Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18619 u jgħid kemm sar xogħol mis-sena 2000 sal-2010, sena b'sena mill-gvern ċentrali fil-promenades ta' Wied il-Għajn, Birżebbuġa u Marsaxlokk? Kemm kien jiswa dan ix-xogħol li sar separatament għal kull promenade?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-action plan li ħejja l-Gvern Malti dwar enerġija alternattiva u li kien obbligat li jressaq lill-Kummissjoni Ewropea sa tmiem dan ix-xahar? Jista' jgħid dan l-action plan meta ġie finalizzat, meta ġie approvat mill-Kabinett u meta ġie mgħoddi lill-Kummissjoni Ewropea?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l –ewwel draft (preliminary document) tan-National Renewable Energy Action Plan (NREAP) kien sottomess lill-Kummissjoni Ewropea fi Frar li għadda u ilu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq il-website tal-Kummissjoni Ewropea minn dak iż-żmien http://ec.europa.eu/energy/renewables/transparency_platform/forecast_documents_en.htm u kif ukoll fuq il-websajt tal-MRA http://www.mrra.gov.mt/downloads.asp.
Id-dokument NREAP jinsab fi stadju avvanzat u bħalissa qed ikun finaliżżat qabel jintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea. Id-dokument mistenni jintbagħat lill-Kummissjoni fi żmien qasir.
Meta jitlesta se jitpoġġa fuq il-websajt tal-Ministeru u ma jkolli ebda diffikultà li npoġġih ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — ilmenti f'isem il-kostitwenti
Question
Peress li fost il-ħidmiet tal-membri parlamentari hemm li jiltaqgħu, jisimgħu u jitkellmu f'isem il-kostitwenti tagħhom, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ċerti dipartimenti jirrifjutaw li jirrispondu għal talbiet, ilmenti u mistoqsijiet li jsiru minn żmien għal żmien minn deputati f'isem il-kostitwenti? Ma jikkunsidrax li jinħoloq punt ta' referenza f'kull dipartiment, fejn id-deputat ikun jista' jitkellem f'isem u għall-kostitwent?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant sabiex il-każijiet li jkollu jirreferihom lis-sezzjonijiet tal-
Customer Care
li hemm f’kull Ministeru.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-lokalitajiet li fihom hemm faċilitajiet għall-ġbir ta' skart separat fid-diversi lokalitajiet li jiffurmaw il-11 u t-12-il distrett elettorali? F'kull lokal kemm huma l-faċilitajiet ipprovduti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi fil-11 u t-12 il-distrett insibu dawn il-bins provduti mill-WasteServ għas-separazzjoni tal-iskart f’dawn il-lokalitajiet:
· Attard 4
bins
· Balzan 12 il-
bin
· Mellieha 51
bin
· Mosta 48
bin
· Naxxar 28
bin
· St. Paul’s Bay 43
bin
Numru ta’
bins
oħra qed jiġu provduti mill-kunsilli lokali, u l-WasteServ mhux neċessarjament jkollha taghrif aġġornat dwarhom. Fir-rigward tal-Imdina, l-gvern beħsiebu jirrakomanda lill-kunsill lokali biex jikkunsidra li jistalla
Bring-In-Sites
taħt l-art fil-foss ta’ taħt l-Imdina.
Jista' l-Ministru jikkonsidra l-possibilità li l-gvern jerġa' jqassam boroż tal-plastic li fihom jinġabar il-materjal għas-separazzjoni tal-iskart? Jista' jikkonsidra l-possibilità li mat-tqassim ta' dawn il-boroż, jew b'mod separat, jerġa' jkun hemm kampanja ta' informazzjoni għall-pubbliku biex din il-kampanja ta' separazzjoni tkompli tkun dejjem aktar suċċess?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-inizjattiva li jitqassmu l-boroż tal-plastic li fihom jinġabar il-materjal għas-separazzjoni tal-iskart issa qiegħda tittieħed mill-Kunsilli Lokali flimkien mal-operaturi tal-iskemi tal-irkuprar ta’ dan l-iskart. Il-Ministeru, permezz tal-WasteServ u flimkien mal-kunsilli lokali se jibqgħu jgħamlu l-kampanja u jikkontribwixxu biex iżommu l-pubbliku infurmat u jinkoraġġixxu s-separazzjoni tal-iskart. Tajjeb li jingħad li l-ammont ta’ skart li nġabar u ġie proċessat mill-WasetServ żdied kull sena. Fl-2010 mistenni li jiżdied b’aktar minn 40% fuq l-ammont li ġie proċessat fl-2009.
Jista' l-Ministru jgħid x'tkun il-pożizzjoni ta' raħħal li se jwaqqa' l-farm tiegħu b'mod komplet u japplika biex jibni farm ġdid taħt l-iskema magħrufa bħala one to one tal-Unjoni Ewropea għall-perjodu interim? Peress li bejn it-twaqqigħ tal-farm u l-ftuħ tal-farm ġdid jgħaddu faċilment sentejn, kif raħħal ikun jista' jmantni lilu nnifsu u lill-familja tiegħu, anke tenut kont tal-fatt li jekk huwa jirreġistra għall-għajnuna soċjali, ikollu 10 punti mnaqqsa meta jiġi biex japplika għal full assistancei taħt l-iskema one to one? Jaħseb il-Gvern li għandu jwieżen lir-raħħala tagħna għall-perijodu interim bejn it-twaqqigħ tal-farm u l-bini tal-farm l-ġdida?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Kif diġa ħabbart pubblikament u anke fil-Parlament, il-bdiewa u r-raħħala li bbenefikaw mill-għajnuna finanzjarja tal-Miżura 121 relatata ma’ titjib u modernizzar ta’ strutturi agrikoli qegħdin jingħataw iċ-ċans li jieħdu ħlas bil-quddiem sa 50% tal-għajnuna dovuta lilhom. Huma jistgħu jitolbu rifużjoni sa 80% tal-ispejjeż relatati mal-proġett u jirċievu 80% tal-għajnuna finanzjarja. Huwa biss l-aħħar 20% tal-għajnuna li titħallas mat-tlestija tal-proġett fi tmien it-tmintax-il xahar obbligati bil-kuntratt jew qabel.
Dawn l-arranġamenti finanzjarji ġew offruti lill-bdiewa u raħħala sabiex ikollhom aktar flus f’idejhom u b’hekk ikunu f’pożizzjoni li jlestu l-investiment fl-iqsar żmien possibbli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm irnexxielu inaqqas il-pajjiż mill-emissjonijiet serra bejn 2000 u 2010 meta ikkomparat ma' livelli tas-sena 1990? Jista' jagħti ukoll il-livelli għas-sena 1990?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li din l-informazzjoni hija responsabiltà tal-MEPA u għaldaqstant nissuġerixxi l-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Kuntratti ta' Konsulenza
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ta' konsulenza ingħata mill-Ministeru tiegħu u/jew kumpaniji u entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu, matul is-snin 2009 u 2010 sal-lum? Kemm kien l-ammont ta' kull kuntratt ta' konsulenza mogħti u lil min ingħata?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru jistax jimplimenta xi skema ta' għajnuna finanzjarja li permezz tagħha l-imtieħen tar-riħ li jintużaw (jew kienu jintużaw) biex itellgħu l-ilma mill-ispieri f'Malta, ikunu jistgħu jiġu restawrati bħalma qed jiġri f'Għawdex?
Jista’ l-Ministru jikkunsidra jwaqqaf skemi ta’ boroż ta’ studju għal dawk iż-żgħażagħ li jridu jsegwu kors ta’ mediċina veterinarja f’universitajiet barranin għax dan il-kors ma jeżistix f’Malta u peress li għandna bżonn veterinarji tant li qed ikollna nġibu veterinarji barranin u bħalissa l-ġenituri ta’ dawn li jmorru jistudjaw barra qed ikollhom jagħmlu sagrifiċċji personali kbar biex jagħmlu dan il-kors?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li qed isiru taħditiet mal-awtoritajiet tal-Università biex il-korsijiet li qed jirreferi għalihom l-Onor Interpellant jiġu ffaċilitati mill-Università ta’ Malta.
Jista' l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu biex ma jkomplux jitqabbdu nirien illegalment taħt il-woodlands tal-Miżieb?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi is-sit li qed jirreferi għalih l-Onor Interpellant ġie mgħoddi lill-FKNK. Id-Dipartiment tal-PARK intalab jiddiskuti din il-materja mal-FKNK.
Billi hemm talba pendenti quddiem il-Public Accounts Committee biex meta u jekk jidhirlu l-kumitat issir diskussjoni dwar il-Wasteserv, jista' l-Ministru jara li kif diġà ġew tabled accounts ta' korporazzjonijiet u entitajiet oħrajn bħall-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jiġu tabled jew sottomessi lill-kumitat konċernat l-accounts tal-Wasteserve għas-sena 2009?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 13472.
Dipartiment tal-Indafa — bins madwar Malta u Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mid-Dipartiment tal-Indafa pubblika biex inxtraw jew inħadmu bins bi skop ta’ indafa fil-bajjiet madwar Malta u Għawdex?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi s-sena l-oħra intefqu € 36,312.00 biex inxtraw 1200 bin .
Jista' l-Ministru jgħid, apparti x-xogħlijiet fil-park ta' Xrobb l-Għaġin, jikkonsidrax li jagħmel xogħlijiet ta' tindif fil-fortizza magħrufa bħala ta' San Pawl, li tinsab biswit il-park ta' Xrobb l-Għaġin, f'liema sit hemm mormi fost oħrajn ammont kbir ta' skart goff?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li d-Dipartiment ħa nota ta’ din l-interpellanza u fil-ġranet li ġejjin se jkun qed jagħmel xogħlijiet ta’ tindif ta’ din il-fortizza.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18231, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx librar kwalifikat li jieħu ħsieb il-librerija? Jekk fl-affermattiv, huwa full-time jew part-time?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-persuna li tieħu ħsieb il-librerija hi kwalifikata f’dan ix-xogħol u għandha l-grad ta’ Assistent Librar. Din l-persuna hi impjegata tas-servizz pubbliku full time, iżda taħdem bis-sistema tal-flexi time.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18479 u jikkonferma jekk id-direttur Finance and Administration ilu nieqes mix-xogħol għal ħafna xhur? Jekk fl-affermattiv, għaliex hemm din l-assenza u x'passi qegħdin jittieħdu sabiex is-sitwazzjoni titranġa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant ilu nieqes mix-xogħol minħabba mard. Wara diskussjoni li saret mal-istess persuna qed isiru l-arranġamenti meħtieġa biex il-post tiegħu jimtela.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar jekk sarux, jew qegħdin isiru, jew hemm xi ħsieb li jsiru taħdidiet mal-privat li jistgħu jwasslu għall-privatizzazzjoni tal-biċċerija?
Response (PULLICINO, GEORGE)
S’issa l-gvern m’għandu l-ebda pjan biex tiġi pprivatizzata l-biċċerija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu prodotti f'għajnuna mill-Unjoni Ewropea matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu dawn il-prodotti? Liema lokalitajiet ibbenefikaw minnhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi l-prodotti li tqassmu matul is-sena 2009 huwa kif muri fit-tabella hawn taħt:
Prodott
Ammont
Zokkor
12.114 tunnellati
Ġamm
‘il fuq minn 83,500 va¿ett
Ħalib Frisk
157,500 pakketti ta’ nofs litru
Ħalib skimmed
157,000 pakketti ta’ nofs litru
Yogurt
395,000 cups
Rikotta (porzjon ta’ 250g)
50,000 units
Ross
25.328 tunnellata
Għaġin
80 tunnellata
Dawn tqassmu lill-benefiċċjarji mill-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex.
Bormla — San Ġwann t'Għuxa - ġnien ħdejn l-appartamenti tal-gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex ix-xogħol fuq ġnien maġenb l-apparatamenti tal-gvern ta' San Ġwann t'Għuxa Bormla, issa ilu wieqaf għal numru ta' ġimgħat? Jista' jgħid meta suppost jitlesta x-xogħol mill-kuntrattur u jekk hemmx pieni jekk ix-xogħol ma jitlestiex fil-ħin miftiehem?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi l-proġett li qed jirreferi għalih l-Onor Interpellant qed isir mill-Kunsill Lokali u għaldaqstant nissuġerilu li jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
L-inħawi tas-Salina/Burmarrad jgħaddu għand l-Birdlife
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-ministeru hux infurmat, u kienx involut biex jikkonsidra xi talbiet li setgħu saru mill-Birdlife, biex art fl-inħawi tas-Salina/Burmarrad tgħaddi għandha biex tieħu ħsiebha?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi l-Birdlife qatt m’għamlet talba formali biex art fl-inħawi li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant tgħaddi għandhom biex jieħdu ħsiebha.