Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29958 u ċioe: Billi għadd ta’ pajjiżi jużaw bħala definizzjoni għal dak li jissejjaħ fuel poverty persentaġġ tad-dħul nett tagħhom li jitħallas fuq il-kontijiet tagħhom tal-enerġija, jista' l-Ministru jgħid f’pajjiżna fuq liema persentaġġ tad-dħul medju tal-individwi jiġi kkalkulat dan? Kemm huwa stmat b’mod approssimattiv li hawn familji Maltin li qegħdin isofru minn fuel jew energy povertyperess li f'pajjiżi bħar-Renju Unit il-fuel poverty huwa mifhum li jiġi fis-seħħ meta wieħed iħallas f’kontijiet tad-dawl u ilma flimkien ma' spejjeż oħrajn relatati mal-enerġija 'l fuq minn 10% tad-dħul net tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi hemm total ta’ 5.6% ta’ households li jonfqu aktar minn 10% tad-dħul nett tagħhom fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, u spejjeż oħra relatati mal-enerġija (fuels).
Peress li hemm allegazzjonijiet li qed jinbiegħ xi light heating oil minn Ras Ħanżir, jista' l-Ministru jinvestiga dan il-każ sabiex jiġi determinat jekk dan huwiex isir b'mod illegali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30119 u jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30074 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid f'pajjiżna, kemm kien il-kontribut tal-biedja għall-Prodott Gross Domestiku lokali matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti l-aħħar statistika li għandu f'idejh ta' kemm huwa il-persentagg ta' persuni li jgħixu fil-livell ta' poverta' f'Malta u Għawdex u jaqsamhom zona zona?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25532.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa fuq safar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 29882, 29292 u 28576 u jgħid kemm kienet in-nefqa għas-safar matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011 li saru mill-Ministeru, entitajiet u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għal-line item 0917 taqsima XIV miscellaneous receipts fl-Estimi tal-Budget, jista' l-Ministru jgħid għalxiex inhi attribwita l-qabża ta’ concession fees għal €28 miljun?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — karozzi mikrija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30059 u jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi mikrija li għandu l-Ministeru, dipartimenti, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħtu llum? Kemm hija l-ispiża globali f'ċifra ta' flus li titħallas kull xahar għal dawn il-vetturi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29913 u jgħid jekk wieħed jieħu d-dejn nazzjonali u jżid miegħu d-dejn li għandu l-gvern fil-korporazzjonijiet u entitajiet kollha parastatali b’mod kumulattiv, kemm jammontaw bħala persentaġġ tal-ġid nazzjonali tal-pajjiż?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li għas-sena 2010, id-dejn kumulattiv għas-settur pubbliku, li jinkludi l-gvern ċentrali, entitajiet li jiffurmaw parti mil-gvern, kunsilli lokali u korporazzjonijiet pubbliċi, bħala persentaġġ tal-ġid nazzjonali tal-pajjiż huwa ta’ 86.6%.
studji li waslu biex Malta għandha l-għola ekonomija sewda
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29914 u jgħarraf lill-Kamra, u jekk huwa possibbli jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ukoll, analiżi u/jew studji li setgħu saru min-naħa tal-gvern u/jew minn xi konsulenti mqabbdin minnu flimkien ma' entitajiet oħrajn parastatali li setgħu ġew imqabbdin biex janalizzaw il-fatturi ewlenin li wasslu biex pajjiżna għandu waħda mill-ogħla ekonomiji sewda fl-Unjoni Ewropea bħalissa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern innota r-rapport tal-Kummisjoni Ewropea “Tax reforms in Member States”. Minn dan joħroġ li r-raġunijiet għaliex teżisti l-ekonomija sewda huma varji u ħafna drabi din tiġri minħabba fatturi istituzzjonali u kulturali, fatturi ekonomiċi u modi kif partijiet mis-soċjeta jkunu mdorrija jmexxu u jagħmlu il-kummerċ.
Minn naħa tiegħu l-Gvern jinsab determinat li jkompli jwettaq miżuri li b’mod gradwali jnnaqqsu l-evażjoni ta’ taxxa. Infakkar li f’dawn l-aħħar snin il-Gvern dejjem sostna dan l-isforz tiegħu fil-prattika billi daħħal u ħaddem miżuri u skemi li jkomplu jgħinu biex l-ekonomija s-sewda tinkixef u tingħaqad mal-ekonomija formali.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament ilu jirċievi ċekk tal-pensjoni ta' €104.07 għal dawn l-aħħar 25 sena meta skont riċerki li saru ġie verifikat li huwa intitolat għal aktar? Jista' jgħid għaliex wara żewġ ittri li ntbagħtu lid-Dipartiment tat-Teżor għadu bla risposta?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 29939.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament liema huma l-films li se jinħadmu f'Malta fil-futur immedjat u liema huma dawk il-films li qed isiru l-aħħar diskussjonijiet biex jibdew jinħadmu f'Malta b'mod imminenti? Min huma d-djar tal-produzzjonijiet relattivi u x'budget hemm attached ma' dawn il-films?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi dixxiplinarji beħsiebu jesiġi li jittieħdu fil-konfront taċ-Chairman tal-Gozo Channel, Joseph Grech minħabba l-arroganza li wera meta nsista li vapur li kien diġà telaq mill-Port tal-Imġarr, Għawdex, idur lura għalih biex hu u martu ma jaslux tard għal ikla li kellhom Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-istqarrija maħruġa fil-21 ta’ Novembru 2011, u li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
esproprijazzjoni b’xiri assolut tal-art f'Birkirkara/San Ġwann
Question
Jista' l-Ministru jispeċifika x’kien l-iskop pubbliku skont id-dispożizzjonijiet tal-Ordinanza dwar l-Akwist ta’Artijiet għal skopijiet pubbliċi (Kap 88) wara l-esproprijazzjoni b’xiri assolut tal-art f'Birkirkara/San Ġwann tal-kejl ta’ madwar 9,295 metru kwadru, li tmiss mil-Lbiċ u mill-Grigal ma' triq pubblika mill-Majjistral ma' proprjetà tal-Kapitolu tal-Katidral tal-Imdina jew irjieħ veruli , kif dikjarata mill-President ta’ Malta fit-8 ta’ Gunju 1990, li ġiet pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern numru 18,809? Kemm swiet l-ispiża globali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Żieda fil-poverty line kieku s-servizzi soċjali kellhom jitneħħew
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju ta' kif u kemm kien ikun hemm iktar nies fil-poverty line f'Malta u Għawdex kieku s-servizz l-benefiċċji socjali kellhom jitneħħew?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi sar studju fuq id-Dħul u l-Kundizzjonijiet tal-Għixien (survey on Income and Living Conditions - SILC) fl-2009. Il-metodoloġija użata mill-NSO issegwi r-regoli tal-Eurostat.
Jista' l-Ministru jagħti l-aħħar statistika li għandu f'idejħ ta' kemm hawn anzjani li għandhom 'il fuq minn 60 sena u li huma fir-riskju tal-faqar f'Malta u Għawdex u jaqsamhom zona zona?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti l-aħħar statistika li għandu f'idejh ta' kemm hawn tfal li għandhom bejn 0 u 18-il sena u li huma fir-riskju tal-faqar f'Malta u Għawdex u jaqsamhom zona zona?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Xogħlijiet lill-kumpaniji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari W431 u ċioe: jgħid fil-każ ta' kull kumpanija li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, kemm ingħatat xogħol mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu mill-2004 sal-lum? F'kull każ, jista' jgħid kemm huwa l-valur involut? Jista' jgħid jekk hux kuntratt jew direct orders? Meta ngħata?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari W347 u ċioe: jgħid kemm ingħataw direct orders mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru lill-PriceWaterhouseCoopers mill-2008 'l hawn? Għal liema xogħlijiet ingħataw? Kemm kienu l-valuri ta' kull xogħol?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari W350 u ċioe: jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan t’azzjoni dwar it-titjib fl-effiċjenza li kellu jitħejja minn kull dipartiment u entità pubblika u jindika liema huma dawk id-dipartimenti u/jew entitajiet pubbliċi li tejbu l-effiċjenza tagħhom bi tnejn fil-mija (2%) jew aktar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Financial Management and Monitoring Unit ġie inkarigat bir-responsabbilita’ li jikkoordina l-implimentazzjoni ta’ din il-miżura.
Il-proċedura segwita kienet kif ġej:
1. Ħruġ ta’ ċirkolari;
2. Is-sottomissjonijiet ġew miġbura;
3. Is-sottomissjonijiet ġew riveduti;
4. Issejħet laqgħa mas-Segretarju Permanenti MFEI li ġiet segwita b’laqgħat mad-DCSs ta’ kull ministeru rispettiv;
5. Kull DCS ġie mitlub li jsegwi kull sottomissjoni pendenti jew kull sottomissjoni li ma kienetx titqies adekwata. Ġew ukoll informati dwar id-
deadlines
rispettivi;
6. Segwejna ma kull Segretarju Permanenti rispettiv kull sottomissjoni pendenti jew kull sottomissjoni li ma kinitx titqies adekwata u li ma kinitx għada ġiet riveduta;
7. Wara li nġabret l-informazzjoni, kull ministeru/entita’ ġie/ġiet mitluba tibgħat rapport kull tlett xhur bil-progress li jkun qed issir fl-implimentazzjoni tal-mizuri proposti.
Fil-każ tal-Ministeri, ġew indirizzati :- Tnejn fil-mija tal-Ispejjeż Operattivi u ta’ Manutenzjoni (
Operational & Maintenance Costs
), filwaqt li fil-każ tal-entitajiet ġew indirizzati tnejn fil-mija tas-sovvenzjoni li jieħdu mingħand il-Gvern. Għal dawk l-entitajiet li ma jirċievux sovvenzjoni, t-tnejn fil-mija ġiet ikkalkulata fuq l-ispejjeż Operattivi tagħhom.
Dan il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-miżuri proposti għal aktar effiċjenza huwa proċess li qed issir kontinwament u li r-riżultat aħħari tiegħu (i.e. jekk intlaħqux il-miri) jkun rifless fis-sottomissjoni li kull dipartiment/entita’ trid tagħmel f’Jannar tal-2012, li tkun tirrifletti r-riżultati milħuqa għall-2011.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-entitajiet u Ministeri li ndirizzaw din l-inizjattiva.