Legislature:
Category:
Reset
Active:

Foundation for International Studies Limited

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Foundation for International Studies Limited? Din hija fondazzjoni bi skopijiet non-profitt, jew kumpanija kummerċjali bi skopijiet ta' profitt?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-iskopijiet tal- Foundation for International Studies Limited jirriżultaw mill-klawżola 4 (l-objects clause) tal- Memorandum and Articles of Association ta’ l-istess kumpanija li hija reġistrata mal-Financial Services Authority. L-iskop prinċipali tal- kumpanija huwa sabiex torganizza konferenzi, korsijiet, seminars, workshops u attivitajiet oħrali għandhom dimesjoni kemm lokali kif ukoll internazzjonali.

Santa Luċija Junior Lyceum

Question

Tista' l-Ministru tgħid għal liema raġuni ma ġietx inkluża l-proposta tal-bini tas-sala fl-iskola Junior Lyceum f'Santa Luċija fil-programm ta' xogħlijiet tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada din is-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-programm ta’ bini fl-iskejjel qed isir skond prioritajiet nazzjonali edukattivi. F’din il-fażi qed jinbnew diversi skejjel u diġa’ hemm diskussjoni dwar il-fażi ta’ bini li jmiss.

Servizz ta' facilitator

Question

Tista' l-Ministru tara li jingħata facilitator lil tifla li għandha bżonn dan is-servizz minħabba xi mard u problema li għandha? Tista' din il-familja tiġi nfurmata bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-applikazzjoni tal-ġenituri biex tifla , li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, tidher quddiem l-iStatementing Moderating Panel daħlet fi Frar ta’ 2008. Din it-tifla tattendi l-iskola regolari u qiegħda fi klassi ta’ 14 fejn hemm LSA (facilitator) u teacher. L-LSAfil-klassi għandha obbligu li tgħin lit-tifla,kif fil-fatt qed tagħmel. It-tifla għandha Communication Disorder u skond l-iskola qed tagħmel progress peress li qed tagħmilha ma tfal ta’ l-eta’ tagħha. Madanakollu, il-familja ser tingħata appuntament fis-sajf li ġej biex jidhru quddiem il-Bord ta’ l-iStatementing Moderating Panel. Il-Bord jista jirrakomanda xi tip ta’ servizz ieħor skond il-każ, u mhux neċessarjament servizz ta’ LSA (facilitator)

MCAST

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'mistenni jsir fil-binja li ftit ta' xhur ilu kien hemm l-MCAST fi Triq Qrejten kantuniera ma' Triq John Borg, Msida (ħdejn il-Junior College)?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-binja msemmija f’din il-Mistoqsija Parlamentari bħalissa qed tiġi mmoderniżżata u rrinovata biex tilqa’ fiha Ċentru ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja fi ħdan id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi.

Edukazzjoni u Kultura — Membri/Diretturi tal-bord

Question

Tista' l-Ministru tgħid mill-elezzjoni ġenerali 2008 'l hawn min huma l-membri/diretturi tal-bord/entitajiet kollha li nħatru taħt il-ministeru tagħha? Kif saret l-għażla? Min minnhom huwa jew kien xi darba kandidat għal xi elezzjoni ġenerali? Min minnhom huwa jew kien xi darba kandidat għal elezzjoni ta' xi kunsill lokali? Min minnhom kien u fil-preżent huwa Membru Parlamentari u min minnhom huwa kunsillier?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Mill-elezzjoni ġenerali ‘l hawn inħatar il-Bord Editorjali tal-PBS li hu kompost minn Prof. J Pirotta bħala Chairman u Dr. Mary Anne Lauri u s-Sur Charles Mizzi bħala membri. Ħadd minn dawn is-sinjuri ma qatt ikkontesta elezzjoni generali jew dik tal-Kunsilli Lokali u anqas huma membri tal– Kamra tad-Deputati jew Kunsilliera. Ġie kkonfermat ukoll il-Bord tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’Għada, b’bidla ta’ membru wieħed fejn kienet nominata Dr. Maria Sciriha. Sadattant ħallejt bla ebda tibdil il-Malta Song Board, il- Bord ta’ l-Orkestra Nazzjonali, il- Bord taċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi, il-bord tal-Fondazzjoni Ċentru tal- Kreativita’, dak tal-Malta Qualifications Centre, il-Kunsill Malti għall-Kultura u l- Arti, il-Kummissjoni Folklor, il- Bord tat-Teatru Manoel u l-Kumitat tal- Garanziji, sakemm jagħlqilhom it-terminu kurrenti tagħhom. Il-Kumitat tal-Garanziji għandu bħala Chairman lill-President Emeritus Dr. Ugo Mifsud Bonnici li wkoll serva bħala Ministru u Deputat Parlamentari għal ħafna snin, Dr. Ray Bondin li kien membru tal-Parlament u Dr.Mario Tabone li kien kandidat f’elezzjoni ġenerali . Fost il-membri tal-Bord tal-Heritage Malta hemm iċ- Chairman Dr. Mario Tabone li kien ikkontesta l-elezzjoni ġenerali fis-snin 90 u Dr. Anthony Bonanno li kien ikkontesta l-elezzjoni ġenerali fis-snin 80. Fil-Malta Song Board hemm is-Sur Joe Dalmas li kien ikkontesta għal Kunsill Lokali. Fil-Malta Qualifications Council hemm is-Sur Anthony Degiovanni li kien Sindku u Kunsillier fiil-Fgura.

Facilitator

Question

Tista' l-Ministru tara li t-tifel,li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jingħata facilitator?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-applikazzjoni tal-ġenituri biex it-tifel , li d-dettalji qed jingħataw separatament, jidher quddiem l-iStatementing Moderating Panel daħlet f’Marzu ta’2007. Peress li t-tifel u tfal oħra fl-istess klassi , għandhom problemi ta’ mġieba, l-iskola tirreferi il-każ liċ-Child Safety Unit, lill-Anti Bullying Team, lill-Counsellor u lis- School Pshycological Services. Hu ġie referrut ukoll lil-SpLD Unit minħabba li x’aktarx għandu Dyslexia. Il- familja ser tingħata appuntament f’Ġunju biex jidhru quddiem il- bord tal-iStatementing Moderating Panel. Il-Bord jista’ jirrakomanda xi tip ta’ servizz ieħor, skond il-każ ,mhux neċessesarjament servizz ta’ LSA ( facilitator).

Eżamijiet tas-SEC

Question

Tista' l-Ministru tara jekk hux minnu jew le rapport li wasal għandi fejn qed jingħad li fl-eżamijiet tas-SEC tal-matematika u l-fiżika kien hemm diskrepanzi bejn dak li ħareġ fil-karta ta' l-eżami u s-sillabu ta' l-istess suġġetti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li ma kienx hemm diskrepanzi bejn il- format u l-mistoqsijiet fil-karti ta’ l-eżamijiet tal-matematika u tal- fiżika fil-livell tas-SEC fis-sessjoni ta’ Mejju ,2008 u s-sillabi ta’ l-istess suġġetti.

Hamrun — Skola Maria Regina

Question

Tista' l-Ministru tara li jittieħdu passi sabiex żewġ blocks C u D li jinsabu fi stat perikoluż fl-iskola Maria Reġina tal-Hamrun issirilhom il-manutenzjoni meħtieġa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmat li diġa’ qed isir xogħol ta’ manutenzjoni f’din l-iskola u ser jibqa’ għaddej matul il-vaganzi tas-sajf.

Skola Maria Regina — Bandiera

Question

Tista' l-Ministru tinvestiga lmenti li waslu għandi mingħand studenti ta' l-iskola Maria Reġina tal-Hamrun fejn qed jilmentaw li f'gallerija li tagħti fl-iskola eżattament in-naħa tat-track ta' l-istess skola hemm bandiera ta' partit politiku esposta fid-direzzjoni ta' l-iskola?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Kap ta’ l-iskola qatt ma rċeviet ilment dwar xi bandiera ta’ partit politiku .Jekk ikun hemm xi bandiera f’dar private fil-viċinanzi l-Kap m’għandiex il-poter aġgħalhom ineħħuha.

MCAST — Chief Administration Officer

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk ic-Chief Administration Officer ta' l-MCAST inbidilx jew le, jew jekk hemmx il-ħsieb li dan jinbidel?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għaż-żewġ partijiet li fiha l-mistoqsija hija fin-negattiv.

Kordin — MCAST Masterplan

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu dawk li applikaw għall-avviż numru MCAST T.05/08 li deher fil-Gazzetta tal-Gvern sabiex jagħmlu Preparazzjoni ta' Dikjarazzjoni ta' l-Impatt Ambjentali għall-MCAST Masterplan f'Kordin ġewwa Raħal Ġdid? Min ġie mogħti dan ix-xogħol u kemm kienet l-offerta? Kemm kienu l-offerti l-oħra li daħħlu? Meta huwa maħsub li dan ix-xogħol ikun lest?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm tliet applikazzjonijiet għall-avviż numru MCAST T.05/08 li deher fil- Gażżetta tal- Gvern sabiex jagħmlu Preparazzjoni ta’ Dikjarazzjoni ta’ l-Impatt Ambjentali għall- MCAST Masterplan f’ Kordin ġewwa Raħal Ġdid. Dawn kienu: AIS Environmental Ltd., valur ta’ l-offferta €28,084,00, ADI Associates, valur ta’ l-offerta €49,224,88 u EMDP,valur ta’ l-offerta €82,246,00. Dan ix- xogħol għadu ma ngħatax.

Għawdex — Applikazzjoni għall-għalliema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il sejħa għall-applikazzjoni għall-għalliema ħarġet fi skejjel speċjali f'Għawdex f'dawn l-aħħar tlett snin separatament, kemm applikaw u kemm eventwalment ġew ingaġġati? Tista' inoltre tgħid jekk f'dawn is-sejħiet isirux xi interviews jew xi tip ta' process ta' selezzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għandi ninfurmak li f’ Għawdex m’hemmx skejjel speċjali, għaldaqstant f’ dawn l-aħħar tlett snin ma ħarġet l-ebda sejħa għall-għalliema.

Pembroke — Bini ta' ġibjun

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux se jinbena l-ġibjun biex jilqa' l-ilmijiet li jinġabar madwar it-toroq ta’ fejn qed tinbena l-iskola primarja f’Pembroke, kif kien maħsub, u dan sabiex ir-residenti ta’ Triq Madre Margherita Debrincat, Triq il-Kurunell Lorenzo Manche’, Triq Dun Amabile Sisner isserħu rashom minħabba l-ilmijiet li jidħlu ġol-proprjeta’ tagħhom kull meta tagħmel ix-xita? Tista’ tagħti wkoll informazzjoni dwar meta se jibda x-xogħol fuq il-bini ta’ l-istorm water culvert li kien ipjanat li jsir f’dawn l-istess toroq waqt li tkun qed tinbena l-iskola primarja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li fejn qed tinbena l-iskola primarja l-ġdida f’ Pembroke hemm maħsub li jiinbena ġibjun li jilqa’ l-ilma kollu ta’ l-iskola.Il- Fondazzjoni għall-iskejjel t’ Ghada hija nfurmata li għaddew diskussjonijiet mad-Dipartiment ta’ l-Infrastrutura rigward culverts biex jilqgħu l-ilma tal-madwar.

Mosta — Bini ta' skola

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta hu skedat li jibda x-xogħol fuq il-bini ta’ l-iskola l-ġdida fil-limiti taż-Żokkrija fil-Mosta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-bini ta’ l-iskola l-ġdida fil-limiti taż-Żokkrija fil-Mosta jinbeda meta jinħareġ il-permess tal-bini mill-MEPA.