Tista' l-Ministru tgħid jekk sarx xi eżerċizzju biex isir magħruf jekk hux se jkun hawn nuqqas ta' għalliema kwalifikati u gradwati fl-iskejjel primarji u sekondarji ta' l-istat fis-snin li ġejjin? Huwa meqjus li qed jidħlu biżżejjed żgħażagħ isegwu l-korsijiet fil-fakulta' ta' l-edukazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li ġie mwaqqaf dawn l-aħħar xhur, diġa’ beda l-proċess ta’ l-analiżi dwar il-provvediment ta’ l-għalliema fl-iskejjel primarji u sekondarji ta’ l-istat fis-snin li ġejjin biex niżżguraw li ma jkunx hemm nuqqas . Id-Direttorat qiegħed ukoll jitkellem mal- Fakulta’ tal;-Edukazzjoni dwar miżuri li huma meħtieġa biex jinċentivaw liż-żgħażagħ isegwu l-korsijiet f’din il-Fakulta’.
Tista' l-Ministru tgħid il-bord li joħroġ il-permanent u t-temporary warrants għall-għalliema kemm għandu talbiet quddiemu pendenti fiż-żewġ kategoriji u kemm qed jiltaqa' regolarment biex jiddeċiedi dwarhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il- Bord għandu dawn it-talbiet pendenti:
Warrants Permanenti- 46
Warrants Temporanji -61
Bħalissa x-xogħol fuq il-warrants qed isir kuljum.
Tista' l-Ministru tgħid jekk għandhiex il-ħsieb li tagħmel pubbliku rapport li sar dwar l-eżami tal-Junior Lyceum u l-Common Entrance? Jekk fl-affermattiv, tista' tpoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra? Jekk dan mhux se jiġi ppubblikat, tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa r-rapport li sar dwar l-eżami tal-Junior Lyceum u l-Common Entrance qed jiġi studjat fid-dettal tiegħu u deċiżjoni dwar il-pubblikazzjoni tiegħu ser tittieħed iktar ‘il quddiem.
Tista' l-Ministru tgħid fhiex waslet il-kostruzzjoni ta' l-iskola sekondarja tas-subien tal-Verdala ġewwa Bormla u meta huwa maħsub li din tkun lesta u tinfetaħ mill-ġdid?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li x-xogħol ta’ kostruzzjoni ta’ l-iskola sekondarja tas-subien tal- Verdala tlesta u qed isir xogħol ta’ finishes. L-imsemmija skola se tilqa l-istudenti għas-sena skolastika 2008/2009.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema part-timers ingaġġati mad-dipartiment, entitajiet, azjendi parastatali, korporazzjonijiet u anke ministeri li kienu jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha sat-8 ta' Marzu, 2008 li lkoll kienu qegħdin jitħaddmu fuq bażi ta' ħaddiema part-time iżda li kienu reġistrati bħala self employed? Kif inhuwa mifhum li ġara saħansitra anke fl-ETC li suppost tirregola fost oħrajn il-qasam ta' l-impjiegi. Tista' tagħti l-istess informazzjoni mit-8 ta' Marzu, 2008 sal-lum?.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li sat-8 ta’ Marzu, 2008 ma kienx hemm impjegati part-time registrati bhala self-employed mal-Ministeru li jaqa’ that ir-responsabbilta’ tiegħi
Tista' l-Ministru tagħti t-tagħrif dwar fhiex waslu l-preparamenti biex tinbena shooting range internazzjonali biex fiha jkunu jistgħu jsiru l-world championships?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li bħalissa qed isiru dikussjonijiet ma’ l-għaqdiet sportivi ta’ l-isparar biex jiġu esplorati l-possibilitajiet kollha.
Tista' l-Ministru tgħid jekk ix-xogħol fuq il-Kulleġġ Santa Margerita hux miexi skond il-pjanijiet, u allura hux minnu li se tilqa' l-ewwel studenti mal-bidu tas-sena skolastika ġdida 2008/9? Tista tgħid jekk mal-ftuħ ta' l-iskola l-ġdida hux se jkun lest kull xogħol programmat? Jekk fin-negattiv, liema hu dak ix-xogħol li mhux se jkun tlesta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li x-xogħol kif ipprogrammat ser jitlesta mall- ftuħ ta' l-iskola.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar fhiex wasal l-ippjanar taċ-ċentru sportiv reġjonali li għandu jinbena fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurnmata li fil-preżent il-Kunsill Malti għall-iSport qed jaġġorna l-brief dwar il- Kumpless Sportiv tan-North vis-a`-vis il-bżonnijiet attwali tal-Għaqdiet Sportivi.
Nagħmel riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 4941 sa 4946 li kienu saru fil-leġislatura l-oħra fis-seduta 125, tista' l-Ministru tgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwarhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 4941 sa 4946 li kienu saru fil-leġislatura l-oħra fis-Seduta 125, infurmata li dwar:
Mistoqsija Parlamentari Nru 4941: Fil-bini ta’ l-Edukazzjoni fil-Furjana fire alarm system għad m’hemmx peress li hemm ippjanat tibdil ta’ struttura interna fit-tqassim ta’ l-uffiċini minħabba esiġenzi ġodda li qed iġġib magħha ir-riforma fl-edukazzjoni. Dan hu parti minn pjan ta’ ħames snin li għadu fi stadju ta’ implimentazzjoni.
Ma sar l-ebda fire drill fl-aħħar 12-il xahar; pero’ l-impjegati kollha huma mgħarrfa bir-rotot ta’ ħruġ ta’ emerġenza f’każ ta’ ħruq.
Mistoqsija Parlamentari Nru 4942: L-għadd ta’ impjegati li jaħdmu fil-bini ta’ l-Edukazzjoni fil-Furjana, inkluż il-Ministeru, id-Direttorati ta’ l-Edukazzjoni, id-Dipartiment ta’ l-Eżamijiet u d-diversi sezzjonijiet li jaqgħu taħtho hu ta’ 349. Infurmata li l-ispazju ta’ uffiċji fuq il-ħames sulari f’dan il-bini hu ta’ 6805 metri kwadri.
Mistoqsija Parlamentari Nru 4943: Il-Health and Safety Implementation Committee huwa responsabbli mid-Direttorati ta’ l-Edukazzjoni sabiex jara li l-fire extinguishers fil-bini kollu ġewwa l-bini ta’ l-Edukazzjoni fil-Furjana huma mimlija. Fil-preżent jirrappreżentaw id-dipartimenti u sezzjonijiet, ingħataw taħriġ fl-użu tal-fire extinguishers. It-taħriġ ingħata mill-Health and Safety Unit tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi.
Mistoqsija Parlamentari Nru 4944: Il-persuna responsabbli li tara li fil-bini ta’ l-Edukazzjoni tal-Furjana issir il-manutenzjoni regolari fuq il-bini u kull żvilupp ieħor li jsir fuq l-istess bini ser tiġi appuntata dalwaqt. Sadanittant, it-Technical Services Branch tara li t-tiswijiet li jkun hemm bżonn dejjem isiru fil-waqt. Saret ukoll stallazzjoni ta’ xibka biex ma jidħlux il-ħamiem fil-viċinanza ta’ l-impjegati.
Infurmata li m’għadux ikun hemm sadd fil-katusi ta’ l-ilma tax-xita.
Mistoqsija Parlamentari Nru 4945: Fil-Blokk kollu, bl-uffiċini kollha u fis-sulari kollha, hemm aċċess totali għall-persuni b’diżabilita’.
Mistoqsija Parlamentari Nru 4946: B’żieda mar-risposta li ngħatat qabel, sar tibdil minimu fid-distribuzzjoni ta’ l-elettriku. Peress illi sar titjib fuq il-linji ta’ energy saving, qed ikun hawn użu aktar għaqli ta’ l-enerġija elettrika.
Nagħmel riferenza għall-mistoqsija parlamentari W429 li saret fil-leġislatura l-oħra f'seduta 566, tista' l-Ministru tgħid liema huma dawk l-iskejjel li għandhom maintenance agreement fuq il-lift/s ta' l-iskola u kemm huwa l-ħlas skond kull każ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-iskejjel li għandhom maintenance agreement fuq il-lift/s ta’l-iskola u l-ħlas f’kull każ huma kif hawm mehmuż.
Nagħmel riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21701 li saret fil-leġislatura l-oħra f'seduta 452, tista' l-Ministru tgħid jekk Malta hux qed tipparteċipa fit-TIMSS? Tista' tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-riżultati li għandha, nkluż tal-Pilot Field Test jekk dawn qegħdin għand xi wieħed miż-żewġ direttorati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-field test sar biex jittestja l-instrumenti li ntużaw fl-istudju prinċipali (main study). Din l-analiżi li saret mill-International Association for the Evaluation of Educational Achievement (IEA) tindika l-validita’ u r–reliability tal-mistoqsijiet. Permezz ta din l-analizi, mistoqsijiet ġew imwarrba jew mibdula. Ir-riżultat ta’ l-istudju prinċipali (main study) hu mistenni li jiġi ppublikat mill-IEA f’Diċembru 2008.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm tfal fi skejjel primarji li qed jistennew li jingħataw facilitator biex ikollhom l-għajnuna meħtieġa biex ma jaqgħux lura?
Tista' l-Ministru tgħid x'nuqqasijiet ta' għalliema hemm fi skejjel sekondarji u Junior Lyceums u f'liema suġġetti? X'qed isir biex jintlew dawn il-vakanzi?
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn child care centres fil-preżent u kemm minnhom huma tal-Gvern u mmexxija mill-Gvern stess? Fejn jinsabu dawn il-child care centres? Tista' tgħid jekk jintalabx ħlas għal min jagħmel użu minn dawn ic-child care centres? Fejn huwa maħsub li jinfetħu oħrajn ġodda? X'ħin jiftħu u jagħlqu dawn iċ-ċentri li huma mħaddma mill-Gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq ngħarrfek li l-Ministeru tiegħi huwa responsabbli għal proviżjoni ta’ Child Care Centres. Ir-Regolatur ta’ dan is-settur se jibqa’ d-Dipartiment ta’ l-Istandards Soċjali li jaqa’ taħt id-dekasteru tal-Ministeru tal-Politika Soċjali u għalhekk ir-reġistrazzjoni taċ-ċentri jsir minn dan id-Dipartiment. Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni kien beda proċess li jiddentifika postijiet fi skejjel ta’ l-Istat u diġa’nfetħu tlett Child Care Centres f’Ħal-Luqa , Raħal Ġdid u Għargħur. Dawn iċ-Child Care Centres qed jitmexxew mill-privat wara li kien hemm sejħa pubblika.Dawn iċ-ċentri se jkunu bi ħlas u jistgħu jipprovdu servizz bejn is-7.00 ta’ filgħodu u s-6.00 ta’ filgħaxija. Il-Ministeru qed ikompli bil-proċess li jiġu iddentifikati iktar skejjel ta’l-istat sabiex jinfetħu aktar Child Care Centres.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuwa l-pjan għall-Junior Lyceum tas-subien San Gużepp li jinsab ġewwa Raħal Ġdid? Hemm xi data meta dan huwa maħsub li jiċċaqlaq?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-pjan għall-Junior Lyceum tas-Subien San Ġużepp li jinsab ġewwa Raħal l-Ġdid hu li din l-iskola tibda topera fil-premises ta’ Adelaide Cini fil-Ħamrun mill-bidu tas-sena skolastika li jmiss.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm u kien hemm hemm tfal, bniet u subien separatament, f'kull skola ta' Għawdex f'dawn l-aħħar ħames snin? Tista' tgħid ukoll kemm hemm staff compliment għal kull skola separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari numru 156,
Peress li f'Għawdex hemm diversi talbiet pendenti għal-facilitators u ħafna każijiet huma urġenti u iktar ma jitwal il-proċess iktar qed issir ħsara lill-istudenti konċernati, tista` l-Ministru tgħid jekk hux maħsub li fil-ġimgħat li ġejjin se jiġu allokati facilitators lil dawn l-istudenti Għawdxin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-istatementing Moderating Panel għadu kif mar Għawdex f’April 2008 u ra tnax-il tifel u tifla mill-iskejjel. Applikazzjonijiet pendenti hemm 38. Ħafna minn dawn l-applikazzjonijiet huma ta’ tfal li jinsabu fi klassijiet fejn diġa’ hemm LSA (facilitator) u qed jingħataw għajnuna.Il-bord qed jara li l-iskejjel jirreferu dawn it-tfal għall-servizzi oħra lli jistgħu jibbenefikaw minnhom. Kull applikazzjoni li jirċievi l-iStatementing Moderating Panel tingħata attenzjoni li jistħoqilha. Għadha kif ħarġet ukollsejħa għall-applikazzjoni għall-Supply LSA.
Tista' l-Ministru tindika jekk il-Bord ta' l-Appell imwaqqaf taħt l-Att dwar l-Edukazzjoni huwiex kompost? Jekk iva, kemm-il xahar dam il-Bord mhux kompost mal-elevazzjoni tal-ġudikant sedenti għall-ġudikatura?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jiena nfurmata li l-Att dwar l-Edukazzjoni ma jistipula l-ebda Bord ta’ Appell.