B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27559, jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-kuntratturi li huma reġistrati sabiex jagħmlu xogħol ta' toroq skont avviż legali 29/2010?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk japprovax li s-servizz tal-cabs fil-Belt diffiċilment jista' jiġi sostitwit bis-servizz tal-Arriva, partikolarmant fit-toroq dojoq fin-naħa ta' fuq, fil-parti tal-Belt li fiha l-aktar jgħixu anzjani bi problemi ta' mobilità? Jista' jgħid jekk hux se jingħata kuntratt ġdid għas-servizz ta' cabs?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-rotta skedata tat-trasport pubbliku li ġiet introdotta għall-ewwel darba ġewwa l-Belt Valletta qatt ma kienet intenzjonata li tissostitwixxi s-servizz tal-electric minicabs, li huwa servizz mhux skedat u li jinkera fuq talba speċifika ta’ min jagħżel li jagħmel użu minnu; iżda tifforma parti minn network sħiħ ta’ servizzi ta’ transport pubbliku essenzjali li jaqdu l-ħtiġijiet ta’ kull min għandu bżonn, b’mod regolari u aċċessibbli, anki f’żoni fejn qabel ma kienux milħuqa.
Rigward hux ser jerġa’ jingħata kuntratt ġdid għas-servizz ta’
electric minicabs
, ninsab infurmat li dan mhux se jsir minħabba li llum il-ġurnata dan is-servizz huwa liberalizzat u jista’ jiġi operat minn kull min tinħariġlu Liċenzja ta’ Operatur skont ir-rekwiżiti li jinsabu fir-Regolamenti dwar Servizzi tat-Taxi (Avviż Legali 369 tal-2010).
Ninsab infurmat ukoll li l-operatur li kien iħaddem is-servizz ta'
electric minicabs
fil-Belt Valletta biegħ il-vetturi tiegħu l operatur ġdid, li issa qed joffri l-istess servizz ġewwa l-Belt.
Jista' l-Ministru jgħid jekk japprovax li bil-mod li bih ġie ristrett it-traffiku fin-naħa ta' Hastings, servizzi meħtieġa għal residenti anzjani b'diżabilità bħal Meals on Wheels mhux qed jaslu għandhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-tibdil fl-immaniġġjar tat-traffiku fiż-żona ta' Hastings ġew introdotti f'Mejju li għadda bħala parti mill-arranġamenti għall-proġett ta' Bieb il-Belt. Aċċess għal Hastings għal karozzi żgħar sa daqs ta' minibuses u minivans ġie provdut mingħajr restrizzjonijiet ta' ħin minn Triq Melita u Triq Nofsinhar. Vetturi ta' daqs ikbar li jridu jipprovdu servizz f'din iż-żona jistgħu jaslu sa Kastilja u jgħaddu miż-żoni pedonali li huma aċċessibli f'ħinijiet speċifiċi tal-ġurnata.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li n-nies li jkunu fuq il-moll ta' Raħal Ġdid ma jistgħux ikunu mingħajr ġakketta ħadra jew oranġjo filwaqt li fuq il-moll tal-Furjana ħadd ma jilbes l-istess u dan fuq direzzjoni tal-istess diriġenti? Jista' l-Ministru jikkonferma li dan hu l-każ għax qed jinġibed film fix-xatt tal-Furjana? Jekk mhux il-każ, jista' jgħid x'passi se jittieħdu ħalli l-ksur tar-regolamenti ma jibqax jipperpetwa ruħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal-liema persuni qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' reserved parking spaces li ġew approvati matul l-aħħar 12-il xahar, fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? Fejn jinsabu dawn l-ispazji li ġew riservati (triq triq), u b'mod ġenerali (mhux individwali)? X'kienu r-raġunijiet li għalihom ġew approvati dawn l-ispazji riservati? Kemm minnhom huma approvati għas-sena kollha u kemm huma riservati għat-tliet xhur tas-sajf?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fl-aħħar tnax-il xahar ġew approvati tmintax-il parkeġġ riservat, fil-lokalita' ta' San Pawl il-Baħar, li sbatax minnhom huma għal persuni b’diżabbilita’. Dawn il-parkeġġi ġew riservati fi ħmistax-il triq. Minn dawn it-tmintax-il parkeġġ riservat, nofshom huma riservati għall-erba’ xhur tas-sajf biss. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda bl-informazzjoni mitluba.
San Pawl il-Baħar — xogħlijiet fit-toroq - tabelli
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex ix-xogħol fuq it-toroq Ċensu Tanti, u x-Xagħra tal-Bandieri, f'San Pawl il-Baħar fejn ilhom imwaħħla tabelli ta' Transport Malta għal diversi xhur, fil-fatt jitkomplew għall-Benefiċċju ta' dawk li jużaw dawn l-istess toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet ta’ Triq Censu Tanti kienu ħarġu aktar kmieni din is-sena u wara li kien hemm xi problemi mal-kuntrattur dan it-tender kellu jerġa’ jinħareġ. Fil-fatt it-tender tax-xogħlijiet reġa’ nħareġ u ġie aġġudikat u x-xogħlijiet issa mistennija jinbdew fil-ġimgħat li ġejjin.
It-tender tax-xogħlijiet tax-Xagħra tal-Bandieri
nħareġ u ġie aġġudikat. Ix-xogħlijiet ikunu jistgħu jinbdew wara li jissolvew problemi legali mas-sidien.
Jista' l-Ministru jgħid kemm passiġġieri nġarru fix-xahar ta' Lulju 2010 permezz tas-servizz tat-trasport pubbliku qabel ma bdiet topera l-Arriva u kemm inġarru passiġġieri f'Lulju 2011 mill-Arriva?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li peress li fl-ewwel ġimgħatejn ta’ Lulju 2011 is-servizz tat-trasport pubbliku ma ħadimx kif ikkuntrattat, fejn passiġġieri u¿aw is-servizz mingħajr biljetti, rotot li ġew sub-kuntrattati ma kellhomx magni tal-biljetti, kif ukoll intużaw
coaches
mingħajr biljetti, l-informazzjoni ta’ patrunaġġ mhix kompluta. Għaldaqstant Transport Malta ma tinsabx f’pożizzjoni li tipprovdi nformazzjoni għax-xahar ta’ Lulju 2011.
L-ammont ta’ passiġġieri li nġarru fix-xahar ta’ Lulju 2010 kien ta’ 2,781,960.
Jista' l-Ministru jara li jkun hemm servizz tal-linja miż-Żejtun għall-Isptar li tkun diretta imqar fil-ħinijiet li jikkombaċċjaw mal-ħinijiet tad-dħul tal-isptar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Rotta 210 tgħaqqad iż-Żejtun, Tarxien u Raħal Ġdid ma’ l-
interchange
ta’ Mater Dei u l-
Park and Ride
tal-Marsa. Din ir-rotta ser tkun qed taħdem kull 20 minuta.
Peress li jidher li l-lane to Valletta only, Furjana mhux talli mhix qed isservi l-iskop iżda qed joħloq kju ta' karozzi li qatt ma rajna qabel, jista' l-Ministru jikkunsidra li din titneħħa u terġa' tiġi bħal qabel?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku dwar il-post li qed jistaqsi dwaru.
Jista' l-Ministru jgħid, wara li tħabbru r-rotot il-ġodda, kif se jiġu servuti n-nies ta' Ta' Giorni, San Ġiljan, li qabel kellhom ix-xarabank numru 42?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Ta' Giorni hu servut b'rotta 24 li tmur il-Belt Valletta u minn rotta 110 li tmur Fleur de Lys f'direzzjoni waħda u lejn il-Ferries tas-Sliema fid-direzzjoni l-opposta.
Jista' l-Ministru, bħala l-Ministru responsabbli mill-Proġett tal-Baċir Nru.1 f'Bormla jgħid, skont il-kuntratt:
a) meta kellu jibda x-xogħol fuq l-parti tat-Triq ta' Santa Tereża Bormla;
b) meta beda x-xogħol fuq l-istess triq u meta huwa proġettat li jispiċċa; u
ċ) kemm kien stmat li kellu jiswa x-xogħol fuq l-istess triq u jekk hux previst li se jkun hemm over spending u fil-każ kemm?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-parti tat-Triq ta' Sta Tereża f'Bormla kellu jibda f'Mejju 2011. Ix-xogħol beda għal nofs Mejju 2011 u huwa proġettat li jkunu tlestew il-maġġoranza tax-xogħlijiet lejn l-aħħar ta' Novembru 2011,
L-ispejjeż fuq ix-xogħlijiet ta' din it-triq jiffurmaw parti minn spiża akbar fuq ix-xogħlijiet li qegħdin isiru f'Baċir (East Side), l-ispiża totali hija ta' €2.8 miljun.
Transport Malta — penali fuq ċittadini li jkun instabu ħatja ta' kontravenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid min fejn jemani l-poter lil Transport Malta sabiex din timponi penali fuq ċittadini li jkun instabu ħatja ta' kontravenzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Trasport f'Malta għandha s-setgħa li tistabbilixxi u timponi pieni amministrattivi, u dan taħt Kap 499, Att dwar l-Awtorita' għat-Trasport f’Malta, artikolu 6(2)(g) u artikolu 47 tal-imsemmi Att.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tnaqqsu postijiet ta' parkeġġ ġo Tas-Sliema f' dawn l-aħħar sitt xhur? Kemm se jerġgħu jonqsu fis-sitt xhur li ġejjin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li konsegwenza tal-ftuħ tal-mina ta' Tigne tneħħew 26 parkeġġ. Ladarba jitlestew ix-xogħlijiet kollha relatati mal-infrastruttura tal-bus lane, b'kollox se jkunu tneħħew 20 spazju ieħor.
Rigward il-bqija tal-parkeġġ f'Tas-Sliema nirreferi lill-Onor Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru jew Ministeri kkonċernati.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6068, jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-feasibility study u Environmental Impact Assessment (EIA) li kien ikkumissjonat mill-Awtorità Marittima fl-2005 għall-iżvilupp ta’ cruise berth ’l barra mill-port ta’ l-Imġarr, Għawdex u dwar l-aġġornament tal-istess studju li ntalbet tagħmel mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jista’ jaġġorna lill-Kamra ukoll dwar disinji iktar dettaljati u fuq ir-reviżjoni tal-proġett li kellhom isiru? Jista’ jgħid x’alternattivi oħra ġew ikkunsidrati għal dan il-proġett? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudji li saru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li rigward l-aġġornament tal-feasibility study u Environmental Impact Assessment (EIA) is-sitwazzjoni ma' nbidlitx minn dak li ntqal f’risposta għall-mistoqsija parlamentaru numri 21310 u għaldaqstant nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal din ir-risposta. F’din l-istess risposta ntqal li l-Heritage Advisory Committee tal-MEPA rrakkomanda li dan l-proġett jiġi rrifjutat, id-disinji tal-proġett ma ġewx riveduti.
Infakkar iżda li bħala alternattiva kienet tpoġġiet barra x-Xlendi baga magħmula apposta biex magħha jkunu jistgħu jorbtu cruise liners.
Jista' l-Ministru jgħid, lokalità b'lokalità, fejn saru x-xogħlijiet minn Transport Malta in konnessjoni mar-riforma tat-trasport pubbliku, u jindika t-toroq fejn sar ix-xogħol u l-ispiża ta' kull biċċa xogħol, b'mod partikolari xogħlijiet fejn se jkun hemm bus stops u bus interchanges?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ tenders li ħarġet Trasprot Malta minn Marzu 2008 sal-lum għal xogħol ta’ toroq li jaqgħu fil-konfini tar-Rabat Malta? Jista' jgħid kull tender kemm kienet tiswa, jew kemm hu stmat li tiswa, skont kif ikun il-każ u jgħid kull tender f’liema fażi waslet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mill-2008 sal-lum tlestew dawn it-toroq fil-konfini tar-Rabat:
Kostruzzjoni ta’
footpath
f’parti minn Triq Borg Olivier Rabat - €1,290.81
Surfacing works
- Chadwick Lakes l/o Rabat - €31,895.50
Surfacing
tat-triq - Bieb ir-Ruwa l/o Rabat - €5,673.38
Surfacing
- Buskett Area - €55,460.00
Surfacing
fi Triq Tabija, Rabat - €27,730.00
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ tenders li ħarġet Trasport Malta minn Marzu 2008 sal-lum għal xogħol ta’ toroq li jaqgħu fil-konfini ta’ Ħad-Dingli? Jista' jgħid kull tender kemm kienet tiswa, jew kemm hu stmat li tiswa, skont kif ikun il-każ u jgħid kull tender f’liema fażi waslet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mill-2008 sal-lum tlestew dawn it-toroq fil-konfini ta’ Ħad Dingli:
Footpath
- Triq il-Knisja c/w Triq San Pawl, Dingli - €5,607.78
Triq Sta Marija, Sta Duminka, Abela Dingli, Dingli - €47,388.35
Triq Dun Karm Azzopardi & p/o Triq l-Irdum Dingli - €48,713.88
N/S in Dun Karm Frendo Street, Dingli - €85,731.12
Triq l-Imqades, Saqwi, Skorba, Mġarr and p/o Triq Emanuel Vitale, Misrah Suffara Part A ,Dingli - €151,890.71
Dawn it-toroq għad hemm xogħol għaddej fuqhom:
Panoramic Rd / Turretta (p/o), Dingli - € 70,038.93
Turretta (p/o), Dingli - € 64,602.21
S. Pawl tal-Pitkali Road / Panoramic Road, Dingli - € 66,373.89
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ tenders li ħarġet Transport Malta minn Marzu 2008 sal-lum għal xogħol ta’ toroq li jaqgħu fil-konfini tal-Imtarfa? Jista' jgħid kull tender kemm kienet tiswa, jew kemm hu stmat li tiswa, skont kif ikun il-każ u jgħid kull tender f’liema fażi waslet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mill-2008 sal-lum tlestew dawn it-toroq fil-konfini tal-Imtarfa:
Asfaltar ta’ Triq Ta' Slampa l/o Mtarfa - €34,674.72
Kostruzzjoni ta’ p/o Toroq Mtarfa, il-Palma, G. Galea and triq off Triq l-Imtarfa, Mtarfa - €166,516.84
Resurfacing
ta’p/o Wied il-Qlejja, l/o Mtarfa - €48,502.97
Transport Malta — rapporti ta qtuħ ta' bozoz f'toroq arterjali
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta saru l-aħħar rapporti minn Transport Malta għal dak li jirrigwarda bozoz maqtugħa fit-toroq arterjali u distributorji li jikkonċernaw il-lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali, liema rapporti għaddew għand il-Korporazzjoni Enemalta? Kemm mill-bozoz irrapurtati bħala maqtugħa fil-fatt ġew irranġati matul dan iż-żmien?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-aħħar rapporti minn Transport Malta għal dak li jirrigwarda bozoz maqtugħa fit-toroq arterjali u distributorji għall-lokalitajiet kollha sar fit-22 ta’ Ġunju 2011. Ħsarat fil-bozoz jew arbli f’toroq arterjali li huma resposabbilta’ tal-Korporazzjoni Enemalta ġew riferuti lilhom filwaqt li ħsarat fit-toroq li huma responsabbilta’ ta’ Transport Malta ġew mogħtija lill-kuntrattur privat biex jitranġaw.
Transport Malta m’għandha l-ebda rapport li ħsarat mhux ser jissewwew.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27271, jista' l-Ministru jgħid min se jagħmel tajjeb għal dan il-kumpens meta r-rotot jitbiddlu? Liema huma l-kundizzjonijiet stipulati?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-klawsola tal-kuntratt tat-Trasport Pubbliku li tirregola l-modifikazzjonijiet. Din il-klawsola tispjega x'għandu jsir f'każijiet bħal dawn.