Persuni li ttellgħu mejta mill-baħar mill-AFM nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Frar 2024 — Funerali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsiru l-funerali tal-persuni li ttellgħu mejta mill-baħar mill-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Frar 2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi dwar il-każ fejn vittmi ttellgħu mejta mill-baħar mill-Forzi Armati ta’ Malta fit-23 ta’ Frar 2024 wara operazzjoni ta’ salvataġġ, hemm inkjesta Maġisterjali u kull arranġament għall-funeral tagħhom, ikun jista’ jsir biss wara li l-katavri jkunu rilaxxati mill-istess inkjesta.
Persuni li tilfu ħajjithom traġikament nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Frar 2024 – Età u nazzjonalità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-etajiet tal-persuni li tilfu ħajjithom traġikament nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Frar 2024, kif ukoll in-nazzjonalità tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-nazzjonalità tal-ħames vittmi li tilfu ħajjithom traġikament fit-23 ta’ Frar 2024 waqt operazzjonijiet ta' salvataġġ kien kif indikat fit-tabella riprodotta hawn taħt. Dwar l-etajiet tal-istess vittmi, minn investigazzjonijiet li għamlet il-pulizija, sallum ġew stabiliti l-etajiet ta’ erba’ persuni kif jidher fl-istess tabella. Dan wara li nstabu xi passaporti u ġiet provduta informazzjoni minn terzi.
Nazzjonalità
Età
Ġeneru
1
Eritrea
22
Maskil
2
Syria
33
Maskil
3
Bangladesh
31
Maskil
4
Ghana
23
Femminil
5
Ghana
Mhux magħruf
Maskil
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn is-sistema tal-IT tal-Jobsplus hija mogħtija lill-kuntrattur li jwieġeb lis-CEO? X’jismu tali kuntrattur u x’relazzjoni għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mal-IT ta’ Jobsplus? Jista’ jgħid ukoll meta u kif intgħażel dan il-kuntrattur? U kemm tħallas sal-lum dan il-kuntrattur?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li f’Lulju 2022, Jobsplus użat is-sistema ta’ Negotiated Procedure biex daħlet f’kuntratti ma’ tlett kumpaniji NOUV MT Technology Ltd, ICON Studios Ltd u AIS Technology Ltd b’konnessjoni mal-proġett tal-immodernizzar tas-sistemi tal-IT tal-Korporazzjoni. Dan sar skont l-Artiklu 154(1)(b)(iii) tar-Regolamenti tal-2016 dwar l-Akkwist Pubbliku (SL601.03) li jgħid li proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel tista’ tintuża għal kuntratti pubbliċi ta’ servizzi fil-każ li s-servizzi jistgħu jiġu fornuti minn operatur ekonomiku partikolari biss minħabba l-protezzjoni ta’ drittijiet esklużivi, inkluż drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.
Infurmat li t-tlett kuntratturi jwieġbu lis-CEO ta’ Jobsplus għax id-dipartiment intern tal-IT jaqa’ taħt ir-responsabilita’ tas-CEO. Il-persuna li d-dettalji dwaru ingħataw separatament huwa assenjat mill-kuntrattur (NOUV MT Technology Ltd) u qiegħed jgħin fl-immaniġjar tal-proġett tal-immodernizzar tas-sistemi tal-IT ta’ Jobsplus u, għal dan il-għan, jaħdem flimkien mal-impjegati tat-taqsima tal-IT ta’ Jobsplus.
Minn mindu beda l-proġett f’Lulju 2022 sa meta qed titwieġeb din il-Mistoqsija Parlamentari, NOUV MT Technology Ltd tħallset €510,935 għas-servizzi u riżorsi kollha provduti lil Jobsplus.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Ħal Qormi u li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol matul l-2023, maqsuma xahar b’xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba ta’ persuni li jgħixu Ħal Qormi u kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru matul l-2023 maqsuma xahar b’xahar, qed jidhru fit-tabella riprodotta hawn taħt.
2023
Jannar
44
Frar
42
Marzu
36
April
40
Mejju
39
Ġunju
36
Lulju
35
Awwissu
30
Settembru
28
Ottubru
23
Novembru
24
Diċembru
23
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Ħal Luqa u li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol matul l-2023, maqsuma xahar b’xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba ta’ persuni li jgħixu Ħal Luqa u kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru matul l-2023 maqsuma xahar b’xahar, qed jidhru fit-tabella riprodotta hawn taħt.
2023
Jannar
11
Frar
8
Marzu
7
April
5
Mejju
6
Ġunju
5
Lulju
7
Awwissu
11
Settembru
16
Ottubru
14
Novembru
11
Diċembru
9
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu s-Siġġiewi u li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol matul l-2023, maqsuma xahar b’xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba ta’ persuni li jgħixu s-Siġġiewi u li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru matul l-2023 maqsuma xahar b’xahar, qed jidhru fit-tabella riprodotta hawn taħt
2023
Jannar
12
Frar
13
Marzu
17
April
14
Mejju
12
Ġunju
8
Lulju
9
Awwissu
14
Settembru
15
Ottubru
14
Novembru
13
Diċembru
14
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Ħal Kirkop u li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol matul l-2023, maqsuma xahar b’xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba ta’ persuni li jgħixu Ħal Kirkop u li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru matul l-2023 maqsuma xahar b’xahar, qed jidhru fit-tabella riprodotta hawn taħt.
2023
Jannar
3
Frar
2
Marzu
2
April
3
Mejju
3
Ġunju
5
Lulju
6
Awwissu
6
Settembru
5
Ottubru
8
Novembru
7
Diċembru
6
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol li jgħixu f’Ħaż-Żebbuġ, matul l-2023, maqsuma xahar b’xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba ta’ persuni li jgħixu f’Ħaż-Zebbuġ li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru matul l-2023 maqsuma xahar b’xahar, qed jidhru fit-tabella riprodotta hawn taħt.
2023
Jannar
16
Frar
17
Marzu
19
April
18
Mejju
21
Ġunju
21
Lulju
21
Awwissu
19
Settembru
23
Ottubru
21
Novembru
23
Diċembru
21
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Fotografi jew vidjografi – Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14359 u jipprovdi lista ta' kemm-il direct order għall-fotografi jew vidjografi inkarigati mill-Ministeru li ngħataw f'din l-aħħar sena u dan billi jipprovdi l-isem tal-kuntrattur, id-dati tal-inkarigu, l-attivitajiet li saru u kif ukoll l-ammonti mħallsa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi kien hemm Direct Order fis-sena 2023, cioe li teċċedi l-ammont ta’ 5000 Ewro, għall-vidjografi jew fotografi u dan kien ħlas lil D Motion Production ta’ 5400 Ewro u dan għal servizzi marbuta ma’ l-operazzjoni ta’ tifi tan-nar, tal-Protezzjoni Ċivili ġewwa l-Greċja.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kellhom liċenzja ta’ arma tan-nar fis-segwenti kategoriji sal-31 ta’ Diċembru 2023:
i. Target Shooter A;
ii. Target Shooter A-Special;
iii. Collector A;
iv. Collector A-Special;
v. Target Shooter B Shot Gun;
vi. Target Shooter B Airgun; u
vii. Liċenzja RCO?
Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm armi tan-nar liċenzjati Malta u dan sal-31 ta’ Diċembru 2023 fil-kategoriji fuq msemmija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ armi tan-nar liċenzjati Malta sal-31 ta’ Diċembru 2023, fil-kategoriji ndikati fil-mistoqsjia kienu kif jidher fil-lista ma’ din it-tweġiba. Infurmat li liċenzji maħruġa lill-Range Conducting Officers (RCO), mhumiex marbuta ma’ armi u min hu liċenzjat hekk, jista’ ma jkollux armi.
i. Target ‘A’
41621
ii. Target ‘A’ Special
46998
iii. Collector ‘A’
14416
iv. Collector ‘A’ Special
10336
v. Target ‘B’ shotgun
55100
vi. Target ‘B’ airguns
55066
vii. Range Conducting Officer (RCO)
Nil
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li huma liċenzjati bħala kaċċaturi u dan sal-31 ta’ Diċembru 2023?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ persuni li kienu liċenzjati bħala kaċċaturi sal-31 ta’ Diċembru 2023, kien kif indikat hawn taħt. Infurmat illi persuna jista’ jkollha aktar minn liċenzja tal-kaċċa waħda:
Tip ta’ liċenzja
Numru ta’ persuni liċenzjati
Kaċċa fuq l-art
9597
Kaċċa fuq il-bahar
284
Kaċċa tal-fenek
3162
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li fis-snin 2021, 2022 u 2023 applikaw biex isiefru u jieħdu magħhom arma tan-nar u jaqsam dawn il-figuri sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-persuni applikaw sabiex isiefru permezz tal-ajru u kemm minnhom talbu awtorizzazzjoni biex isiefru bil-baħar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fis-snin 2021, 2022 u 2023, in-numru ta’ persuni li applikaw mal-pulizija biex isiefru u jieħdu magħhom arma tan-nar, kienu kif indikat fit-tabella riprodotta hawn taħt. Ma tinżammx data ta’ kemm minn dawn il-persuni siefru permezz tal-ajru jew bil-baħar. Id-destinazzjoni ta’ dawn il-persuni kienet kollha barra mill-Unjoni Ewropeja. Persuni li jsiefru bl-armi fi Stati tal-Unjoni Ewropeja, jagħmlu dan bl-użu tal-EU Firearms Pass.
Sena
Numru ta’ Permessi
2021
62
2022
237
2023
500
Baġit 2024 — Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza - Professional Services
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15777 fl-intier tagħha u jgħid liema kienu l-entitajiet li tħallsu għas-servizzi msemmija fit-tweġiba?
Jista’ l-Ministru jgħid mis-sena 2014 sas-sena 2022 kemm-il darba Malta applikat id-deroga magħrufa bħala s-sovereign clause skont l-artikolu 17 tar-Regolamenti (EU) 604/2013 u għalhekk ħadet fuqha r-responsabbilità ta’ applikazzjoni għall-ażil? Jista’ l-Ministru għal kull każ jindika n-nazzjonalità ta’ kull applikant għall-ażil, ir-raġuni mogħtija minn Malta għal tali deroga u jekk l-Istat Membru responsabbli aċċettax l-imsemmija deroga?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-Aġenzija tal-Protezzjoni Internazzjonali tista’ tipprovdi d-data mill-2018 il-quddiem. Mis-sena 2018 sa s-sena 2022, id-deroga ta’ sovereignty clause giet applikata għal-tnejn u tletin applikant li jinkludu, għoxrin mis-Sirja, erbgħa mill-Libja, tlieta mill-Ukranja, u wieħed mill-Marokk, Niġerja, Sudan, Tuneżija u Veneżwela.
Kif inhu stipulat f’dan l-Artiklu, din id-deroga la tirrikjedi li tingħata raġuni biex tigi applikata u lanqas li l-Istat Membru li kien oriġinarjament responsabbli jaċċetta li tiġi applikata din id-deroga.
AFM – Dgħajsa li ddaħlet Malta nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Frar 2024
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) rċevitx distress call mid-dgħajsa li fuqha waslu l-persuni li ddaħħlu Malta nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Frar 2024, fil-ġranet ta’ qabel ma seħħet l-operazzjoni ta’ salvataġġ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-Forzi Armati ta’ Malta, ma rċevitx distress call mid-dgħajsa li fuqha waslu l-persuni li ddaħħlu Malta nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Frar 2024, fil-ġranet ta’ qabel ma seħħet l-operazzjoni ta’ salvataġġ.
RCC — Operazzjoni ta’ salvataġġ li saret nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Frar 2024
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema Malta Search and Rescue Coordination Centre (RCC) kien inkarigat mill-operazzjoni ta’ salvataġġ li saret nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Frar 2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li r-Rescue Coordination Centre ta’ Malta kien inkarigat mill-operazzjoni ta’ salvataġġ viċin iż-Żonqor il-Ġimgħa 23 ta’ Frar 2024.