Jista' l-Ministru jikkonferma jekk kienx hemm ikla wara r-reception li saret fl-attività biex tikkomemora l-inawgurazzjoni tal-bidu tas-servizz tal-Arriva fit-2 ta’ Lulju, 2011? Jekk fl-affermattiv, fejn saret, kemm kienu l-mistiedna, min kien responsabbli għall-għażla tal-mistednin u kemm kienet l-ispiża fuq din l-ikla?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li la l-Ministeru u l-anqas Transport Malta m'organizzaw attività li tixbaħ dak li qed jiddeskrivi l-Onor. Interpellant.
Xogħol mill-Uffiċjali ta' Transport Malta fil-vened u l-interchanges
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk uffiċjali ta’ Transport Malta għamlux xogħol fl-aħħar ġimgħat wara l-bidu tas-servizz tal-Arriva, fil-vened u l-interchanges? Jekk fil-pożittiv, kemm kienu dawn l-uffiċjali, x'kien ix-xogħol li għamlu, kemm-il siegħa għamlu f’xogħol u kemm kien l-ammont li tħallas f'overtime b’rabta ma' dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li uffiċċjali tà Transport Malta għamlu xogħol fl-aħħar ġimgħat fil-vened u l-interchanges biex jassistu u jipprovdu informazzjoni lill-pubbliku dwar ir-rotot il-ġodda tat-trasport. Kien hemm 53 impjegat li pparteċipaw u inħadmu 1,437 siegħa. L-ammont tà overtime li tħallas kien ta' €7776.
impjegati tal-Air Malta — spetturi tal-avjazzjoni ċivili
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk impjegati tal-Air Malta humiex ingaġġati bħala spetturi tal-avjazzjoni ċivili ma’ Transport Malta? Jekk fl-affermattiv, x’inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u kemm huwa d-dħul ta’ dawn l-impjegati?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li m’hemmx impjegati tal-Airmalta li huma ingaġġati bħala spetturi tal-avjazzjoni ċivili ma' Transport Malta.
Jista' l-Ministru jgħid b'kemm żdiedu l-irmiġġi fil-marini tal-jottijiet bejn l-2008 u l-2009 u bejn l-2009 u l-2010?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda żieda fl-irmiġġi fil-marinas fis-snin indikati. Żieda fin-numru ta' rmiġġi mistennija sseħħ din is-sena wara l-privatizzazzjoni tal-marinas tal-Imġarr, Msida u Sliema.
Transport Malta — Enfocement officers - kumpanija Arriva
Question
Jista' l-Ministru jgħid min ħallas għas-servizzi li taw l-enforcement officers ta' Transport Malta mar-roundabouts u ma' numru ta' junctions matul ix-xahar ta' Lulju bil-għan li l-karozzi tal-linja tal-Arriva setgħu jlaħħqu mal-ħinijiet tal-vjaġġi? Jista' jgħid jekk il-kumpanija Arriva kkontribwietx għal parti mill-ħlas ta' dawn l-enforcement officers? Jista' jgħid jekk servizz bħal dan qattx ingħata qabel lill-Awtorità tat-Trasport Pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-servizzi li ngħataw mill-enforcement officers fil-perjodu msemmi, huwa l-istess tip ta’ servizz li jingħata regolarment minn din is-sezzjoni. Dan ħafna drabi jsir b’konsultazzjoni mal-Korp tal-Pulizija.
Din is-sezzjoni twettaq dan ix-xogħol bħala parti mid-doveri tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' ilmenti li daħlu fil-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u għand Transport Malta matul ix-xhur ta' Lulju u Awwissu dwar nuqqasijiet fis-servizzi tal-Arriva permezz tat-telefown, bil-kitba u bl-emails? Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bejn Lulju u Settembru, Transport Malta u l-Ministeru rċevew madwar 680 ilment li m'hux neċesserjament huma kollha minn persuni differenti.
Dawn kienu dwar :
· Puntwalita’ tas-servizzi / frekwenza ta’ rotot
· Rotot (talbiet għal rotot ġodda u modifiki, kif ukoll ilmenti fuq it-tul tar-rotot)
· Relokazzjoni ta’ Bus stops u Bus shelters
· Informazzjoni nieqsa fuq il-Bus Stops
· Tariffi
· Informazzjoni rigward is-servizzi
· Rotot li minnhom suppost tgħaddi l-karozza pero din tibqa ma tgħaddix
· Karrozzi jitilqu mimlijja mill-belt
· Xufiera li ma jafux it-toroq sew minfejn għandhom jgħaddu.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tkun lesta t-triq il-ġdida li tagħti għal Ħal Safi, wara li t-triq prinċipli li tagħti għal dan ir-raħal, kienet ingħalqet madwar sena ilu?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li dan il-proġett huwa responsabbilta' tal-Malta Industrial Parks, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — lista' ta' konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-konsulenzi u ammonti rispettivi li l-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu taw matul l-aħħar għaxar snin lill-persuna/kumpanija li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mill-2008 'il hawn il-Ministeru tiegħi ma xtara ebda servizzi mill-persuna u l-kumpanija li qed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant. M'għandix disponibbli informazzjoni dwar Ministeri li kont responsabbli għalihom jien qabel dan il-Parlament.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Xogħlijiet lill-kumpaniji
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-każ ta' kull kumpanija li d-dettalji tagħhom, qed jintbagħtu separatament, kemm ingħatat xogħol mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu mill-2004 sal-lum? F'kull każ, jista' jgħid kemm huwa l-valur involut? Jista' jgħid jekk hux kuntratt jew direct orders? Meta ngħata?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jara li jinstema l-ilment tan-nies ta' Santa Luċija li dawn qed ikollhom problemi kbar fejn qabel kellhom servizz eċċellenti tal-karozzi tal-linja bin-numru 15 jew 800 li kienet anke twassalhom l-Isptar Mater Dei u lum dawn qed jispiċċaw jinżlu fil-pjazza tar-Raħal Ġdid u jkollhom jimxu lura lejn Santa Lucija, jista' l-Ministru jara li jmexxi dan l-ilment għal ġid tar-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn Santa Luċija hemm servizz dirett għall-Belt Valletta numru 84 u servizz dirett għal Mater Dei numru 226.
(
Ara dokument Nru. 10887, li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 518 tat-Tlieta, 6 ta’ Novembru 2012)
Peress li dan l-aħħar saret gate bil-katnazz b'dannu li min ikun fil-kju fiċ-Ċirkewwa biex jirkeb il-vapuri tal-Gozo Channel ma jistax joħroġ biex imur fejn hemm it-tinda jew bnadi oħra u dan allura speċjalment f'din is-sħana qed ikun ta' inkonvenjent għal dawk kollha li jagħmlu ħin twil jistennew, jista' l-Ministru jgħid għalfejn sar dan il-katnazz u jara li dan jitneħħa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li, jekk il-mistoqsija qed tirreferi għall-grada li tmexxiet għal ħdejn it-tinda temporanja, din diġa kienet hemm, imma tmexxiet fil-pożizzjoni eżistenti ftit tax-xhur ilu. Din il-grada sservi bħala mezz ta' sigurta u tinfetaħ mill-operatur, jiġifieri il-Gozo Channel, meta jkunu neżlin il-vetturi minn fuq il-vapur.
Madanakollu, din ma taffetwax in-nies li jkunu qed jistennew fil-kju tal-karozzi, għax dawn jistgħu jmorru fejn it-tinda jew fi bnadi oħra, permezz ta' passaġġ u
pedestrian crossing
li hemm bejn il-
marshalling area
u l-
area
ta' ħdejn it-tinda temporanja. It-tinda temporanja qegħda sservi wkoll biex dawk li jkunu qed jistennew il-vapur, jistgħu jagħmlu hekk b'aktar konvenjenza.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż tax-xogħlijiet li saru fil-bini tal-bus terminus ġdid fil-Belt? Kemm hu stmat li finalment se jiġi jqum dan il-proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. L-istima tal-proġett hija ta' €3.3m.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xufiera tal-karozzi tal-Arriva humiex eżenti mir-regolamenti tat-traffiku għax diversi minnhom isuqu kif iridu inkluż li ma jgħattux id-dritta madwar roundabouts?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xufiera tal-karozzi tal-Arriva m’humiex eżenti mir-regolamenti tat-traffiku.
Jista' l-Ministru jispjega kif l-ismijiet tal-bus stops f'Tas-Sliema, bħal Exiles, Dud u Għadir huma mwaħħlin f'postijiet żbaljati u dan huwa ta' tfixkil kontinwu għax imorru kontra kull mappa li hawn ta' Tas-Sliema, inkluż dawk tat-turisti? Jista' jsib isem iżjed adattat mill-kelma Dud għall-bus stop?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta tat struzzjonijiet lill-Arriva Malta Ltd sabiex terġa’ talloka dawn il-bus stops kif suppost ikunu. Transport Malta ħadet nota tas-suġġeriment sabiex jinbidel l-isem tal-bus stop Dud, għalkemm dan l-isem ingħata sabiex jagħmel referenza għal Għar id-Dud.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il bus stop hemm fi Triq Mikiel Ang Sapiano f'Ħaż-Żebbuġ (fuq ir-rotta 109)? Jista' jgħid x'jisimhom dawn l-istops u jgħid kemm minnhom huma fid-direzzjoni ta' Ħ'Attard u kemm minnhom huma fid-direzzjoni l-opposta? Jista' jikkonferma li dawn il-bus stops kollha għandhom it-tabella fuq arblu li turi eżatt fejn hu l-istop u dettalji oħra tal-ħinijiet eċċ.?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fi Triq Mikiel Anġ Sapiano f’Ħaż-Żebbuġ fid-direzzjoni ta’ Ħaż-Żebbuġ (rotta ċirkolari 109) hemm bus stop wieħed bl-isem ta’ Srina (nru 2474) u nfurmat ukoll li fih it-tabella fuq l-arblu u d-dettalji tal-ħinijiet.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din ir-rotta hija ċirkolari, għaldaqstant il-
bus stop
qiegħed f’direzzjoni waħda biss peress li r-rotta ma' terġax tgħaddi mill-istess toroq.
Rotot minn Buġibba għal Golden Bay u minn Buġibba għar-Rabat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27622 u 27514 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26650, jista' l-Ministru jgħid b'liema mod Transport Malta u Arriva se jkunu qed jevalwaw l-użu tar-rotot biex dawn jittjiebu skont il-bżonn?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li sar bejn Transport Malta u Arriva?
Peress li bis-sistema l-ġdida ġew introdotti madwar 20 interchange f’Malta li l-iskop tagħhom huwa li jsir tibdil ta’ rotot minflok li r-rotot ikunu diretti lejn il-Belt Valletta, jista' jgħid preżentament fejn huma dawn l-interchanges?
Jista' jgħid x'tip ta' konsultazzjoni kellha Trasport Malta mal-kunsilli lokali, jekk kellha, vis-à-vis r-rotot minn fejn jgħaddu l-karozzi tal-linja? Jekk iva, ma' liema kunsilli lokali kienet din il-konsultazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta qed tirrevedi kull rotta billi tieħu in kunsiderazzjoni l-patrunaġġ ta’ kull rotta, l-użu totali minn kull lokalità u s-suġġerimenti u l-ilmenti li tkun irċeviet.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim iffirmat bejn Transport Malta u Arriva Malta Ltd.
Minn din il-kopja ġiet imneħħija l-informazzjoni hekk kif ġej:
· Paġna 27 tal-kuntratt fejn hemm proġezzjoni ta’ profitti ta' kull sena li Arriva Malta Ltd. tistenna li tista' tagħmel għall-raġuni ta’ kunfidenzjalità;
·
Schedule
X - Il-lista ta’ mpjegati li kellhom jiġu offruti mpjieg minn Arriva Malta Ltd u l-ammont ta’ salarju li kellu jiġi garantit, għall-raġuni ta’ privatezza.
Saru tnejn u għoxrin
interchange;
Mellieħa, Tarġa (Mosta), Rotunda (Mosta), Technopark (Mosta), Rabat, Warda (Attard), Rohan (Żebbuġ), Marsa, Bombi, Blata l-Bajda, Milend (Ħamrun), Żurrieq, Malta International Airport, Bir id-Deheb, Paola, Mater Dei, Buġibba, Qroqq, B’Kara, Fleur De Lys, Msida, u Ferries (Sliema).
Il-konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali bdiet fil-bidu tas-sena 2009 u saret mill-Ministeru billi lil kull Kunsill Lokali ndividwali ntbagħatitlu ġabra ta’ informazzjoni u pjanti dettaljati (
hard
u
soft copy
fuq cd). Wara li sar dan, saret laqgħa pubblika ta’ konsultazzjoni mall-Kunsilli Lokali kemm f’Għawdex fl-24 ta’ Jannar 2009 u kif ukoll f’Malta fid-9 ta’ April 2009. Kummenti dwar ir-rotot il-ġodda ġew mibgħuta lill-Ministeru fix-xhur suċċessivi minn 25 Kunsill Lokali f’Malta u Kunsill wieħed minn Għawdex. Saru wkoll laqgħat mill-Ministeru, Transport Malta u għadd ta’ Kunsilli Lokali sabiex jiġu diskussi l-proposti tar-rotot fid-dettall. F’ħafna minn dawn il-każijiet, il-proposti li saru mill-Kunsilli Lokali ġew ikkunsidrati u r-rotot proposti ġew mibdula.