Tal-Ħandaq — Skola medja u sekondarja– Arja kkundizzjonata
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18080, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet u meta ser ikun qed jinbeda x-xogħol sabiex il-klassijiet kollha fl-Iskola Medja u fl-Iskola Sekondarja tal-Ħandaq ikunu mgħammra bl-arja kkundizzjonata bħalma kien imwiegħed?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet bejn l-istakeholders konċernati huma magħluqin u l-pass li jmiss huwa li joħroġ it-tender.
Kulleġġi f'Malta u f’Għawdex — Arja kkundizzjonata
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il unit tal-arja kkundizzjonata twaħħal għal kull Kulleġġ f'Malta u f’Għawdex matul din is-sena kalendarja, jiġifieri minn Jannar tal-2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jelenka l-informazzjoni għal kull skola skont il-Kulleġġ?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li matul din is-sena skolastika bdew jintużaw 577 unit ġdid t’arja kkundizjonata f’diversi skejjel.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin - Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni bejn Jannar u April ta’ din is-sena tinsab hawn taħt;
Ministeru jew Entità
Spi
ża (excl. VAT)
MEYR
€6,500
MCST
€680
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-istaff jaħdmu fis-Servizz kontra l-Ibbuljar?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul is-sena skolastika 2023/2024 kien hemm 5 Anti-Bullying Guidance Teachers u 2 Education Support Practicioners.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-rwoli tal-istaff fi ħdan is-Servizz kontra l-Ibbuljar?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-istaff tas-Servizz kontra l-Ibbuljar jagħtu sapport lill-istudenti kollha nvoluti direttament u kif ukoll indirettament fi kwistjonijiet ta’ bullying, jagħmlu sessjonijiet t’għarfien lill-ġenituri, lezzjonijiet t’għarfien mal-istudenti fi klassijiet, inizjattivi fl-iskejjel biex jippromwovu l-għarfien dwar l-ibbuljar u kif ukoll taħriġ lill-għalliema.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet referuti lis-Servizz kontra l-Ibbuljar mill-2012 sal-2023, maqsuma għal kull sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-total ta’ referrals, u li b’hekk dan l-ammont mhux rappreżentattiv ta’ kemm -il persuna huma nvoluti bħala vitma jew perpetrator, matul is-snin imsemmija kien ta’ 4,611 -il każ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm vittmi ta’ bullying skont l-età (age brackets) u skont il-ġeneru fis-sena 2023?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Bħalma ġie mtenni fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19720, niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellanta li t-tim ta’ kontra l-ibbuljar jirċievi referrals u għalhekk mhux rapprezentattiv ta’ kemm -il persuna huma meqjusin bħala vittmi jew perpetrators. It-total ta’ referrals matul is-sena 2023 kien ta’ 499.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kkawżaw bullying skont l-età (age brackets) u skont il-ġeneru fis-sena 2023?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tim ta’ kontra l-Ibbuljar jirċievi referrals biss u li dawn mhux neċessarjament jirrapreżentaw kemm -il persuna kienet involuta bħala vittma jew perpetrator.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Press conferences
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru press conferences mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ, jista’ jgħid ukoll:
(i) x’kienet it-tema;
(ii) kemm ġiet tiswa din il-press conference;
(iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.);
(iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol;
(v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li sabiex tinġabar din l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-advisory cost.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19138, 19329, 19903 u 20169 u jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li waqfu mis-Sixth Form? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena għal dawn l-aħħar 10 snin u maqsuma għal kull istitut edukattiv postsekondarju individwalment?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għandhiex xi forma ta' ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull rwol li jista’ jkollu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu msemmi jinsab membru fil-board tal-Authority for Integrity in Maltese Sport. Remunerazzjoni tal-individwu hi ta’ €3,741.04 fis-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet referuti liċ-Child Safety Services (CSS) mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari maqsuma għal kull sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet tar-rapporti li ddaħħlu liċ-Child Safety Services (CSS) fis-sena 2023 ġew riferuti lid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Minuri?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li minn 1,120 każ li ġie riferut liċ-CSS, 195 każ ġie riferut liċ-CPS.
L-Iskola Nazzjonali tal-Isport — Kriterja meħtieġa għad-dħul
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji meħtieġa biex persuna tidħol fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport? Jista' jipprovdi d-dettalji kollha relatati mal-proċess biex student jintgħażel biex jidħol f'din l-istess skola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.