu lill-Pulizija tad-distrett?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bħal ma sar fis-snin preċedenti, anke matul ix-xhur tas-sajf li ġej, il-Pulizija ser issaħħaħ il-preżenza tagħha f'lokalitajiet turistiċi u ta' villeġġatura kif ukoll ma' xtajtiet, fosthom l-inħawi ta' Buġibba, il-Qawra u San Pawl il-Baħar.

Età għad-dħul f'postijiet ta' divertiment

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk l-emenda fejn l-età telgħet minn 16 għal 17-il sena għal dawk li jidħlu f’postijiet ta' divertiment daħlitx fis-seħħ? Jekk le, għaliex? Jekk iva, meta? Il-Ministeru għandu informazzjoni dwar pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u l-età li dawn jistgħu jidħlu f'postijiet ta' divertiment u dwar pajjiżi bħal Franza, fejn se jgħollu l-età għal 18-il sena minħabba x-xorb żejjed u l-perikli li joħloq għaż-żgħażagħ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-emenda msemmija mill-Onorevoli Interpellant ma daħlitx fis-seħħ.

Civil Protection Department — numru tal-membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru tal-membri tas-Civil Protection Department fl-aħħar ta' Frar tas-sena 2009?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru tal-membri fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fl-aħħar ta' Frar tal-2009 kien kif ġej:- 7 Station Officers 29 Leading Assistance and Rescue Officers 82 Assistance and Rescue Officers

Litter Act — ħruġ ta' ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar kemm ħarġu crimes lill-Pulizijia matul ix-xhur Ottubru 2008 sal-aħħar ta' frar 2009 fuq nuqqas ta' ħruġ ta' ċitazzjonijiet taħt il-Litter Act? Jista' jgħid ukoll kemm-il ċitazzjoni inħarġet taħt il-Litter Act bejn Jannar 2008 u April 2008 xahar b'xahar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' crimes li ngħataw lill-Pulizija fuq nuqqas ta' ħruġ ta' ċitazzjonijiet taħt il-Litter Act minn Ottubru 2008 sa Frar 2009 kienu kif ġej:- Ottubru 173 Novembru 128 Diċembru 153 Jannar 158 Frar l-informazzjoni għadha qed tinġabar. Infurmat ukoll illi ċ-ċitazzjonijiet għall-ksur tar-regolamenti dwar Żibel u Skart li nħarġu mill-Pulizija matul Jannar, Frar, Marzu u April tal-2008 kienu 16, 9, 11 u 18 rispettivament.