studenti tal-primarja li mhux se jagħmlu eżamijiet
Question
Peress li fl-aħħar ta' din is-sena skolastika l-istudenti tal-aħħar sena tal-primarja mhux se jagħmlu l-eżami tal-Junior Lyceum, tista' l-Ministru tgħid x'eżamijiet jew sistema ta' assessjar se tiġi użata u f'liema suġġetti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kif imħabbar fid-dokument tar-riforma l-eżami fl-aħħar tas-sitt sena primarja minflok eżami kompetittiv se jkun eżami li jservi ta’ “benchmark”, li juri fejn ikun wasal/tkun waslet kull student/a.
Dan ifisser bidla sħiħa fil-mentalità u għalhekk ukoll fil-forma tal-assessjar. Wieħed ma jridx jinsa li għal dan l-eżami se joqogħdu l-istudenti kollha ta’ l-iskejjel tal-istat, u mhux biss dawk li jixtiequ, u hemm ħidma sħiħa għaddejja biex għal dan il-
benchmarking
jidħlu wkoll l-iskejjel li mhumiex tal-istat.
Tibdil sostanzjali se jidher fil-karti tal-Malti u tal-Ingliż, fejn l-assessjar se jsir fuq l-erba’ ħiliet ewlenin u mhux fuq tnejn biss: is-smiegħ, it-taħdit, taħdit il-fehem, u l-kitba. Il-ġenituri se jingħataw rendikont tal-ħiliet miksuba mit-tfal tagħhom f’dawn l-oqsma separatament fiż-żewġ lingwi.
It-tħejjijiet għal din il-bidla ilhom li bdew mis-sena li għaddiet fejn l-għalliema ngħataw u se jkomplu jingħataw taħriġ intensiv fuq il-ħiliet tal-orali kif ukoll fuq l-assessjar tal-orali. Saru u għadhom isiru lezzjonijiet mudell fil-klassijiet tal-għalliema stess. L-għalliema fil-livelli l-oħra u fl-iskejjel l-oħra se jiġu mħarrġa l-istess mod.
Fil-każ tal-Matematika, parti mill-assessjar se jkun fuq “mental”, fejn l-istudenti jaħdmu dak li jiġi mitlub minnhom f’moħħhom. Din hija prattika li ilha inkluża fis-sillabu u mhux ġdida fil-klassijiet.
Qegħdin jiġu mħejjija mudelli, minn timijiet ta’ għalliema stess, ta’ kif ikun l-assessjar. Diġà tpoġġa “
Handbook
” għall-eżamijiet orali fuq l-
Internet
u l-għalliema ġew mgħarrfa b’dan. Sa l-aħħar ta’ dan it-term ikunu ffinalizzati u f’idejn l-għalliema, il-mudelli kollha tal-assessjar għal dan l-eżami l-ġdid. Dan ifisser illi jkun hemm żmien biżżejjed biex l-istudenti jiġu ffamiljarizzati mal-forma tal-assessjar li se jkollhom.
Il-Kapijiet tal-iskejjel huma nfurmati bil-proċess.
skola Primarja tal-Fgura — studenti tal-aħħar sena
Question
Tista' l-Ministru tgħid l-istudenti subien tal-aħħar sena tal-iskola Primarja tal-Fgura f'liema skola sekondarja se jmorru fis-sena skolastika li jmiss?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-subien tal-Year 6 tal-iskola tal-Fgura s-sena d-dieħla se jmorru fl-iskola sekondarja subien, Kulleġġ San Tumas More fil-Ħamrun.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema korsijiet li kienu offruti għall-ewwel darba din is-sena fl-Unveristà ta' Malta, kemm fil-livell ta' final degree, kif ukoll fil-livell ta' Masters jew Phd bdew? Kemm hu n-numru ta' studenti f'kull kors li bdew dawn il-korsijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi arranġamenti biex ordnijiet reliġjużi, minflok iħallsu l-bolla tas-sigurtà soċjali għall-membri kollha, l-ordni tħallas għal numru maqbul ta' membri ta' dik l-ordni? Jekk iva, f'każ li membru tal-ordni jispiċċa minn dik l-ordni, xi drittijiet ikollu f'dak li jikkonċerna pensjoni jew ħlasijiet oħra li joħorġu mill-ħlas tal-bolla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ma għandux arranġamenti ma’ ordnijiet reliġjużi sabiex isir ħlas ta’ kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali għal numru maqbul ta’ membri biss minflok għal-membri kollha tal-ordni kkonċernata.
Inżid ukoll li minħabba li l-Kummissarju tat-Taxxi Interni għandu r-responsabilta li jiġbor u jinforza il-ħlas tal-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali, nistieden lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi ukoll sabiex issir verifika jekk hemmx xi arranġament mal-Kummissarju tat-Taxxi Interni.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn persuni ta' nazzjonalità barranija (barra mill-Unjoni Ewropea) u dawk li huma ċittadini tal-Unjoni Ewropea jirreġistraw għax-xogħol illum u ta' liema nazzjonalità huma?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kapijiet ta' skejjel — nuqqas ta' appoġġ amministrattiv u klerikali
Question
Tista' l-Ministru tgħid jistgħux jittieħdu passi biex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni li qed isibu ruħhom fiha ħafna kapijiet li minħabba nuqqas ta' appoġġ amministrattiv u klerikali qed jispiċċaw jagħmlu ħafna ħin jagħmlu xogħol klerikali u mhux qed isibu ħin biex ikunu mexxejja edukattivi tal-iskejjel tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-iskejjel primarji, sekondarji, post-sekondarji u speċjali tal-istat hemm numru ta’ segretarji, skrivani
full-time
u anke
part-time
sabiex jgħinu lill-Kapijiet tal-iskejjel fix-xogħol amministrattivi u klerikali. Dawn jiġu assenjati fuq il-bażi ta’ kemm hemm studenti jattendu f’kull skola partikolari.
Tista' l-Ministru tgħid jistgħux jittieħdu passi biex il-budget għall-manutenzjoni tal-iskejjel jinħadem fuq il-bżonnijiet individwali tagħhom u mhux sempliċiment skont il-kwantità tal-istudenti li jmorru fihom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Filwaqt li l-allokazzjoniji ta’ fondi lill-iskejjel li jamministraw il-kapitjiet għall-manutenzjoni isiru skont in-numru ta’ studenti, dan jirrefri biss għal nefqiet ta’ natura minuri u medja; jingħataw fondi oħra meta xi skola tiffaċċja xi nefqa mhix rikorrenti. Nefqiet kapitali dwar manutenzjoni maġġuri jsiru skont prijorità ta’ ħtiġijiet tal-iskejjel ikkunsidrati b’mod individwali, u mhux skont in-numru ta’ studenti li jmorru fihom.
Peress li fil-5 ta' Jannar 2008 kien tħabbar li l-kurrikulu nazzjonali l-ġdid kellu jkun lest sas-sena 2009, tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol fuqu? Kemm hu ppjanat li ddum il-konsultazzjoni fuqu? Meta hu maħsub li jidħol fl-iskejjel? Flimkien ma' kurrikulu nazzjonali ġdid, x'xogħol qed isir biex is-sillabi jirriflettu l-kurrikulu l-ġdid u jitnaqqsu biex ikollna edukazzjoni iżjed effettiva fl-iskejjel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-
draft National Curriculum Framework
tlesta u huwa ppjanat li dalwaqt joħroġ għall-konsultazzjoni pubblika. Dan l-eżerċizzju hu maħsub li jieħu numru ta’ xhur.
Hu maħsub ukoll li l-kurrikulu jidħol fis-seħħ fl-iskejjel wara li l-proċess ta’ konsultazzjoni jkun finalizzat.
Meta dan il-kurrikulu jidħol fis-seħħ jinkitbu sillabi ġodda biex jirriflettu l-qafas tal-kurrikulu l-ġdid.
Tista' l-Ministru tgħid kif inhu ppjanat li jaħdmu l-iskejjel sekondarji meta se jkollhom ġo fihom tfal li s'issa kienu jintgħażlu għall-Junior Lyceum u l-oħrajn li kienu jintgħażlu għall-iskejjel sekondarji? Kif se jitqassmu t-tfal fi skejjel differenti, x'livelli differenti ta' abbiltajiet se jitqassmu f'kull klassi? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjan li hemm f'dan il-qasam?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tibdil jikkonċerna biss lill-istudenti li deħlin fl-ewwel sena tal-edukazzjoni sekondarja fis-sena 2011-12. F’kull Kulleġġ, dawn l-istudenti issa se jibdew jattendu żewġ skejjel sekondarji, s-subien fi skola u l-bniet f’oħra.
Dwar l-istudenti li fis-sena skolastika 2011-12 ikunu qegħdin bejn it-tieni u l-ħames sena tal-iskola sekondarja, il-proċess tat-transizzjoni jitlob li dawn jibqgħu bl-istess tqassim u fl-istess skejjel li għandhom fil-preżent.
L-istudenti l-ġodda se jitqassmu fi gruppi skond l-għażla tas-suġġetti (
option subjects
) li jagħmlu fl-aħħar sena tal-Primarja.
F’dan it-tqassim jidħlu kunsiderazzjonijiet oħra, fosthom:
§ il-ħiliet varji tal-istudenti;
§ il-kunċett tal-inklużjoni;
§ il-bilanċ demografiku fi ħdan il-klassijiet; u
§ il-limitazzjonijiet marbutin mal-loġistika tat-tfassil tat-
timetable
.
Minbarra dan it-tqassim fil-
home classes
, se titkompla s-sistema tas-
setting
fis-suġġetti tal-Malti, l-Ingliż u l-Matematika.
Qiegħda inpoġġi informazzjoni relevanti fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid b'liema razzjonal jimxi biha l-istat meta jkollok raġel li għamel 25 sena fis-servizz u jkun qed jieħu il-pensjoni tal-pulizija u dan imut? Meta dan jiġi nieqes il-mara tiegħu ma tibqax tieħu il-pensjoni tal-pulizija imma tieħu biss il-pensjoni tar-romol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, f’dan il-każ il-Ministru tal-Finanzi l-Ekonomija u Investiment.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-proċedura meta ikollok mara li tkun ħadmet għal 20 sena u tkun miżżewġa raġel li jkun ħadem ghal 40 sena u meta dawn iż-żewġ persuni jaqbżu l-età tal-irtirar it-tnejn li huma jkunu qed jieħdu l-pensjoni tagħhom għax-xogħol li jkunu għamlu u l-bolol li jkunu ħallsu? Għaliex fil-kas tal-mara ma jibqgħux jgħoddu il-bolol li tkun ħallset hi meta jiġi nieqes ir-ragel tagħha u hija tispiċċa tieħu pensjoni tar-romol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor interpellant li l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali jistipula li ma tistax titħallas iżjed minn pensjoni kontributorja waħda lill-istess persuna. Għaldaqstant fil-każ ta’ mara li tormol u li tkun qegħda tirċievi l-pensjoni kontributorja għal min jirtira f’isimha, titlef id-dritt għal din l-pensjoni kontributorja għal min jirtira jekk il-pensjoni għar-romol tkun aktar vantaġġjuża.
gradwati Maltin — scholarships fil-qasam tat-trasport u infrastruttura
Question
Tista' l-Ministru, flimkien mal-Ministeru responsabbli minn Transport Malta, tara jekk hux possibli li jingħataw scholarships għal gradwati Maltin li jippruvaw ikomplu l-istudji tagħhom f'livell ta' Masters jew Dottorat, fid-diversi aspetti li huma marbutin mat-trasport u l-infrastruttura?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Taħt l-iskemi Strategic Educational Pathways Scholarships
(STEPS) kif ukoll taħt l-iskema Malta Government Scholarship Scheme
(MGSS) jistgħu jingħataw boroż ta’ studju fl-oqsma tat-trasport u l-infrastruttura.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hi miftuħa l-iskema STEPS u din tagħlaq fis-17 ta’ Jannar 2011. Ir-Regolamenti u l-formola tal-applikazzjoni tinstab fuq il-websajt www.education.gov.mt.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu, f'kull waħda mill-iskejjel primarji tal-gvern tas-7, 9, 11 u 12-il distrett, in-numru ta' Learning Support Assistants li jaqdu d-doveri tagħhom f'dawn l-iskejjel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' għalliema studenti li bħalissa qed jistudjaw fl-Università ta' Malta u li qed jistudjaw għal dawk li huma studenti għal-livell sekondarju li qed jistudjaw suġġetti tax-xjenza? F'kull każ, suġġett suġġett, f'liema snin tal-kors jinsabu dawn l-istudenti? Kemm minnhom huma tfajliet u kemm minnhom huma ġuvintur?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid xi programmi konkreti jeżistu fil-qasam edukattiv biex jilħqu lil dawk it-tfal li 22% minnhom jinsabu f'riskju ta' faqar jew fil-faqar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hija meqjusa li hija r-rata ta' assenteiżmu tal-istudenti tagħna fil-livell primarju u sekondarju u x'inizjattivi qed jittieħdu biex jikkumbattu dan l-assenteiżmu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li l-iskejjel primarji jingħataw biżżejjed riżorsi umani biex l-għalliema jibda jkollhom ċans joħorġu mill-klassijiet u jiltaqgħu u jiddiskutu u jfasslu l-iżvilupp kurrikulari u jsegwu esperjenzi ta' żvilupp professjonali biex jiksbu l-ħiliet li għandhom bżonn fir-realtà tal-lum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Dipartiment tal-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani b’kordinazzjoni mad-Dipartiment tal-Kurrikulu jibgħat għalliema peripatetiċi fl-iskejjel. Waqt li dawn ikunu qed jaqdu dmirijiethom fil-klassijiet Primarji, l-għalliema tal-klassijiet rispettivi jkunu jistgħu jiltaqgħu biex jaħdmu fuq l-iżvilupp kurrikulari.