Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Pannelli Solari
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pannelli solari fuq il-bejt tal-Ministeru? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq il-bejt tal-binja tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi (Blokk B, Triq Francsco Buonamici, Floriana) hemm sistema ta’ 7 pannelli solari b’kapaċità totali ta’ 1.20kWp. Din is-sistema kienet waħda mill-ewwel sistemi ta’ pannelli solari li twaħħlu fuq binjiet tal-Gvern.
Il-Mosta – Triq il-Missjunarji Maltin — Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq il-Missjunarji Maltin, il-Mosta u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett Triq il-Missjunarji Maltin, Mosta huwa parti mill-pjan tal-Gvern biex jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Din it-triq partikolari tlestiet f’Mejju 2023 u swiet €535,913.30 excl VAT.
Infrastructure Malta għadha qed twettaq dan il-proġett sabiex tkompli tipprepara lil Malta għal-lum u l-futur; proġett li gvernijiet ta’ qabel l-2013 ma kellhomx ir-rieda u l-viżjoni li jwettqu.
Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq id-Difiża Ċivili, il-Mosta u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett Triq id-Difiża Ċivili, Mosta huwa parti mill-pjan tal-Gvern biex jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Din it-triq partikolari tlestiet f’Mejju 2023 u swiet €2,671,856.26 excl VAT.
Infrastructure Malta għadha qed twettaq dan il-proġett sabiex tkompli tipprepara lil Malta għal-lum u l-futur; proġett li gvernijiet ta’ qabel l-2013 ma kellhomx ir-rieda u l-viżjoni li jwettqu.
Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Remedial works fi Triq Tas-Sejba, l-Imqabba u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett Triq Tas-Sejba, Mqabba huwa parti mill-pjan tal-Gvern biex jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Din it-triq partikolari tlestiet f’Lulju 2023 u swiet €2,316,948.90 excl VAT.
Infrastructure Malta għadha qed twettaq dan il-proġett sabiex tkompli tipprepara lil Malta għal-lum u l-futur; proġett li gvernijiet ta’ qabel l-2013 ma kellhomx ir-rieda u l-viżjoni li jwettqu.
L-Imrieħel – Resurfacing works fl-Imrieħel Bypass (Vjal ir-Royal Malta Artillery North Bound) — Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Resurfacing works fl-Imrieħel Bypass (Vjal ir-Royal Malta Artillery North Bound), l-Imrieħel u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett ta’ Resurfacing works fl-Imrieħel Bypass huwa parti mill-pjan tal-Gvern biex jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Din it-triq partikolari tlestiet f’Awwissu 2023 u sewa €1,267,901.41 excl VAT.
Infrastructure Malta għadha qed twettaq dan il-proġett sabiex tkompli tipprepara lil Malta għal-lum u l-futur; proġett li gvernijiet ta’ qabel l-2013 ma kellhomx ir-rieda u l-viżjoni li jwettqu.
L-Imrieħel — Triq l-Intornjatur, Triq il-Għadam, Triq it-Territorials, Triq Giovanni Felice, Triq San Ġwakkin, Triq il-Għajn’, Triq il-Ħaddiema, Triq il-Birrerija, Mrieħel u tal-Qroqq – Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fi Triq l-Intornjatur, Triq l-Għadam, Triq it-Territorials, Triq Giovanni Felice, Triq San Ġwakkin, Triq l-Għajn ta' Nofs, parti minn Triq il-Ħaddiema, parti minn Triq il-Birrerija, l-Imrieħel u tal-Qroqq l-Imsida u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett Triq l-Intornjatur, Triq il-Għadam, Triq it-Territorials, Triq Giovanni Felice, Triq San Ġwakkin, Triq il-Għajn’, Triq il-Ħaddiema, Triq il-Birrerija, Mrieħel u tal-Qroqq, Mriehel huwa parti mill-pjan tal-Gvern biex jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Din it-triq partikolari tlestiet f’Settembru 2023 u sewa €1,292,514.85 excl VAT.
Infrastructure Malta għadha qed twettaq dan il-proġett sabiex tkompli tipprepara lil Malta għal-lum u l-futur; proġett li gvernijiet ta’ qabel l-2013 ma kellhomx ir-rieda u l-viżjoni li jwettqu.
Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq Ta' Bieb it-Torri, l-Imsida u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett Triq ta’ Bieb it-Torri l-Imsida huwa parti mill-pjan tal-Gvern biex jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Din it-triq partikolari tlestiet f’Settembru 2023 u swiet €85,896.16 excl VAT.
Infrastructure Malta għadha qed twettaq dan il-proġett sabiex tkompli tipprepara lil Malta għal-lum u l-futur; proġett li gvernijiet ta’ qabel l-2013 ma kellhomx ir-rieda u l-viżjoni li jwettqu.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 2318 u 7946, jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol neċessarju fuq Misraħ Karmnu Grima, iż-Żejtun?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja jew ser twettaq ħidma infrastrutturali f’toroq li l-Kunsilli Lokali ressqu ’l quddiem biex isiru xogħlijiet fihom. Minkejja li t-triq imsemmija ma ġietx nominata biex isiru xogħlijiet fiha, nibqgħu kommessi li nkomplu nsaħħu l-infrastruttura tal-pajjiż, bil-komunitajiet jibqgħu fiċ-ċentru ta’ ħidmietna.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Segretarju Parlamentari għax-Xogħljiet Pubbliċi - Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi, jgħid kemm ħarġu direct orders mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu minn Jannar 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll:
(i) kemm kienet in-nefqa totali f’direct orders kull sena;
(ii) kemm kien hemm direct orders kull sena;
(iii) kemm kien l-ammont ta’ kull direct order;
(iv) lil min ingħataw dawn id-direct orders u għal liema xogħol, prodott jew servizz;
(v) min awtorizza dawn id-direct orders?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2023?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W223.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li se jkunu qed isiru mill-ġdid matul l-aħħar kwart ta' din is-sena (2024) u l-aħħar kwart tas-sena d-dieħla (2025) fis-Swatar? Jekk hemm toroq immarkati biex isiru mill-ġdid, jista' jagħti time-line ta' kif se jsiru, meta se jsiru u kemm se jdum ix-xogħol fuq kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja jew ser twettaq ħidma infrastrutturali f’toroq li l-Kunsilli Lokali ressqu ’l quddiem biex isiru xogħlijiet fihom. Minħabba li s-Swatar tagħmel parti minn zewġ lokalitajiet differenti, nitlob lill Onor. Interpellant biex jikkjarifika għal liema parti tas- Swatar qed jirreferi għaliha f'din il-mistoqsija parlamentari.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Diċembru 2023?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W205.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Reklami fuq stazzjonijiet tar-radju - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tar-radju mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Lista ta' xogħlijiet u ħlas
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' xogħol u ammonti ta' flus li tħallsu mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija/i li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għal kull sena, mill-2010 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq Balbi, il-Marsa u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett Triq Balbi, Marsa huwa parti mill-pjan tal-Gvern biex jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Din it-triq partikolari tlestiet f’April 2023 u swiet EURO 74,963 excl VAT.
Infrastructure Malta għadha qed twettaq dan il-proġett sabiex tkompli tipprepara lil Malta għal-lum u l-futur proġett li gvernijiet ta’ qabel l-2013 ma kellhomx ir-rieda u l-viżjoni li jwettqu.
Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq Lazzaru Pisani, l-Imġarr u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett Triq Lazzaru Pisani, Imgarr huwa parti mill-pjan tal-Gvern biex jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Din it-triq partikolari tlestiet f’Novembru 2023 u swiet Euro 78,830 excl.VAT.
Infrastructure Malta għadha qed twettaq dan il-proġett sabiex tkompli tipprepara lil Malta għal-lum u l-futur proġett li gvernijiet ta’ qabel l-2013 ma kellhomx ir-rieda u l-viżjoni li jwettqu.
Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq l-Abatija, l-Imġarr u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett Triq l-Abatija, Imgarr huwa parti mill-pjan tal-Gvern biex jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Din it-triq partikolari tlestiet f’ Marzu 2023 u swiet Euro 76,462 excl VAT.
Infrastructure Malta għadha qed twettaq dan il-proġett sabiex tkompli tipprepara lil Malta għal-lum u l-futur proġett li gvernijiet ta’ qabel l-2013 ma kellhomx ir-rieda u l-viżjoni li jwettqu.
Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Sqaq Dun Edgar Gatt, l-Imġarr u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett Sqaq Dun Edgar Gatt, Imgarr huwa parti mill-pjan tal-Gvern biex jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Din it-triq partikolari tlestiet f’ Awwissu 2023 u swiet Euro 35,231 excl VAT.
Infrastructure Malta għadha qed twettaq dan il-proġett sabiex tkompli tipprepara lil Malta għal-lum u l-futur proġett li gvernijiet ta’ qabel l-2013 ma kellhomx ir-rieda u l-viżjoni li jwettqu.
Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq il-Bidnija, il-Mosta u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett Triq il-Bidnija, Mosta huwa parti mill-pjan tal-Gvern biex jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Din it-triq partikolari tlestiet f’ Dicembru 2023 u swiet Euro 1,336,660 excl VAT, liema ammont fih inkluz il-progetti Vjal Milbrae, u p/o Triq Burmarrad.
Infrastructure Malta għadha qed twettaq dan il-proġett sabiex tkompli tipprepara lil Malta għal-lum u l-futur proġett li gvernijiet ta’ qabel l-2013 ma kellhomx ir-rieda u l-viżjoni li jwettqu.
Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq il-Kbira, il-Mosta u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett Triq il-Kbira, Mosta huwa parti mill-pjan tal-Gvern biex jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Din it-triq partikolari tlestiet f’ Jannar 2023 u swiet Euro 1,948,456.73 excl VAT.
Infrastructure Malta għadha qed twettaq dan il-proġett sabiex tkompli tipprepara lil Malta għal-lum u l-futur proġett li gvernijiet ta’ qabel l-2013 ma kellhomx ir-rieda u l-viżjoni li jwettqu.