Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Child Safety Services

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu li twaqqaf iċ-Child Safety Services (CSS) fi ħdan il-Ministeru tiegħu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li c-Child Safety Services (CSS) beda jiffunzjona f’Jannar tas-sena 2000.

Child Safety Services

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-għanijiet taċ-Child Safety Services (CSS)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-għanijiet ewliena huma ta’ prevenzjoni u kif ukoll ta’ intervenzjoni f’każijiet t’allegazzjoni ta’ abbuż kontra t-tfal.

Child Safety Services – Membri tal-istaff – Rwoli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu r-rwol tal-istaff fi ħdan iċ-Child Safety Services (CSS)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-membri tas-CSS jagħmlu xogħol ta’ prevenzjoni, konsultazzjoni, moniteraġġ, taħriġ, sapport u tracing.

Università ta’ Malta – SLC

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta kien ippjanat li titlesta l-binja tas-Sustainable Living Complex (SLC) tal-Università ta' Malta u kemm kienet stmata li tiġi tiswa? Jista' jgħid ukoll jekk il-proġett marx over-budget u jekk kienx hemmx direzzjoni biex ix-xogħol jieqaf minħabba nuqqas ta' fondi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Diċembru 2023?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W94.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, jgħid kemm ħarġu direct orders mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu minn Jannar 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll: (i) kemm kienet in-nefqa totali f’direct orders kull sena; (ii) kemm kien hemm direct orders kull sena; (iii) kemm kien l-ammont ta’ kull direct order; (iv) lil min ingħataw dawn id-direct orders u għal liema xogħol, prodott jew servizz; (v) min awtorizza dawn id-direct orders?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Il-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2023?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari W94.

Sixth Form — Studenti li waqfu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19138, 19329 u 19903 u jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li waqfu mis-Sixth Form? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena għal dawn l-aħħar 10 snin u maqsuma għal kull istitut edukattiv postsekondarju individwalment?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Reklami fuq stazzjonijiet tar-radju - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tar-radju mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minn Jannar sa April tinsab hawn taħt; Ministeru jew Entità Spi ża (excl. VAT) MCST €2,337.60

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Lista ta' xogħlijiet u ħlas

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' xogħol u ammonti ta' flus li tħallsu mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija/i li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għal kull sena, mill-2010 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Università ta’ Malta — Apparat

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19074, jista’ l-Ministru jara li fil-librerija tal-Università ta’ Malta mhux biss ikun hemm aċċess għall-internet imma li jkun hemm apparat disponibbli?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19071 li fiha ngħatat l-informazzjoni kollha. Infurmat li l-Università ma tħossx li hemm neċessità għal apparat addizzjonali la m’hemmx domanda għalih.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu direct orders mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu minn Jannar 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll: (i) kemm kienet in-nefqa totali f’direct orders kull sena; (ii) kemm kien hemm direct orders kull sena; (iii) kemm kien l-ammont ta’ kull direct order; (iv) lil min ingħataw dawn id-direct orders u għal liema xogħol, prodott jew servizz; (v) min awtorizza dawn id-direct orders?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Il-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2023?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari W94.

Sixth Form — Studenti li waqfu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19138 u 19329 u jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li waqfu mis-Sixth Form? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena għal dawn l-aħħar 10 snin u maqsuma għal kull istitut edukattiv postsekondarju individwalment?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Reklami fuq online portals - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq online portals mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-online portal li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni bejn Jannar u April ta' din is-sena qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Nefqa fuq fjuri għal funerali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12047 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Kuntratti ma’ kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kuntratti għandu l-Ministeru, u/jew kull entità li taqa' taħtu, mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kemm jiswa kull kuntratt u b'liema mod ingħata (direct order, tender, quotations, eċċ.)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija msemmija m’għandha l-ebda kuntratt mal-Ministeru jew ma’ xi entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Servizzi minn persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament qattx tqabbdet biex tagħti s-servizzi tagħha direttament jew tramite kumpanija f'xi entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk iva, jista’ jgħid x’kienu dawn is-servizzi u kemm tħallset tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-persuna msemmija ma tatx servizz la direttament u lanqas tramite kumpanija lil xi entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħi.

KGEs Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Kindergarten Educators (KGEs) Għawdxin, li jaħdmu fi skejjel primarji ġewwa Malta? Jista’ jgħid f’liema lokalità jaħdmu u jaqsam din l-informazzjoni lokalità b'lokalità? Jista’ jgħid ukoll kemm snin ilhom jaħdmu ġo skejjel primarji ġewwa Malta, kemm minnhom huma relievers, f'liema skola huma relievers u kemm ilhom relievers?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hemm 33 KGEs Għawdxin li jaħdmu fi skejjel primarji ġewwa Malta.