Staff klerikali tal-Gvernijiet lokali – Collective Agreement
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux ħsieb illi jerġa' jiftaħ sabiex jinnegozja l-collective agreement għall-istaff klerikali tal-Gvernijiet Lokali li skada fl-2016 u ma reġax ġie mġedded? Jista' jgħid jekk għandux ħsieb illi jgħolli l-pagi tal-istaff klerikali? Jista' jgħid jekk hux qed isir xi ħaġa dwar dan u jekk hemmx negozjati għaddejjin?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi għal sentejn sħaħ kienu għaddejjin taħdidiet bejn il-management (l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali bl-assistenza tad-Diviżjoni għall-Gvern Lokali u l-Industrial Relations Unit fi ħdan l-OPM) u il-UĦM (f’isem il-ħaddiema klerikali tal-kunsilli lokali). Dawn id-diskussjonijiet kienu waslu fi stadju avvanzat ħafna fejn kien għad jonqos qbil fuq il-pakkett finanzjarju.
Infurmat illi l-aħħar laqgħa li saret bejn il-partijiet kienet fit-3 ta’ Settembru 2019, liema laqgħa ġiet aġġornata għat-23 ta’ Ottubru 2019. In oltre, infurmat li wara l-laqgħa ta’ Settembru 2019 ma saru l-ebda laqgħat oħra u meta l-management talab lill-UĦM biex id-diskussjonijiet jitkomplew, ma kien hemm l-ebda rispons.
Ninsab infurmat ukoll li l-management għandu kull interess li jsir il-Ftehim Kollettiv il-ġdid għall-impjegati klerikali tal-kunsilli lokali sabiex dawn itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u wkoll sabiex il-kariga ta’ ħaddiem klerikali ma’ kunsill lokali tkun waħda attraenti.
Intant ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li fil-frattemp, saru l-emendi leġiżlattivi kollha neċessarji illi jippermettu li dawn il-pożizzjonijiet ta’ natura klerikali jimtlew.
Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — laqgħat in konnessjoni max-xogħol Ministerjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda laqgħat barra minn pajjiżna in konnessjoni max-xogħol Ministerjali tul is-sena li għaddiet? Jista’ jgħid ukoll min akkumpanjah u kemm kienu l-ispejjeż relattivi tal-vjaġġ u l-akkomodazzjoni?
San Pawl il-Baħar — Triq San Pawl u Triq Parades - bozoz
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5007 dwar bozoz mitfijin fi Triq San Pawl u Triq Parades, San Pawl il-Baħar, fejn fit-tweġiba ngħad li l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar "dejjem jieħu azzjoni immedjata sabiex jiġu indirizzati kwalsiasi lmenti", jista' l-Ministru jgħid kif ġew indirizzati l-ilmenti dwar bozoz mitfijin fl-imsemmijin toroq hekk kif dawn il-bozoz baqgħu mitfijin wara li ġiet imwieġba din l-istess mistoqsija parlamentari u allura l-ilmenti ma ġewx indirizzati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi b’rabta mas-suġġett inkwistjoni saru diversi rapporti lill-entità kkonċernata.
San Pawl il-Baħar — Triq Toni Bajada - bozza mwaħħla ma' faċċata ta' proprjetà
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5005 dwar bozza mitfija fi Triq Toni Bajada, San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ħa l-Kunsill Lokali hekk kif permezz tal-istess mistoqsija parlamentari ġie informat li din il-bozza tinsab mitfija?
Response (BONNICI, OWEN)
Filwaqt li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-ebda lment ma wasal fl-uffiċini tal-istess Kunsill dwar bozoz ma jixegħlux fit-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant, infurmat illi l-istess Kunsill Lokali ta istruzzjonijiet lill-‘Contracts Manager’ tal-Kunsill biex jikkonferma liema bozza mhux qed tiffunzjona biex tittieħed l-azzjoni li jkun hemm bżonn.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’passi ħa l-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar biex ikun jista’ jibda jopera parti mill-parkeġġ ta’ taħt l-iskola tal-Qawra minn mindu l-istess kunsill iffirma l-ftehim dwar dan l-istess parkeġġ? Meta mistenni jibda jintuża dan il-parkeġġ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi għadha kemm saret konferenza stampa mis-Sindku tal-istess Kunsill fejn ingħad illi hemm bosta stadji li jeħtieġu li jgħaddu qabel il-parkeġġ ikun adegwatament sigur sabiex jinfetaħ għall-pubbliku, skont kif jiddettaw il-liġijiet tal-pajjiż.
In oltre, infurmat illi għad trid tiġi mħejjija Bye-Law li tirregola l-użu tal-istess parkeġġ mill-pubbliku u mir-residenti ta’ San Pawl il-Baħar, u li din trid tgħaddi mill-proċess ta’ approvazzjoni għall-bye-laws sabiex din tkun tista tidħol fis-seħħ.
Infurmat illi l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar jinsab għaddej bil-proċess biex dan isir.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5016 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx ħsieb li l-monti, li kull nhar ta’ Sibt jarma f’Ħal Qormi, jiġi rilokat għal żona oħra? Jekk iva, jista’ jgħid fejn se jiġi rilokat?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi illi minkejja diversi tentattivi li kienu saru fil-passat mill-Kunsill Lokali sabiex il-Monti jiġi rilokat, il-Kunsill Lokali dejjem sab oġġezzjoni għall-proposti mressqa minn l-entità kkonċernata.
Infurmat illi l-istess Kunsill lest jiddiskuti mal-Ministeru kkonċernat rigward ir-rilokar tal-Monti li jintrama fiċ-ċentru tal-lokalità.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jistax jiġi inkluż li l-Knisja ta’ San Pawl f’Bormla tiġi restawrata u mnaddfa minn barra tul din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li r-restawr tal-Knisja ta’ San Pawl f’Bormla, speċifikament ir-restawr tal-Koppla minn barra, hu proġett li kien diġà ppjanat għal din is-sena. Infurmat li x-xogħlijiet ta’ tħejjija huma avvanzati u mistenni li toħroġ is-sejħa għall-offerti fil-ġimgħat li ġejjin.
B’referenza għal-line item 7163 fil-Baġit 2023, jista’ l-Ministru jgħid x’wassal għal tnaqqis fil-baġit għall-Upgrading of Manoel Theatre, li minn €400,000 (2022) niżel għal €100,000, jiġifieri tnaqqis ta’ €300,000?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-estimi tal-Baġit jinbidlu minn sena għal oħra skont in-nefqiet u l-esiġenzi attwali mhux biss tal-entità iżda wkoll tal-Ministeru.
Intant, nassigura lill-Onor. Interpellant li l-upgrading tat-Teatru Manoel se jkompli ssir matul din is-sena.
B’referenza għal-line item 7020, Concert Hall, fil-Baġit 2023, jista’ l-Ministru jgħid x’wassal biex minn €500,000 (2022) niżel għal €50,000?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-estimi tal-Budget jinbidlu minn sena għal oħra skont in-nefqiet u l-esiġenzi attwali mhux biss tal-entità iżda wkoll tal-Ministeru.
Intant, nassigura lill-Onor. Interpellant li l-ippjanar previst fuq il-Concert Hall ser ikompli jsir matul din is-sena.
Kunsilli Lokali tat-Tielet Distrett: Laqgħat Annwali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-Kunsilli Lokali tat-Tielet Distrett li matul dawn l-aħħar tliet snin organizzaw regolarment il-Laqgħa Annwali tagħhom sabiex ir-residenti jkunu jistgħu jwasslu l-ħsibijiet tagħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-lokalitajiet kollha tat-tielet distrett elettorali, u ċjoè ż-Żejtun, Ħal Għaxaq, Marsaskala u Marsaxlokk, kollha kemm huma kellhom il-Laqgħa Annwali matul is-sena 2020, 2021 u 2022, darbtejn fis-sena.
Intant infurmat mill-Kunsilli Lokali rispettivi illi matul il-perjodu tal-pandemija tali laqgħat kienu jsiru b’mod virtwali.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5053 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4686 dwar proġetti u investiment fix-Xemxija Heritage Trail, jista' l-Ministru jgħid x'kien l-investiment li sar speċifikament fix-Xemxija Heritage Trail (li l-aċċess tagħha huwa minn Triq Raddet ir-Roti) u mhux f'siti oħra bħalma ssemma f’din it-tweġiba? Jista' jgħid liema hi dik l-NGO li hemm referenza għaliha fl-istess tweġiba? X'assistenza qed tingħata mill-Kunsill Lokali u x'qed jitwettaq mill-istess NGO?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi fil-post indikat mill-Onor. Interpellanta qed isir maintenance bl-istess mod li sar għal snin sħaħ, bid-differenza li x-xogħlijiet qed isiru mill-ħaddiema tal-Kunsill.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 1390, 1657, 2056, 2928, 4461 u 5066 jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda jsir ix-xogħol neċessarju fi Pjazza Antoine de Paule Raħal Ġdid? Jista’ jgħid jekk hux possibbli li sal-aħħar tal-leġiżlatura preżenti dan ikun konkluż?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4461.
Jista' l-Ministru jelenka lista ta' bus shelters ġodda lokalità lokalità li saru mill-Gvern Lokali rispettiv matul is-snin 2020, 2021 u 2022? Jista' jipprovdi lista lokalità lokalità ta' talbiet pendenti u meta saru mill-Gvern lokali rispettiv?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu tirrikjedi ammont sostanzjali ta’ ħin u riżorsi u għalhekk l-istess informazzjoni mhux possibbli li tingħata daqstant fl-immedjat.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4686 dwar proġetti u investiment fix-Xemxija Heritage Trail, jista' l-Ministru jgħid x'kien l-investiment li sar speċifikament fix-Xemxija Heritage Trail (li l-aċċess tagħha huwa minn Triq Raddet ir-Roti) u mhux f'siti oħra bħalma ssemma f’din it-tweġiba? Jista' jgħid liema hi dik l-NGO li hemm referenza għaliha fl-istess tweġiba? X'assistenza qed tingħata mill-Kunsill Lokali u x'qed jitwettaq mill-istess NGO?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4808 dwar bozoz f'Dawret in-Nawfraġju, San Pawl il-Baħar, jista’ l-Ministru jgħid fejn ġew installati l-bozoz il-ġodda u meta ġew installati?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari bin-numri 1418 u 4808.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 1390, 1657, 2056 u 2928, jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda jsir ix-xogħol neċessarju fi Pjazza Antoine de Paule, Raħal Ġdid u jekk jistax jinforma lill-Kamra li almenu sal-aħħar tal-Leġiżlatura preżenti, dan se jkun konkluż?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi ghat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4461.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2920, jista’ l-Ministru jara li fil-lista tal-prijoritajiet minnu indikati, il-bankina fi Triq San Nikola Attard, Żejtun issir malajr?
San Pawl il-Baħar — Triq Toni Bajada - bozza mwaħħla ma' faċċata ta' proprjetà
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-aħħar bozza fi Triq Toni Bajada, San Pawl il-Baħar (in-naħa ta' Triq il-Knisja) u li tinsab imwaħħla ma' faċċata ta' proprjetà terġa' tibda tixgħel hekk kif din il-bozza tinsab mitfija sa meta qiegħda ssir din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-ebda lment ma wasal fl-uffiċini tal-istess Kunsill dwar bozoz ma jixegħlux fit-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant.
Infurmat ukoll li l-Kunsill Lokali, fil-mument li jidħol rapport uffiċjali, l-istess Kunsill jindirizza jieħu l-passi opportuni.
San Pawl il-Baħar — Triq Marchesa - bozza mwaħħla mal-faċċata ta' proprjetà
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-aħħar bozza fi Triq Marchesa Bugeja, San Pawl il-Baħar (in-naħa ta' Triq Parades) u li tinsab imwaħħla ma' faċċata ta' proprjetà terġa' tibda tixgħel hekk kif din il-bozza tinsab mitfija sa meta qiegħda ssir din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar li l-istess Kunsill indirizza din il-kwistjoni mal-entità kkonċernata.
Għalhekk, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex għal aktar informazzjoni tirreferi għall-Ministeru kkonċernat.
San Pawl il-Baħar — Triq San Pawl u Triq Parades - bozoz
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jassigura li l-bozoz kollha li jinsabu fi Triq San Pawl u Triq Parades, San Pawl il-Baħar, ikunu qegħdin jiffunzjonaw hekk kif numru minn dawn il-bozoz jinsabu mitfija sa meta qiegħda ssir din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar li l-istess Kunsill dejjem jieħu azzjoni immedjata sabiex jiġu indirizzati kwalsiasi lmenti.