Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħsibijiet tal-gvern għad-Dipartiment tal-OPU li jinsab fl-Isptar St. Lukes u li jinsab f'post fejn mhux daqstant tajjeb għall-persuni li jkollhom diffikultà serja ta' mobilità?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li hemm pjanijiet sabiex area fl-Isptar ta’ Rijabilitazzjoni Karen Grech tiġi refurbished biex l-Orthotics and Prosthetics Unit tiġi trasferita f’din l-area.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża fid-Dipartiment tal-OPU għal saqajn artificjali mis-sena 2008 s'issa, sena b'sena? Kemm-il sieq saret u kemm kienu l-persuni li bbenefikaw minn dawn? Il-gvern iżomm statistika ta' saqajn li jkunu ordnati privatament minn dawn l-istess persuni u allura li ma jieħdux saqajn provduti mill-gvern? Jista' jghid ukoll kemm huwa l-ħlas għal kull kejl li jittieħed f'dan l-istess dipartiment? Min huwa l-benefiċjarju ta' dan il-ħlas u kemm tħallas fl-istess perjodu hawn fuq imsemmi, sena b'sena? Fl-istess perjodu, sena b'sena, kemm-il żball ittieħed fil-qisien u allura kellhom jerġgħu jittieħdu l-kejl bi ħlas addizzjonali?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara fiex wasal il-każ ta' anzjan, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament li jinsab bla saqajn u mhux l-ewwel darba li jaqa' mis-sodda u huwa applika għall-Bormla Home, Żejtun Home u r-Residenza San Vinċenz de Paule u minħabba l-kondizzjoni tiegħu jixtieq li jidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paule peress li ilu li applika xi ħames snin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-persuna msemmija applikat l-ewwel darba fit-3 ta’ Lulju 2007. Dan il-każ ġie approvat bħala high priority mill-Bord tal-Ammissjoni fit-23 ta’ Awissu 2007. Wara li sar update fl-applikazzjoni ta’ dan il-każ fid-29 ta’ Settembru 2010, reġa’ deher quddiem il-Bord tal-Amissjoni fit-30 ta’ Settembru 2010 u reġa’ ġie approvat bħala high priority. B’hekk dan il-każ ġie mqiegħed fil-lista ta’ stennija tal-high priority.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkonsidra li jinkludi l-mediċina Zebinix mal-lista ta’ mediċini bla ħlas? Jekk iva, meta jaħseb li se tkun disponibbli taħt din l-iskema?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li bħalissa d-Dipartiment ma għandu l-ebda applikazzjoni għal din il-mediċina.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22910, billi l-kirjiet imħallsa għal dawk li huma l-ispazji użati għall-primary health care huma kollha baxxi ħafna, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dawn il-kirjiet jiżdiedu, billi dawn huma proprjetajiet (ħafna minnhom) tal-privat li m'għandhomx jibqgħu jitħallsu dawn it-tip ta' kirjiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — food entitlement
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23600 u 23299 u jgħid kemm hemm impjegati fi ħdan il-ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu li għandhom food entitlement? Jista’ jgħid kemm hu l-budget allokat kull sena u kemm kienet in-nefqa f'dawn l-aħħar tliet snin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23056 u jgħid kemm mietu nies bil-mard tal-kanċer mis-sena 1990 sal-lum u b'liema tip ta' kanċer mietu u minn fejn huma?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-ambulanzi tal-istat li għandu għad-dispożizzjoni l-Isptar Mater Dei? Meta matul is-sena l-oħra kien ġie rappurtat li l-ambulanzi kienu bil-ħsara u minflok bdew jinkrew l-ambulanzi mill-privat, jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-ambulanzi tal-istat humiex jiffunzjonaw sew illum u kemm tħallsu f'kirjiet għall-ambulanzi u għal kemm tul ta' żmien?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jivverifika l-fatt jekk huwiex minnhu li van bil-lifter, li jintuża għan-nies bi bżonnijiet speċjali l-aktar ġewwa l-Isptar San Luqa, huwiex jinkera? Jekk huwa minnu, kemm qed titħallas f'kera għal dan is-servizz u kemm ilu għaddej dan is-servizz?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-manutenzjoni biss, tal-Isptar Mater Dei matul is-sena 2010? Jista' jpoġġi breakdown tal-ispiża fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi n-nefqa tal-manutenzjoni fl-isptarijiet San Luqa, Boffa u San Vincenz de Paule, separatament għas-snin 2007, 2008, 2009 u 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Spatr Mater Dei — kiri ta' apparat lil sptarijiet privati
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk għadhiex il-prattika li sptarijiet/kliniċi privati jikru apparat mediku mingħand l-Istpar Mater Dei? Jekk huwa l-każ, x'effett tħalli fuq iż-żmien li jkollhom jistennew iċ-ċittadini biex jinqdew fil-Mater Dei u b'liema sistema l-Ministru jista' jikkonferma li tali arranġament ma jiżvantaġġax liċ-ċittadin milli jiġi offrut is-servizz fil-ħin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma li għas-servizz klerikali li qed jiġi offrut l-isptar tal-istat, Mater Dei, l-gvern qed iħallas €17,000 f'salarju lil kull wieħed mill-103 mpjegati tal-kumpanija G4S li qed joffru servizz klerikali?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Dipartiment tas-Saħħa — eżerċizzji ta' Production Cost
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tas-Saħħa jagħmilx eżerċizzji tal-production costs bħal per eżempju per patient skont is-servizz/kura diversi li jingħataw tas-saħħa? Jekk isiru dawn l-eżerċizzji, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-workings ta' dawn l-eżerċizzji?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.