Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #13050 Sitting 309 2020-03-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Vapur Nikolaos — spiża

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li r-raba' vapur, u ċjoè l-vapur Nikolaos, li nbena fl-1987 - 33 sena ilu - ġie mikri mill-kumpanija Gozo Channel għall-prezz ta’ €13,000 kuljum u ċjoè għal kważi €5,000, 000 fis-sena? Jista' jikkonferma li fil-ħlas tal-kirja m’hemmx inkluż il-fuel li jintuża kuljum minn dan il-vapur u li dan il-fuel qed jitħallas mill-kumpanija Gozo Channel? Jista' jgħid bħala medja kemm tħallas fuel għal kull ġurnata li l-vapur Nikolaos ilu jopera bejn Malta u Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 12574.
Leg 13 PQ #13051 Sitting 309 2020-03-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – studju dwar żgħażagħ Għawdxin li jagħżlu jmorru jaħdmu Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux jikkunsidra li l-Ministeru għal Għawdex jikkummissjona studju dwar it-tibdil b'rata mgħaġġla li qed iseħħ fis-soċjetà Għawdxija fejn ħafna żgħażagħ Għawdxin qed jagħżlu li jmorru jgħixu u jaħdmu f'Malta u dwar kif il-fatt li l-kirjiet f'Għawdex huma irħas minn Malta qed jaffettwaw it-tessut tas-soċjetà Għawdxija? X'qed jagħmel il-Ministeru għal Għawdex biex jindirizza dawn ir-realtajiet ġodda li qed jibdlu lil Għawdex b'rata mgħaġġla ħafna?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru qed jikkunsidra li jsir dan l-istudju.
Leg 13 PQ #13054 Sitting 309 2020-03-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — lista ta' bordijiet u kumitati

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-Bordijiet u Kumitati kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex? Jista' jgħid f'kull każ min kienu l-membri ta' kull bord jew kumitat sal-aħħar ta' Diċembru 2019 u min huma l-membri ta' kull bord jew kumitat fid-data li titwieġeb din il-mistoqsija?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #13067 Sitting 309 2020-03-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Bini ta’ Qorti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12546 u jgħid x’inhu l-pjan preżenti dwar il-bini ta' Qorti ġdid f'Għawdex u in vista ta' dak li ġara fl-aħħar snin, jista’ jgħid: a. kemm kienet in-nefqa totali fuq il-pjanti u ħruġ ta' tenders li saru biex il-bini ġdid jinbena fi Pjazza l-Assedju ta' Għawdex fir-Rabat, Għawdex; b. min tħallas u kemm tħallas għax-xogħol li sar fuq il-pjan biex jinbena Qorti ġdid fi Pjazza l-Assedju ta' Għawdex fir-Rabat, Għawdex; c. min ħa d-deċiżjoni li l-Qorti ma jsirx fi Pjazza l-Assedju ta' Għawdex fir-Rabat, x'kienet ir-raġuni li ttieħdet din id-deċiżjoni u meta ttieħdet din id-deċiżjoni; d. kemm kienet in-nefqa totali fuq il-pjanti, proċess ta' konsultazzjoni, periti u affarijiet oħra konnessi mal-pjan li l-Qorti l-ġdid ta' Għawdex jinbena fix-Xewkija fiż-Żona Industrijali; e. min tħallas u kemm tħallax għax-xoghol li sar fuq il-pjanti u xogħol ieħor relatat biex il-Qorti jinbena fiż-Żona Industrijali tax-Xewkija; f. min ħa d-deċiżjoni li l-Qorti ma jsirx fiż-Żona Industrijali tax-Xewkija, x'kienet r-raġuni li ttieħdet din id-deċiżjoni u meta ttieħdet din id-deċiżjoni; u g. x'ser jsir fl-immedjat biex il-Qorti ta' Għawdex fiċ-Ċittadella li jintuża ta' kuljum min-numru kbir ta' anzjani u nies b'diżabilità, jsir aċċessibbli?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #13244 Sitting 309 2020-03-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex jipprovdi kwalsiasi konsulenza taħt kwalsiasi isem (bħal contract of service,contract for service eċċ.) f’kwalsiasi entità fid-dekasteru tiegħu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-individwu msemmi ma ngħata l-ebda konsulenza mill-Ministeru għal Għawdex jew minn entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu.
Leg 13 PQ #13402 Sitting 309 2020-03-12 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Djar tal-Anzjani

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13088, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ċittadini li sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija, għamlu talba u qed jistennew biex jidħlu f'dar tal-anzjani ġewwa Għawdex? Jista' jgħid ukoll kemm ċittadini ngħataw post f'dar tal-anzjani ġewwa Għawdex sa minn meta l-Ministeru għal Ghawdex beda jieħu ħsieb dan il-qasam? Jista' jgħid ukoll kemm postijiet ingħataw għal kull waħda mid-djar tal-anzjani f'Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn Ottubru 2017 sal-lum, 38 anzjan daħlu f' Villa San Lawrenz. Id-domanda mistennija tikber hekk kif tkun lesta Dar San Ġużepp.
Leg 13 PQ #13032 Sitting 308 2020-03-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — L-Għarb - Triq Franġisk Portelli - kisi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-raġunijiet għalfejn Triq Franġisk Portelli ġewwa l-Għarb Għawdex, triq arterjali li tieħdok għar-raħal ta' San Lawrenz u l-bajja tad-Dwejra ilha iktar minn erba' snin b'kisja waħda ta' asfalt u hemm it-tappieri tad-drenaġġ għoljin iktar mill-ewwel kisja tarmak u huma ta' periklu kbir għas-sewwieqa kif ukoll peress li fil-ġnub tat-toroq hemm xifer tal-konkos li hu perikoluż? Jista’ jgħid f’liema xahar u sena hi ppjanata li ssir it-tieni kisja tarmak? Jista' jgħid jekk hemmx ħsieb li din it-triq titlesta matul is-sena 2020 u jekk iva sa meta?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor Interpellant li f’dak li jirrigwarda l-proġetti infrastrutturali, marbutin mat-toroq fil-gżira Għawdxija, il-Ministeru għal Għawdex għandu programm ta’ prioritajiet. L-imsemmija triq ser issir skont l-imsemmi pjan.
Leg 13 PQ #13035 Sitting 308 2020-03-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem — Żona tal-Fessej - open skips

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10274, jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas il-kuntrattur li qed jipprovdi s-servizz ta’ Open Skips ġewwa l-area tal-Fessej f’Għajnsielem Għawdex mill-11 ta’ Ġunju 2019 sad-data ta’ meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid min hu l-kuntrattur li fil-preżent qed jipprovdi s-servizz ta' 'Open Skips' f'din l-area f'Għajnsielem Għawdex u kif ġiet stabbilita r-rata ta’ ħlas? Jista’ jgħid ukoll jekk ħarġitx sejħa pubblika u jekk iva jekk din ġietx awarded u meta ġiet awarded?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex qatt ma rċieva l-mistoqsija parlamentari numru 10274 u għaldaqstant qatt ma segħet tingħata tweġiba. Rigward l-Open Skips fiż-Żona tal-Fessej f’Għajnsielem, il-Ministeru għal Għawdex, kien irrisponda l-mistoqsija parlamentari li għamel l-istess Interpellant bin-numru 12074. Intant, rigward dawn l-open skips, ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-kuntrattur tħallas is-somma ta’ €87,447.62 (VAT eskluż). Sa meta qiegħda titwieġeb din il-mistoqsija, il-kuntrattur huwa Sultech & Co u dan intgħażel għax kien tefa’ l-irħas offerta tiegħu għal hand quotation maħruġa mill-Ministeru. Ħarġet sejħa pubblika oħra għall-offerti u din għadha ma ġietx awarded.
Leg 13 PQ #13037 Sitting 308 2020-03-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Vapur MV Nikolaos

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12574, jista’ l-Ministru jwieġeb partijiet sostanzjali tal-istess mistoqsija li baqgħu bla tweġiba, tenut kont li dawn il-flus użati fuq il-vapur MVNikolaos huma flus pubbliċi użati minn kumpanija pubblika u proprjetà tal-Gvern u liema kumpanija taqa' taħt il-Ministeru għal Għawdex direttament, u għalhekk jgħid :- A. Kemm tħallas kuljum għall-kiri ta' dan il-vapur fl-ewwel perjodu tal-kirja?B. Meta ġiet imġedda l-kirja u għal kemm żmien? Meta tintemm il-kirja eżistenti ta' dan il-vapur?C. Kemm qed jitħallas kuljum fil-preżent għall-kiri ta' dan il-vapur?D. Meta hu ppjanat li l-kumpanija Gozo Channel iġġib vapur ġdid flok l-MV Nikolaos li huwa vapur antik u li mhux aċċessibbli? E. Meta sar xogħol fuq is-side ramp għal dan il-vapur, min ħallas għalih u kemm sewa dan ix-xogħol? F. Għaliex din is-side ramp li saret, ma tistax tintuża f'kull port? G. Min huma l-agenti lokali tal-Vapur MV Nikolaos?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 12574.
Leg 13 PQ #13315 Sitting 308 2020-03-11 Oral · Final From: HERMANN SCHIAVONE To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — konsulenza, ħatra jew ingaġġ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kwalunkwe konsulenza, ħatra jew ingaġġ li ħa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn April 2013 u Diċembru 2019?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2013 sal-lum, l-individwu msemmi ma ngħata l-ebda konsulenza, ħatra jew ingaġġ mill-Ministeru għal Għawdex jew minn entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu.
Leg 13 PQ #12977 Sitting 307 2020-03-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur – Triq ir-Ramla – xogħlijiet fuq Triq Ħanaq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol fuq Triq Ħanaq u parti minn Triq ir-Ramla fin-Nadur, in vista' tal-fatt li ħames snin ilu, b'għaġla qabel l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali, dawn it-toroq ingħataw kisja waħda ta' tarmak u l-wiċċ baqa' sal-lum qatt ma ngħata b'dan li t-tarmak li ngħata peress li ma kienx ta' saħħa biżżejjed nqasam kollu u hemm partijiet mit-triq li diġà niżlu kif ukoll peress li fil-ġnub tat-toroq hemm xifer tal-konkos li hu perikoluż? Jista' jgħid jekk hemmx ħsieb li dawn it-toroq jitlestew matul is-sena 2020 u jekk iva sa meta?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 12664.
Leg 13 PQ #13030 Sitting 307 2020-03-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ir-Rabat - Triq Santa Dminka - tender

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li fuq parti mit-Triq Santa Dminka ġewwa r-Rabat Għawdex li t-tender tagħha ilu awarded għal iktar minn sena, għadu ma nbediex ix-xogħol infrastrutturali fuqha? Min hu l-kuntrattur li rebaħ dan it-tender u kemm kienet is-somma globali ta' din it-tender? Min ta' awtorizzazzjoni biex dan ix-xogħol għadu ma sarx? Jista' jgħid jekk hemmx ħsieb li dan ix-xogħol fuq l-imsemmija triq jinbeda f'dawn il-ġranet u jekk iva sa meta għandu jitlesta x-xogħol kollu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntrattur li ġie awarded dan il-kuntratt huwa Gatt Tarmac għas-somma ta’ €80,852.25c. Il-kuntratt ġie awarded fil-25 ta’ Ġunju 2018 bir-referenza tal-publikazzjoni hija MGOZ/MPU T 7/2018. Min-naħa l-oħra, il-Ministeru għaddej bi pjan ta’ prijoritajiet fuq l-infrastruttura tat-toroq f’Għawdex, bix-xogħol fuq din it-triq partikolari huwa skedat għax-xhur li ġejjin.
Leg 13 PQ #13031 Sitting 307 2020-03-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn — Triq Santa Marija u Triq il-Qbajjar - tenders

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11414, li ngħatat fil-25 ta' Ottubru 2019 jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx ippreparati t-tenders ta' Triq Santa Marija u Triq il-Qbajjar f’Marsalforn u jgħid dwar jekk ħarġux it-tenders għal dawn it-toroq u jekk humiex ser isiru u jitlestew matul is-sena 2020 u jekk iva sa meta?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru qed jahdem fuq it-Tender document biex eventwalment dan jiġi ppublikat għal dawn it-toroq.
Leg 13 PQ #12966 Sitting 306 2020-03-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Master Plan ta’ Xlendi — tenders

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11433, fejn ingħad li x-xogħol fuq il-parkeġġ tax-Xlendi li t-tender 'qed jiġi vvetjat u għadu ma ġiex ippubblikat biex jinkorpora elementi teknoloġiċi u ekoloġiċi addizzjonali skont kif imħabbar fil-Baġit 2020', jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tenders ħarġux, u jekk le x'inhi r-raġuni li għadhom ma ħarġux it-tenders biex isir ix-xogħol neċessarju fuq il-parkeġġ u f’liema xahar u sena hu ppjanat li jibda x-xogħol u jitlesta x-xogħol?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender marbut mal-masterplan tax-Xlendi għadu qed jitħejja. Rigward il-parkeġġ, qed jiġi evalwat meta għandu jibda x-xogħol sabiex ma noħolqux inkonvenjent għall-istaġun turistiku.
Leg 13 PQ #12971 Sitting 306 2020-03-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur — Triq it-Torri - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitkompla x-xogħol fuq Triq it-Torri ta' Kenuna fin-Nadur? Jista' jgħid liema kuntrattur ser jagħmel dan ix-xogħol u kemm ser jiġi jiswa? Jista' jagħti data meta dan ix-xogħol ser jitlesta? Jista' jara li flok ħajt tal-kantun isiru barriers tal-plastik bid-dwal magħhom kif jitolbu r-regolamenti tas-saħħa u sigurtà qabel jiġri xi inċident u jkun tard wisq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq Triq it-Torri ta’ Kenuna se jibda fil-jiem li ġejjin. Is-sejħa għall-offerti intrebħet minn Gatt Tarmac Ltd u x-xogħol hu stmat li se jkun jiswa s-somma ta’ €536,423.50c (VAT eskluż). Ix-xogħol mistenni jkun lest fi ftit ġimgħat minn meta jibda x-xogħol. Il-Ministeru għal Għawdex ħa ħsieb li fi Triq Ta’ Kenuna barra li tingħalaq bil-ħajt tal-kantun, tingħalaq ukoll bil-barriers tal-plastik u jkunu mgħammra bid-dawl.
Leg 13 PQ #12972 Sitting 306 2020-03-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Triq li twassal mir-Rabat għal Marsalforn — xogħlijiet

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 12505, jista' l-Ministru jgħid kif ġie magħżul il-perit li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala l-Perit għax-xogħol li ser isir fuq Triq Marsalforn? Jista' jgħid jekk dan ġiex magħżul wara sejħa jew b'direct order? Jista' jgħid kemm tħallas s'issa? B'referenza għall-istess mistoqsija u risposta jista' jgħid għaliex għal din it-triq ser jinġabu biss 2% tal-ispiża tagħha mill-fondi tal-Unjoni Ewropea? Min iddeċieda li japplika għal 2% tal-fondi biss?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Perit tax-xogħol ġie magħżul permezz ta’ EOI. S'issa l-perit tħallas is-somma ta’ €38,851.50. Il-bini mill-ġdid tat-triq se jsir b’fondi nazzjonali, filwaqt li l-bini tal-ħitan tas-sejjieħ tat-triq ser jsir minn Fondi Ewropej, għal daqstant meta tikkunsidra l-ispiża tal-ħitan tas-sejjieħ man-nefqa totali, il-persentaġġ jiġi ta’ 2%.
Leg 13 PQ #12974 Sitting 306 2020-03-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Farm roads

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm u f'liema lokalitajiet u isem tat-triq ġewwa Għawdex hemm ippjanati li jsiru 'Farm Roads' bil-konkos mill-ħaddiema fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex matul is-sena 2020 biex jitjieb l-aċċess għall-bdiewa u għan-nies li jiffrekwentaw dawn it-toroq? Jista' jagħti lista' ta' farm roads li saru f'Għawdex matul is-sena 2017, 2018 u 2019 u jgħid jekk dan ix-xogħol sarx minn kuntratturi jew mill-ħaddiema tal-Gvern? Jista' jgħid f'kull każ kemm kien it-tul tat-triq li saret u l-ispiża fuq l-istess farm road?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta' toroq li saru matul is-sena 2017, 2018 u 2019 jidhru kif indikati fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għas-sena 2020, il-Ministeru qiegħed jevalwa liema toroq rurali jeħtieġu intervent.
Leg 13 PQ #12976 Sitting 306 2020-03-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur — Għar ta’ Mixta - pjanijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid, in vista tal-fatt li l-Għar tal-Mixta fin-Nadur huwa wieħed mill-postijiet li jintuża biex jirreklama lill-gżejjer Maltin, x'qed jsir biex dan il-post jiġi miżmum tajjeb? X’inhuma l-pjanijiet tal-Ministeru għal Għawdex għal dan is-sit storiku li jagħti fuq il-Bajja tar-Ramla b'veduti mill-isbaħ? X'għamel il-Ministeru fl-aħħar xhur meta xi individwi għalqu jew ostakolaw partijiet mill-art li twassal għall-Għar tal-Mixta?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-interventi li saru kienu mill-inqas u kienu biss ta’ tindif. Dan biex l-għar jibqa’ kemm jista’ jkun fl-istat naturali tiegħu. Il-Ministeru talab lill-Awtorità tal-Artijiet biex tivverifika jekk l-għar innifsu, l-art tal-madwar u anke l-passaġġ humiex propjeta tal-Gvern. Irriżulta li l-ewwel parti tal-passaġġ li jagħti għal-għar hija tal-Gvern, l-għar u l-art tal-madwar hija mwellija mill-Gvern lil terzi u l-passaġġ mill-għar għall-bajja huwa tal-privat.
Leg 13 PQ #13342 Sitting 306 2020-03-09 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — vjaġġ tal-4.45am

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-vjaġġ bil-vapur tal-Gozo Channel minn Għawdex lejn Malta tal-4.45am qed jispiċċa jitlaq tard regolarment u jiġifieri fil-5.00am? Jekk dan hu l-każ, x'inhuma r-raġunijiet? Jekk dan hu l-każ, tista' l-kumpannija Gozo Channel tirrimedja għal dan id-dewmien sabiex passiġġieri ma jitilfux ħin, xogħol u impenji bħalma qed jiġri preżentement?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret verifika dwar il-ħinijiet attwali tat-tluq tal-vjaġġi tal-4.45 a.m mill-Imġarr matul l-aħħar xahar minn meta bdiet topera l-iskeda l-ġdida, u rriżulta li darba biss il-vjaġġ telaq tard għal raġunijiet barra mill-kontroll tal-kumpanija.
Leg 13 PQ #12937 Sitting 305 2020-03-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur — Triq l-Imġarr - konferenza tal-aħbarijiet

Question

B'referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet li saret mill-Ministeru għal Għawdex fit-18 ta' April 2019 fi Triq l-Imġarr fin-Nadur Għawdex, liema triq issa ilha aktar minn sena magħluqa kompletament u fejn ma sar ebda tip ta' xogħol, kif ukoll tenut kont tal-fatt li f'din il-konferenza kien hemm preżenti fost l-oħrajn l-ex Ministru għal Għawdex, nies tekniċi mill-Ministeru għal Għawdex kif ukoll il-perit/Geotechnical Engineer li tqabbdu flimkien ma' esperti barranin biex jagħmlu l-istudji u jħejju l-pjanti u d-disinni meħtieġa ta' xogħol li hemm bżonn issir f'din it-triq, jista' l-Ministru jgħid x'ħejjew dawn in-nies (pjanti/disinni) li kienu preżenti għall-konferenza tal-aħbarijiet u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha, kif ukoll id-dati meta tħejjew dawn l-istudji/pjanti/disinni tax-xogħol li għandu jsir f'din it-triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 12666.