Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #21466 Sitting 476 2021-06-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Experts u advisors — Persuni impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru totali ta' persuni impjegati jew li ngħataw kuntratt bħala experts jew advisors mal-Gvern illum? Jista' jgħid kemm minn dawn għandhom aktar minn 65 sena, kemm minnhom għandhom aktar minn 70 sena u kemm minnhom għandhom aktar minn 80 sena?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #21707 Sitting 476 2021-06-21 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Mellieħa – talba biex Triq Qasam Barrani tinbidel f’Triq Edward Camilleri

Question

Jista' l-Prim Ministru jitlob li tiġi kkunsidrata mill-Kumitat għat-Tismija tat-Toroq (Malta) fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali t-talba sabiex Triq Qasam Barrani fil-Mellieħa tinbidel u ssir Triq Edward Camilleri? (Is-Sur Camilleri, tul ħajtu, ħadem bla heda kemm fuq skala Nazzjonali anke f’raħal twelidu l-Mellieħa. Fil-fatt huwa kien is-Surmast tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa għal numru ta' snin, kif ukoll għal aktar minn 30 sena President tal-Mellieħa Sports Club.) Ġaladarba din it-talba tintlaqa’, bl-ebda mod mhi se tkun qed toħloq xi forma ta’ inkonvenjent peress li fl-imsemmija triq ma hemm l-ebda residenza għajr il-binja tal-Iskola Primarja (bil-bieb prinċipali jinsab fi triq differenti) u l-faċilità sportiva tal-Mellieħa Sports Club.

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra, l-proċedura tat-tismija tat-toroq kif elenkata fil-leġiżlazzjoni ta’Malta.
Leg 13 PQ #21733 Sitting 476 2021-06-21 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għaqdiet Volontarji – ħaddiema mis-settur pubbliku sekondati magħhom

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21351 u jgħid kemm hemm għaqdiet volontarji li għandhom sekondati magħhom, ħaddiema mis-settur pubbliku?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li preżentament hemm total ta’ 54 għaqda volontarja li għandha impjegati pubbliċi sekondati magħha.
Leg 13 PQ #21734 Sitting 476 2021-06-21 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għaqdiet Volontarji li ma jikkwalifikawx biex ikollhom ħaddiema tas-settur pubbliku sekondati magħhom

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21352 u jgħid jekk hemmx xi kategorija jew kategoriji ta' għaqdiet volontarji li ma jikkwalifikawx biex ikollhom ħaddiem tas-settur pubbliku sekondat magħhom? F'każ li iva, liema huma dawn il-kategoriji?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-ebda għaqda ma hi skwalifikata milli tieħu impjegati pubbliċi sakemm din tkun għaqda reġstrata skont il-ligi u li tkun taderixxi mal-policies fis-seħħ dwar rilaxx ta’ haddiema pubbliċi ma għaqdiet volontarji.
Leg 13 PQ #21702 Sitting 475 2021-06-16 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċentri ta’ servizz.gov – assistenza u stampar taċ-ċertifikati tal-vaċċin (COVID-19)

Question

Wara li ftit tal-ġranet ilu tħabbar li ċ-ċittadini jistgħu jżuru wieħed miċ-ċentri ta’ servizz.gov imxerrdin madwar Malta għal assistenza biex iniżżlu u jistampaw iċ-ċertifikati tal-vaċċin (COVID 19), jista’ l-Prim Ministru jagħmel l-arranġamenti meħtieġa sabiex dan is-servizz jibda jingħata wkoll fil-lokalità tal-Mellieħa fil-ġurnata tal-Ġimgħa, il-ġurnata li dan iċ-ċentru (servizz.gov) ikun qed jopera fil-Mellieħa?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li servizz.gov m’għandux ċentru reġjonali fil-Mellieħa. Is-servizz tal-istampar taċ-ċertifikati tal-vaċċin qiegħed jingħata mill-eqreb ċentru reġjonali ta’ servizz.gov fil-Qawra.
Leg 13 PQ #21705 Sitting 475 2021-06-16 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali – funzjonijiet fuq jumejn

Question

Wara li fl-2010 kien infetaħ Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali (illum servizz.gov) fil-Mellieħa b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali u li kien jaqdi l-funzjonijiet tiegħu fuq jumejn, dan is-servizz wara l-2014 beda jingħata biss fuq ġurnata waħda u fid-dawl li l-popolazzjoni tal-Mellieħa kompliet tikber, jista’ l-Prim Ministru jerġa’ jikkunsidra li dan is-servizz jerġa’ jibda jingħata fuq jumejn kif kien jingħata oriġinarjament meta kien ġie introdott fil-Mellieħa fl-2010?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li servizz.gov m’għandux ċentru reġjonali fil-Mellieħa. servizz.gov qiegħed kontinwament jesplora biex jiftaħ iktar ċentri skont id-domanda għas-servizz.
Leg 13 PQ #21661 Sitting 473 2021-06-14 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ġimgħa tas-Servizz Pubbliku – nefqa fuq l-attivitajiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm swew l-attivitajiet kollha fil-ġimgħa għas-servizz pubbliku għas-sena 2021, inkluż iż-żamma ta' konferenzi, il-ħlas ta' kelliema, il-ħlas għas-servizzi tekniċi, intratteniment, reklamar eċċ?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-attivitajiet kollha tal-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku li jammontaw għal 22 avveniment swew €283,231.97. L-attivitajiet li ġew organizzati saru b’konformità sħiħa mad-direttivi maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa. Il-preparamenti loġistiċi li saru ippermettew lid-delegati kollha biex sew jekk fiżikament preżenti, u sew jekk online, isegwu u jipparteċipaw fid-diskussjonijiet mingħajr ebda xkiel. Fil-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku ġiet diskussa strateġija ġdida ta’ 5 snin. Il-ħlas lill-kelliema barra mis-Servizz Pubbliku li taw il-kontribut tagħhom fid-diskussjonijiet kien jinkludi preżentazzjoni fil-plenarja, tmexxija ta’ masterclasses u riċerka.
Leg 13 PQ #21662 Sitting 473 2021-06-14 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku – lista ta’ kuntratti

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tal-kuntratti li ngħataw in konnessjoni mal-ġimgħa għas-servizz pubbliku tas-sena 2021 u jgħid xi proċedura ntużat sabiex jiġu identifikati l-kuntratturi in kwistjoni?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat illi sabiex intgħażlu l-kuntratturi li taw is-servizz tagħhom fil-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku, inħarġu talbiet għal kwotazzjonijiet kif ukoll espressjoni ta’ interess. L-għażla tas-sit fejn saru l-laqgħat ta’ policies, saret b’mod dirett f’sit li seta’ jilqa’ delegati f’parametri li ngħataw mid-Dipartiment tas-Saħħa. Il-lista ta’ kuntratti tinkludi l-kiri tas-sit, xiri ta’ riklamar, u servizz tekniċi.
Leg 13 PQ #20289 Sitting 472 2021-06-09 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħlas lil ditta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk, mill-2013 sal-lum, x’entità fi ħdanu ħallset lid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew ġietx mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta? Jekk iva, jistax jagħti d-dettalji?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-entitajiet fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru ma taw l-ebda ħlas u ma ntalbux jagħtu xi ħlas għal ebda servizz mid-ditta li d-dettalji dwarha ngħataw separatament.
Leg 13 PQ #20262 Sitting 471 2021-06-08 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tribunal Industrijali – żmien medju ta’ kemm idum każ

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18662 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid dwar it-tul ta’ żmien medju li każ quddiem it-Tribunal Industrijali jdum, minn meta jidħol ir-rikors sad-deċiżjoni finali?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #20263 Sitting 471 2021-06-08 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tribunal Industrijali – każijiet pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18661 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Konxju tal-fatt li kull każ hu differenti u li kull każ għandu jiġi deċiż b’mod indipendenti u ħieles minn indħil estern, għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ hemm pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali u minn dawn kemm hemm differiti għad-deċiżjoni u kemm ilhom hekk differiti

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #20268 Sitting 471 2021-06-08 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Diverġenzi fid-deċiżjonijiet għall-kumpens

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18664 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u ċjoè: tenut kont tad-diverġenzi fid-deċiżjonijiet għal dak li jirrigwarda l-quantum ta’ kumpens li jingħata, jinforma lill-Kamra jekk hemmx ħsieb li jiġu mfassla linji gwida f’dan ir-rigward?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #21501 Sitting 468 2021-06-01 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — karozzi mixtrija/mikrija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra bid-ditta u mudell tal-karozza/i ministerjali li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu, inkluż tas-segretarju parlamentari fejn hu l-każ, jekk hux mixtrija jew mikrija, u jgħid kemm swiet biex inxtrat jew kemm qiegħda tinkera jekk mikrija?

Response (ABELA, ROBERT)

Il-Prim Ministru għandu karozza BMW 530E iPerformance fejn infurmat li hija mikrija b’€13,200 fis-sena (VAT eskluża) u karozza Range Rover Evoque li infurmat li nxtrat €42,664(VAT eskluża). Ninsab ukoll infurmat li s-Segretarju Parlamentari għal-Fondi Ewropej għandu karozza Mercedes E 220D li hija mikrija b’€12,775 fis-sena( VAT eskluża).
Leg 13 PQ #21322 Sitting 467 2021-05-31 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xogħol illegali f’Kemmuna – investigazzjoni tal-Ombudsman – passi kontra uffiċjali

Question

B’referenza għad-dokument b’rabta mal-investigazzjoni li għamel l-Ombudsman fuq xogħol illegali li sar fuq Kemmuna u li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, u li kopja tiegħu ntbagħtet dirett lill-Prim Ministru, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’passi ser jieħu fil-konfront tal-uffiċjali responsabbli fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar li naqsu li jieħdu r-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman liema nuqqas ta’ azzjoni fissret ksur ta’ liġi u ħsara irreparabbli fuq dan is-sit protett (Natura 2000)? Jista’ jgħid ukoll min ser jerfa r-responsabilità politika għal dan in-nuqqas serju li l-protagonisti f’din il-ħsara kollha mwettqa, kienu entitajiet governattivi?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #21363 Sitting 467 2021-05-31 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarji Permanenti – drittijiet pensjonabbli

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi drittijiet pensjonabbli għandhom is-Segretarji Permanenti u liema hu l-artiklu relevanti tal-liġi illi jipprovdi għal tali pensjoni?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #21450 Sitting 467 2021-05-31 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Vjaġġi ta' trasport ta' ikel u xorb minn Malta lejn il-Libja

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21348 u jagħti rendikont ta' kemm saru vjaġġi ta' trasport ta' ikel u xorb minn Malta lejn il-Libja bħala għajnuna umanitarja għal immigranti maqbuda fil-Libja minn nhar l-1 ta' Marzu 2020 sa nhar it-30 ta' April 2020? Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema data sar kull wieħed minn dawn il-vjaġġi, jgħid l-isem u l-kunjom tal-persuna u/jew tal-kumpanija li ġiet inkarigata biex tikkordina u/jew torganizza kull wieħed minn dawn il-vjaġġi kif ukoll jgħid l-isem ta' kull bastiment li wettaq dawn il-vjaġġi?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #21472 Sitting 467 2021-05-31 Oral · Final From: GLENN BEDINGFIELD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — siġar u pjanti miżrugħa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm inżergħu siġar/pjanti mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet ta’ taħtu, mill-2008 sal-lum?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li fl-2016 , kienu miżrugħa 75 siġra mill- Planning and Priorities Co-ordination Division (PPCD) u fl-2021 kienu miżrugħa 208 siġra mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 13 PQ #21265 Sitting 465 2021-05-25 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — state aid

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm entitajiet fid-dekasteru tiegħu li rċievew state aid?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #21351 Sitting 465 2021-05-25 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għaqdiet Volontarji – ħaddiema mis-settur pubbliku sekondati magħhom

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm għaqdiet volontarji li għandhom sekondati magħhom, ħaddiema mis-settur pubbliku?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #21352 Sitting 465 2021-05-25 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għaqdiet Volontarji li ma jikkwalifikawx biex ikollhom ħaddiema tas-settur pubbliku sekondati magħhom

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi kategorija jew kategoriji ta' għaqdiet volontarji li ma jikkwalifikawx biex ikollhom ħaddiem tas-settur pubbliku sekondat magħhom? F'każ li iva, liema huma dawn il-kategoriji?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.