Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #8332 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: ANGLU FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Protezzjoni Ċivili — protective clothing second hand

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux vera li l-membri tal-Protezzjoni Ċivili qed jingħataw protective clothing second hand bħal helmets, boots, u lbies protettiv? Jaħseb li dan m'għandux isir?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi kull meta tinstab okkażjoni fejn ilbies protettiv li jkun surplus jew ftit użat f’pajjiżi barranin u li, skont esperti kemm barranin kif ukoll lokali, ikun għadu fi stat tajjeb li jintuza, dan jinxtara bi prezz ridott. Huwa magħruf li din il-proċedura ssir minn diversi entitajiet oħra barranin u s’issa qatt ma taw riżultati negattivi.
Leg 11 PQ #8099 Sitting 107 2009-04-30 Oral · Final From: ANGLU FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Gudikanti li siefru fuq xogħol uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-ġudikanti li siefru fuq xogħol uffiċjali tul dawn l-aħħat tliet snin u fuq liema raġuni kull wieħed u waħda minnhom siefru fuq dan ix-xogħol uffiċjali?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #7667 Sitting 106 2009-04-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — kummisjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kummisjonijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni kellha diversi laqgħat matul l-ewwel tlett xhur ta' din is-sena, filwaqt li s'issa l-Kummissjoni Manifattura u Ħażna ta' Splussivi għadha ma ltaqatx.
Leg 11 PQ #7997 Sitting 106 2009-04-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Bormla, Birgu, Isla, Kalkara, Xgħajra, Fgura u Żabbar — citazzjonijet fuq kontravenzjonijiet tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru citazzjonijet fuq kontravenzjonijiet tat-traffiku minn Jannar 2009 sal-lum f'Bormla, Birgu, Isla, Kalkara, Xgħajra, Fgura u Żabbar? Jista' jgħid x'tip ta' kontravenzjonijiet kienu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar u t-22 ta’ April tal-2009 kien hemm 1,101 kontravvenzjonijiet tat-traffiku rrapurtati mill-Pulizija fil-lokalitajiet msemmija mill-Onorevoli Interpellant. Fost il-kontravvenzjonijiet kien hemm nuqqas ta’ lbies ta’ seatbelt, ipparkjar ipprojbiti mil-Liġi, liċenzji mhux imwaħħla mal-windscreen, sewqan fuq il-linji, u diversi oħrajn.
Leg 11 PQ #8040 Sitting 106 2009-04-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

armi reġistarti u liċenzjati mill-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm armi reġistrati u b’hekk liċenzjati mill-pulizija? X’tip ta’armi kienu prinċiparjament? Kemm minnhom huma armi ornamentali? Kemm kien hemm armi li ġew liċenzjati fl-2008 u fl-ewwel tliet xhur ta’din is-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Intepellant għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8041 Sitting 106 2009-04-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

liċenżiji biex jinġarru armi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minbarra l-pulizija u l-armata, minn huwa liċenzjat li jġorr xi arma? Jingħataw liċenzji għal persuni biex dawn ikunu jistgħu jġorru arma fuqhom? Jekk iva, kemm hemm nies liċenzjati biex jagħmlu dan?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-liċenzji għal ġarr ta' armi f'pajjiżna jingħataw biss għal skopijiet partikolari, kif imsemmija hawn taħt. L-għoti ta' dawn il-liċenzji isir skont l-Att Dwar l-Armi, Kap 480 tal-Liġijiet ta' Malta. Infurmat ukoll illi preżentement in-numru ta' persuni li huma liċenzjati sabiex iġorru armi huwa kif ġej:- Ġarr ta' harpoon għas-sajd 1010 persuna Ġarr ta' arma tan-nar għall-kaċċa fuq l-art 7364 persuna Ġarr ta' arma tan-nar minn fuq qoxra tal-baħar 154 persuna Ġarr ta' arma tan-nar għall-kaċċa tal-fenek 1483 persuna Ġarr ta' arma tan-nar għal target shooter licence A 611 persuna Ġarr ta' arma tan-nar għal target shooter licence B 2001 persuna
Leg 11 PQ #8042 Sitting 106 2009-04-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kaċċaturi liċenzjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kaċċaturi li huma liċenzjati bħalissa? Kemm kien hemm liċenzji ġodda li ngħataw matul l-2008 u fl-ewwel tliet xhur tas-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L--informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif ġejja:- Tip ta' Liċenzja Armi Liċenzjati fil-preżent Liċenzji Ġodda matul l-2008 Liċenzji Ġodda matul l-ewwel 3 xhur l-2009 Arma tan-nar għall-kaċċa minn fuq l-art 7364 171 35 Arma tan-nar minn fuq qoxra tal-baħar 154 17 12 Arma tan-nar għall-kaċċa tal-fenek 1483 242 29
Leg 11 PQ #7658 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — kumitati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kumitati li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Kumitati li ltaqgħu matul l-ewwel tlett xhur ta' din is-sena huma dawn: - Il-Kumitat dwar is-Sigurta' fl-Avjazzjoni Il-Kumitat għat-Tismija tat-Toroq, Malta u Għawdex Il-Kunsill dwar il-Protezzjoni Ċivili Il-Kumitat dwar l-Isplussivi Infurmat ukoll illi l-Kumitat Xjentifiku tal-Protezzjoni Ċivili ma ltaqax matul dan il-perjodu.
Leg 11 PQ #7928 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kordin — Protezzjoni Ċivili - ilment fuq il-Wages section

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex il-Protezzjoni Ċivili Kordin, il-ħaddiema qed jilmentaw mill-Wages Section li danger money ma nħarġulhomx kollu u l-overtime qed jitħallas b'lura? Jista' jara li tiġi irrimedjata din is-sitwazzjoni?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-membri tal-Protezzjoni Ċivili ma jirċevux xi tip allowances li jkopru l-perikli li jiffaċċjaw matul il-ħidma tagħhom. Rigward l-overtime, infurmat li dan dejjem jitħallas b'lura, pero` isir kull sforz sabiex il-ħlas dovut jingħata fi żmien massimu ta' xahrejn minn meta jkun inħadem.
Leg 11 PQ #7544 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Żgħażagħ li jinqabdu taħt l-età — postijiet ta' divertiment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Jannar 2009 kemm inqabdu żgħażagħ taħt l-età jixorbu l-alkohol jew kienu f’postijiet ta’ divertiment? F’liema lokalitajiet? X’passi ttieħdu? Fl-istess żmien kemm inqabdu żgħażagħ taħt l-età jixtru sigaretti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel tlett xhur tal-2009 kien hemm 81 persuna taħt is-sittax il-sena li nstabu mill-Pulizija ġewwa postijiet ta' divertiment f'San Ġiljan u fir-Rabat, Għawdex. B'riżultat ta' dan, il-Pulizija qed tieħu passi quddiem il-Qorti kontra 58 persuna responsabbli mill-postijiet ta' divertiment fejn instabu dawn iż-żgħażagħ. Filwaqt li matul l-istess perjodu ma kien hemm l-ebda persuna taħt l-eta` li nstabet tikkonsma l-alkoħol, kien hemm każ wieħed ġewwa Ħal Qormi fejn persuna taħt l-eta` instabet tixtri s-sigaretti. Dan il-każ inbdew proċeduri kontra l-bejjiegħ.
Leg 11 PQ #7652 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma il-bordijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #7779 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Servizzi ta' l-emerġenza

Question

Stante li s-servizzi tal-emerġenza ta' Malta huma magħmulin mill- a) Pulizija b) Protezzjoni ċivili ċ) Health d) Armata li però għandhom operator wieħed tas-servizz telefoniku tal-112 u stante li l-operator huwa l-Korp tal-Pulizija u s-servizz huwa bbazat id-depot, jista' l-Ministru jgħid: 1) X'tip ta' teknoloġija teżisti għall-entitajiet konċernati sabiex titħaddem il-linja tal-emerġenza 112? 2) X'tip ta' teknoloġija teżisti sabiex jintagħraf in-numru ta' min qed iċempel għall-emerġenza u l-post li jkun jinsab fih? ( caller line id, u caller location id) 3) X'tip ta' teknoloġija teżisti sabiex l-entitajiet tal-emerġenza jitkellmu bejniethom waqt li jkunu fuq xi sit ta' inċident? 4) X'tip ta' teknoloġija teżisti sabiex ikunu identifikati l-eqreb servizzi ta' emerġenza għal xi inċident? 5) X'jiġri meta ċittadin iċempel fuq il-linja tal-emerġenza u tkun okkupata? 6) X'inhi l-istatistika ta' telefonati ta' emerġenza (imwieġba u mhux) għal din l-aħħar sena? 7) Kif inhu adattat is-servizz telefoniku tal-emerġenza għal persuni b'diżabbilità? 8) X'inhu l-inqas numru ta' operaturi li jitħallew mal-linja tal-112? 9) Jeżisti taħriġ professjonali għall-operaturi li jwieġbu dawn it-telefonati ta' emerġenza? 10) Liema lingwi jitħaddmu mill-operaturi f'kas ta' telefonati minn persuni barranin f'pajjiżna?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u għalhekk tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7846 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Bugibba, San Pawl il-Baħar u l-Qawra — inċidenti bejn residenti u immigranti irregolari

Question

Jista' l-Ministru jara li kemm jista' jkun malajr jibda jkun hemm solveljanza aktar spissa min-naħa tal-Pulizija fl-inħawi ta' Bugibba, San Pawl il-Baħar u l-Qawra, qabel ma jinqalgħu xi inċidenti serji minħabba l-preżenza ta' dawk li r-residenti qed iqisu bħala immigranti irregolari, li ġew joqogħdu fl-inħawi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija tagħmel ronda fuq bażi regolari f'diversi lokalitajiet, inklużi dawk imsemmija mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern -energy efficiency audits

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux energy efficiency audits fil-bini ta' uffiċini tad-dipartimenti/awtoritajiet li jaqgħu fir-responsabilità tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi sallum għadhom ma sarux energy efficiency audits fil-bini ta' uffiċini tad-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru.
Leg 11 PQ #7907 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Community Work

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw sentenzi ta' community work? Kemm hemm persuni addetti biex jagħmlu xogħol ta' community work?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi s'issa ingħataw 38 Ordni ta’ Xogħol fil-Komunita`, b’total ta’ 4110 siegħat. Infurmat ukoll illi bħalissa hemm 12-il persuna li qed iservu s-sentenza tagħhom.
Leg 11 PQ #7908 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Gazzetta tal-Gvern — pubblikazzjoni ta' għoti ta' isem lil triq/toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta kienet l-aħħar pubblikazzjoni ta' għoti ta' isem lil triq/toroq fil-Gazzetta tal-Gvern? Kemm hemm toroq jistennew l-applikazzjoni tal-Ministru għal dan il-għan u liema huma dawk il-lokalitajiet affettwati?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-aħħar avviż, numru 730, dwar din il-materja ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern kienet dik ta' nhar it-22 ta' Awwissu 2008. Infurmat ukoll illi hemm 10 toroq li qed jistennew l-approvazzjoni. Dawn jinsabu ġewwa Raħal Ġdid, Ħal-Għaxaq, Ħal-Tarxien, l-Iklin, San Pawl il-Baħar, in-Naxxar, San Ġwann, B'Buġa, il-Fgura u B'Kara.
Leg 11 PQ #7956 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Immigranti illegali

Question

Jirriżultalu l-Ministru li t-tfal setgħu ntużaw fuq dgħajjes ta' immigranti illegali biex iservu jew ta' human shield jew biex familji sħaħ ikun mbagħad jistgħu jingħaqdu iktar 'il quddiem?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Rigward l-ewwel parti tad-domanda ninforma lill-Onorevoli Membru illi l-awtoritajiet Maltin għandhom mhux biss ir-responsabbilita', iżda wkoll l-obbligu internazzjonali li jsalvaw u mhux jattakaw dawk id-dgħajjes b'immigranti rregolari li jkunu jinsabu f'diffikulta'. Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li teżisti xi prassi fejn tfal qegħdin jintbagħtu lejn Malta b'mod illegali bil-ħsieb illi jottjenu xi forma ta' protezzjoni internazzjonali sabiex eventwalment ikunu jistgħu jingħaqdu magħhom il-ġenituri tagħhom.
Leg 11 PQ #7958 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

informazzjoni dwar immigranti illegali

Question

Jista' l-Ministru, sa fejn hu possibli, jagħti n-numru ta' persuni barranin miżmuma f'Malta bħala immigranti illegali ( u li ma jaqgħux taħt id-definizjoni ta' refuġjati), nisa u irġiel, etajiet u livell ta' edukazzjoni jew ħiliet li għandhom dawn in-nies?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.

Korp tal-Pulizija — Bandiera nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk nhar il-Erbgħa, 8 ta' April 2009 inħariġtx letter minute interna fi ħdan il-Korp tal-Puluzija bin-numru (a) li qed jidher separatament, bis-suġġett il-bandiera nazzjonali fejn jgħid illi b'referenza għal messaġġ numru (b) li qed jidher separatament, li kien jindika li l-bandiera ta' Malta ma kellix tittella' mezzasta fil-ġranet tal-Ġimgħa l-Kbira? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għal ħrug ta' din l-ordni meta din tmur kontra s-sentiment nazzjonali?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-istruzzjonijiet maħruġa mill-Korp tal-Pulizija fit-8 ta’ April, 2009 dwar it-tlugħ tal-bandiera Maltija dakinhar tal-Ġimgħa l-Kbira u l-għada s-Sibt kienu konformi ma' l-istruzzjonijiet speċifiċi li nħarġu mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru fl-istess data. Infurmat ukoll illi l-istess istruzzjonijiet li ġew mgħoddija lill-Korp kienu japplikaw ukoll għal kull bini pubbliku ieħor kemm f’Malta kif ukoll f'Għawdex.