Legislature:
Category:
Reset
Active:

Raħal Ġdid – Ġnien San Alwigi — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu x-xogħlijiet li għandhom isiru f’Ġnien San Alwiġi, Raħal Ġdid?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Raħal Ġdid illi rigward il-‘Ġnien San Alwiġi’, kien hemm tkomplija tal-proċess mal-awtoritajiet kkonċernati sabiex ikun jista' jsir il-proġett. Infurmat ukoll li qed jitkompla l-proċess tal-preparazzjoni tat-tenders relatat ma' dan il-proġett.

Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali – estensjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4897 u 2382 u ċjoè: Wara dak li ntqal mill-eNGO Flimkien għall-Ambjent Aħjar, u ċjoé li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali qed issir estensjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar u kif ukoll li hemm impjegati mill-istess Awtorità tal-Ippjanar li qed jaħdmu fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, jista’ l-Ministru jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ impjegati tal-Awtorità tal-Ippjanar li qed jaħdmu fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, jekk hemm? Jista’ wkoll: a. jagħti d-data ta’ meta kull persuna daħlet taħdem fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali; b. jindika l-kariga u l-grad li kull persuna kienet tokkupa fl-Awtorità tal-Ippjanar fil-mument li daħlet fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali; c. jindika l-kariga u l-grad li tokkupa fl-Awtorità tal-Ippjanar illum minkejja li taħdem mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali; d. jgħid x’inhi l-kariga u l-grad li daħlet fiha fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali; u e. jgħid x’inhi l-kariga u l-grad li tokkupa llum fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull ftehim jew kuntratt li jirregola l-ingaġġ ta’ dawn l-impjegati?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. interpellanta li attwalment hemm sitt persuni li jinsabu fuq self mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Infurmat li l-kariga u grad okkupati minnhom fi ħdan is-Sovrintendenza hu hekk: • Kurt Farrugia – Unit Head - Planning Consultations Unit (05.11.18 -01.11.2020); Superintendent - Ġie appuntat Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali fit-2 ta’ November 2020 għal perjodu ta’ ħames (5) snin • Jonathan Borg – Unit Head - Heritage Planning, Consultation and Restoration Monitoring Unit • Kevin Borda – Unit Head- National Inventory, Research and Archaeology Unit • Kenneth Cauchi – Senior Executive Officer - Heritage Planning, Consultation and Restoration Monitoring Unit • Mark Cassar – Senior Executive Officer - Heritage Planning, Consultation and Restoration Monitoring Unit • Audrey Camilleri – Executive Office - Superintendent’s Office Intant kopji tal-inkartament rikjest bid-dettalji relattivi qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Marsaskala: Għajnuna lil residenti anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’għajnuna ngħatat lil residenti anzjani minn 60 sena ‘il fuq li joqogħdu Marsaskala mis-sena 2020 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li l-Kunsill approva li jinxtara vann sabiex ikun jistgħu jassistu lil anzjani fil-qadi tagħhom. Infurmat ukoll illi l-proċess tat-tender għadu jinsab fi stadju ta’ aġġudikazzjoni.

Kunsilli Lokali – green soft area projects

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5445 u jgħid kemm kien hemm kunsilli lokali li ħadu sehem fil-programm (proġett) imsejjaħ "Consolidating green soft area project"? Kemm proġetti fil-fatt twettqu u fejn? Kemm kienet in-nefqa involuta f kull każ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali li l-ebda kunsill mhu ingaġġat f’xi skema bl-isem indikat mill-Onor. Interpellanta.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali - persuni li jaħdmu bir-remote working

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, jgħid jekk ħaddiema mas-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ remote working?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli nterpellant illi wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għar-remote working jiġu riveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-Dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali - persuni li jaħdmu bit-teleworking

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, jgħid jekk ħaddiema mas-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ teleworking?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli nterpellant illi wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għat-teleworking jiġu riveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-Dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.

Mużew Marittimu tal-Birgu – ftuħ għall-pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq il-Mużew Marittimu tal-Birgu tul is-sena li għaddiet u jekk kemm-il-darba huwiex reġa' miftuħ għall-pubbliku?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-infiq fuq il-Mużew Marittimu matul is-sena 2022 kien ta’ €2,888,463.74 li tinkludi nefqa kemm rikurrenti kif ukoll kapitali, minn fondi Nazzjonali u fondi tan-Norveġja. Intant infurmat ukoll li l-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-Mużew Marittimu għadu għaddej għalhekk l-imsemmi mużew għadu jinsab magħluq għall-pubbliku.

Ħal Tarxien — Tempji Neolitiċi - viżitaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm viżitaturi fit-Tempji Neolitiċi ta’ Ħal Tarxien possibbilment skont is-sess tagħhom tul is-sena 2022 u kemm kien hemm dħul u nfiq fl-istess?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li filwaqt li Heritage Malta ma żżommx dettalji dwar is-sess tal-viżitaturi, n-numru ta’ viżitaturi li żaru t-Tempji ta’ Ħal Tarxien matul is-sena 2022 kien ta’ 45,340. Infurmat ukoll li d-dħul jammonta għal €202,584.37 filwaqt li l-infiq jammonta għal €62,306.

Kunsilli Lokali — By-laws

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm by-laws ippreżentati mill-kunsilli lokali li għadhom qed jistennew l-approvazzjoni neċessarja sabiex jiġu implimentati fil-lokalità rispettiva? Kemm normalment iddum biex tiġi approvata proposta għal by-law ta’ kunsill lokali wara li l-kunsill lokali jkun lesta l-istess by law?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm tlett (3) proposti ta’ bye-laws illi ġew ippreżentati u li għadhom qed jistennew l-approvazzjoni neċessarja sabiex jidħlu fis-seħħ fil-lokalitajiet rispettivi. Infurmat wkoll li m’hemm l-ebda perjodu ta’ żmien stabbilit bil-liġi li fih trid tiġi finalizzata l-proċedura tal-approvazzjoni, għaldaqstant dan il-perjodu jista jvarja skont in-natura ta’ kull każ. Intant infurmat li l-uniku żmien stabbilit hu dak ta’ tmien ġimgħat minn meta jkun preżentati l-abbozz tal-bye-laws bir-rekwiżiti statutorji u dan sabiex jekk il-Ministru responsabbli mill-Gvern Lokali jiddeċiedi li jipproponi xi emendi għalihom, huwa jgħarraf lill-Kunsill bil-miktub dwar dawk l-emendi kollha.

Kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar — ġbir ta' boroz suwed

Question

Jista’ l-Ministru jagħti taghrif dwar jekk il-Kunsill lokali ta’ San Pawl il-Baħar hux mistenni li jibqa’ jagħmel il-ġabra extra ta' boroz suwed li kien jagħmel wara li l-ġbir tal-borza s-sewda kien naqas għal tliet darbiet fil-ġimgħa, issa li dan il-ġbir naqas għal darbtejn fil-ġimgħa? Kemm kienet l-ispiża għal din il-ġabra extra sakemm damet issir u għal liema perijodu saret?

Response (BONNICI, OWEN)

Gentilment infakkar lill-Onor. Interpellant illi l-ġbir ta’ l-iskart m’għadux fir-responsabilita’ tal-Kunsilli Lokali iżda qieghed issa responsabbilta' tal-Kunsilli Reġjonali, f'dan il-każ il-Kunsill Reġjonali tat-Tramuntana.

Kunsilli Lokali — Segretarji Eżekuttivi u skrivani klerikali nieqsa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx Segretarji Eżekuttivi u skrivani klerikali nieqsa mill-kunsilli lokali u kemm ilhom nieqsa fil-kunsilli kkonċernati?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fil-preżent hemm 13 -il vakanza ta’ Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsilli Lokali u 3 vakanzi ta’ Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsilli Reġjonali. Infurmat ukoll illi bħalissa jinsab fl-istadju ta’ evalwazzjoni l-proċess tal-għażla sabiex jimtlew dawn il-vakanzi. Intant infurmat illi fir-rigward ta’ vakanza ta’ impjegati klerikali, mhux possibli li wieħed jikkwantifika dan minhabba li m’hemmx limitu speċifiku ta’ impjegati li kull Kunsill Lokali jista’ jimpjega.

Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — laqgħat in konnessjoni max-xogħol Ministerjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5174 u jgħid kemm-il darba attenda laqgħat barra minn pajjiżna in konnessjoni max-xogħol Ministerjali tul is-sena li għaddiet? Jista’ jgħid ukoll min akkumpanjah u kemm kienu l-ispejjeż relattivi tal-vjaġġ u l-akkomodazzjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taht: Name of Meeting Dates Delegates Cost of Flight Cost of Accomodation Opening of Malta Stand in the Venice Biennale, in Venice, Italy. *1 19/04/2022 - 22/04/2022 Minister, Permanent Secretary and 1 member of the Secretariat staff €1,002.95 €1,661.00 Conference of the Ministers of Culture of the Euro Mediterranean region culture mini-serial meeting of the EU-southern partnership, in Naples, Italy. 16/06/2022 - 17/06/2022 Minister, Permanent Secretary and 1 member of the secretariat staff. €1,107.00 €450.00 UNESCO World Conference on Culture Policies and Sustainable Development - Mondiacult 2022 in Mexico. *2 26/09/2022 - 02/10/2022 Minister, Permanent Secretary and 1 member of the secretariat staff. €32,790 €3,201.88 Accompanying President George Vella in a State Visit to Estonia 12/09/2022 - 15/09/2022 Minister and Advisor €4,175.00 €1,815.00 Opening of an exhibiton by Maltese artists at the European Parliament - The Aftermath of War, in Brussels, Belgium. 25/10/2022 - 26/10/2022 Minister and 1 member of secretariat staff €2,000.00 €562.64 Council of the European Union - Education, Youth, Culture and Sport, in Brussels, Belgium. 28/11/2022 - 29-11-2022 Minister and 1 member of secretariat staff €1,120.00 €648.24 *1 – Minister and 1 member of the Secretariat staff attended from 21/04/2022 till 22/04/2022 *2 – Minister and 1 member of the Secretariat staff attended from 26/09/2022 till 30/09/2022

Xemxija Heritage Trail – proġetti u investiment

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 4686, 5053 u 5158, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-NGO li hemm referenza għaliha f’dawn il-mistoqsijiet u jwieġeb il-partijiet tal-mistoqsijiet li baqgħu mhux imwieġba? Għaldaqstant jista’ jgħid għal liema NGO qiegħda ssir referenza għaliha, x'assistenza qed tingħata mill-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar, u x'qed jitwettaq mill-istess NGO? Jista' jgħid ukoll kemm ilha mwaqqfa din l-NGO u fejn hi reġistrata?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi fil-preżent il-Kunsill qed jassisti NGO ġdida li twaqqfet minn esperti fil-qasam, biex dan is-sit jingħata l-akbar attenzjoni possibbli, liema NGO hija l-Malta Industrial Heritage Association. Infurmat li f’Dicembru 2022, il-Kunsill għamel l-underground mill għad-dispożizzjoni tal-NGO u dan sabiex, il-membri tal-NGO jkunu jistaw janalizzaw u jiddokumentaw il-mitħna. Domandi marbuta ma’ informazjoni dwar registrazzjoni ta' NGOs ghandhom isiru lill-Ministru koncernat.

Xemxija Heritage Trail – proġetti u investiment

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 4686, 5053 u 5158 jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema xogħol sar kull sena, mill-2019 sal-lum, bħala maintenance tax-Xemxija Heritage Trail u f'kull każ jgħid meta sar dan ix-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li ma nbidel xejn minn dak li kien isir fi żminijiet passati. Infurmat li l-uniku differenza hija, li llum, ix-xogħol meħtieġ qed isir mill-ħaddiema tal-Kunsill filwaqt li qabel kien isir minn persuni b'mod volontarju.

Kunsilli Lokali – green soft area projects

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kunsilli lokali li ħadu sehem fil-programm (proġett) imsejjaħ "Consolidating green soft area project"? Kemm proġetti fil-fatt twettqu u fejn? Kemm kienet in-nefqa involuta f kull każ?

Response (BONNICI, OWEN)

Tlabt sabiex it-taghrif jingabar.

Kunsilli Lokali – ftehim kollettiv ġdid lill-ħaddiema klerikali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsir ftehim kollettiv ġdid lill-ħaddiema klerikali impjegati mal-Kunsilli Lokali, wara li l-ftehim kollettiv preżenti ilu skadut mill-2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari bin-numru 5110.

Belt Valletta — skeda tal-ġbir tal-iskart

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5107, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid għalfejn skont l-iskeda tal-ġbir tal-iskart passati, fil-Belt Valletta kien isir ġbir fil-ħinijiet tas-7 a.m., tas-1 p.m. jew tat-3 p.m., skont it-tip ta' ġbir, iżda skont l-iskeda l-ġdida li bdiet mit-2 ta' Jannar 2023, dan il-ġbir se jibda jsir kollu fis-2.30 p.m.? Ma' min saru konsultazzjonijiet għal tali tibdil u x'inhi r-raġuni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi filwaqt li l-iskeda dwar il-ġranet tal-ġbir tal-iskart hi waħda uniformi għal Malta u Għawdex, u dan skond il-Works Management Plan nazzjonali, il-ħinijiet tal-ġbir f’kull lokalita` saret wara diskussjonijiet bejn il-Kunsill Reġjonali u l-Kunsilli Lokali rispettivi fi ħdanu.

Raħal Ġdid – Ġnien Lorry Sant – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu x-xogħlijiet li għandhom isiru fi Ġnien Lorry Sant f’Raħal Ġdid?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Raħal Ġdid, ix-xogħlijiet fi Ġnien Lorry Sant jinsab fi stadju avvanzat ferm tant li bħalissa qed jasal fi tmiemu ix-xogħol fuq il-ġebla Maltija li biha huwa imdawwar il-ġnien, kif ukoll waslu minn barra mat-80% tal-pjanti u siġar ġodda li ser jitħawwlu. Barra minn hekk, infurmat li ġew ppreparati il-planters kollha sabiex ikun jista jibda t-tħawwil fil-ġimgħat li ġejjin. Infurmat wkoll li sar xogħol ta’ preparamenti relatati mas-sistema tad-drip irrigation u għad-dwal. Finalment, infurmat li meta dan kollu jitlesta, jkun għad fadal biss il-pavimentar xi jsir u b’hekk jaslu fi tmiemhom ix-xogħlijiet.

Il-Belt Valletta – Triq San Ġwann u Strada Stretta – tiswijiet fiċ-ċangatura tat-triq

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-ħsara li hemm fiċ-ċangatura fi Triq San Ġwann il-Belt Valletta, kantuniera ma’ Strada Stretta, tiġi msewwija billi hija ta’ inkonvenjent u perikolu kbir għal min jkun qiegħed jagħmel użu minnha?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li minhabba li ċ-ċangaturi msemmija sfrondaw wara li kien sar xogħol mill-Gvern Ċentrali, l-Kunsill għamel pressjoni mal-entita kkoncernata biex isiru x-xogħlijiet ta’ tiswija. Infurmat ukoll li din it-triq hi indikata bħala triq ta’ prjorita’ biex tissewwa.