Uffiċċju tal-Prim Ministru — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 21061, jista’ l-Prim Ministru jgħid għal kull sena l-ismijiet u d-dettalji ta’ dawk li tħallsu għal tali servizz u għal kull każ jgħid kif intgħażlu?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub bejn Marzu 2013 sal-gurnata tal-lum fuq il-Mejda tal-Kamra. L-proċedura tal-ħatra saret fuq l- prassi li kienet tintuża minn amministrazzjonijiet differenti.
Private Jet – titjira lejn Montenegro – persuna mal-Prim Ministru
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni jew ħtieġa fl-interess nazzjonali biex fuq it-titjira fuq private jet lejn il-Montenegro lejn l-aħħar tal-2019, il-Prim Ministru Malti ħa miegħu lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? X’kienet il-kariga pubblika li din il-persuna kienet tokkupa li ġġustifikat issiefer mal-Prim Ministru Malti f’delegazzjoni uffiċjali fuq xogħol tal-Gvern Malti?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-persuna msemmija tellgħet bħala l-mara tal-ambaxxatur tal-msemmi pajjiż.
Crane Currency — Ksur ta' regoli ta' State Aid - investigazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea - Eżitu
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20312 li oriġinajrament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’kien l-eżitu tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fuq jekk kienx hemm ksur ta’ regoli ta’ State Aid fil-każ ta’ Crane Currency?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li ma jirriżultax li l-Kummissjoni Ewropea fetħet xi tip ta’ investigazzjoni dwar dan is-suġġett.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern jaqbilx li l-Liġi tal-Impjiegi tiġi emendata mill-iktar fis, biex ikun illegali li jkun hemm zero hour contracts of employment, sabiex ikunu mħarsa l-ħaddiema minn abbużi?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Fondi Ewropej li ntilfu mill-proġett tal-Mużew għal Għawdex ġewx allokatti f’proġetti oħra f’Għawdex? Jekk iva jista’ jindika liema proġetti huma dawn?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li wara l-irtirar tal-proġett tal-Mużew għal Għawdex, l-allokazzjoni finanzjarja tiegħu ġiet ritornata lura għall-Programm Operazzjonali. Dan il-finanzjament ġie allokat sabiex jimmitiga l-impatt finanzjarju tal-pandemija f’Malta u Għawdex.
Aħna nibqgħu kommessi li 10% mill-Programm Operazzjonali I jiġi investit f’Għawdex.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jelenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tiegħu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor Interpellant li rigward l-entitajiet u d-dipartimenti fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, nitolbu jirreferi għat- tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 19371. Rigward l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.
Għawdex – attivitajiet organizzati fil-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x' tip ta' attivitajiet ġew organizzati fil-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku għas-sena 2021, ġewwa Għawdex, fiex kienu jikkonsistu fejn saru u kemm ġew jiswew?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li minħabba restrizzjonijiet relatati ma’ saħħa pubblika, il-Gimgħa ghas-Servizz Pubbliku ta’ din is-sena saret minn sit wieħed b’konnessjoni online fejn l-uffiċjali pubbliċi kollha inkluż uffiċjali Għawdxin kellhom l-istess aċċess. Infurmat illi dan l-aċċess intuża mill-kollegi Għawdxin ukoll.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm irċeviet kontribuzzjonijiet finanzjarji Malta mingħand l-Unjoni Ewropea sena b'sena mill-2012 'l hawn? Għal-liema proġetti ntefqu dawn il-flus?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif ninsab nfurmat, lista’ aġġornata ta’ proġetti ffinanzjati mill-programmi tal-Fondi Ewropej għall-perjodu 2014-2020 mill-fondi li ġejjin: Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR); Fond ta 'Koeżjoni (CF); Fond Soċjali Ewropew (FSE), Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd (FEMS), Fond għall-Ażil, Migrazzjoni u Integrazzjoni (AMIF) u Fond għas-Sigurtà Interna (ISF).
Din l-informazzjoni tinsab ukoll fuq is-sit elettroniku: eufunds.gov.mt
FORUM – talba għal emenda fil-Liġi tar-Relazzjonijiet Industrijali u Xogħol
Question
Jikkonferma l-Prim Ministru li l-FORUM, li hija konfederazzjoni ta’ trade unions, għamlu talba lill-Gvern sabiex issir emenda fil-Liġi tar-Relazzjonijiet Industrijali u Xogħol li tkun tippermetti li konfederazzjoni ta’ trade unions (jew ta’ employer associations) tkun rikonoxxuta fil-Liġi l-istess kif inhuma rikonoxxuti t-trade unions kollha individwalment fl-istess u bl-istess Liġi? Jista’ jikkonsidra attivament li tali emenda tiġi mressqa ‘l quddiem mill-Gvern?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19290 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’kien l-ammont ta’ fuel (inkluż diesel) li ġie pprovdut lill-Uffiċċju tal-Presidenza tar-Repubblika, kull sena mill-2008 sal-2015, xahar b’xahar u kemm kien l-ammont imħallas għal kull xahar fil-perjodu msemmi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni li qed jitlob ma tappartjenix lil dan id-dekasteru jew xi entità li taqa’ taħtu, imma lill-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika, kif indika hu stess.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm u preżentement kemm hemm jaħdmu, ħaddiema Għawdxin ġewwa Malta f'dipartimenti, awtoritajiet, aġenziji u entitajiet governattivi sena b’sena, mis-sena 2013 sal-lum? Jista' jgħid preżentement dawn il-ħaddiema ma' liema entità qed jaħdmu u xi grad huma?
Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku – lista ta’ kuntratti
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21662, jista’ l-Prim Ministru jagħti l-lista tal-kuntratti li saret referenza għaliha fit-tweġiba imma li ma ġietx annessa magħha?
Response (ABELA, ROBERT)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant, jinsab fil-lista ta’ hawn taħt kif ninsab nfurmat:
Servizz ta’ disinji u produzzjoni ta’ tagħrif għall-media
Xiri ta’ spazju għal tagħrif
Iffilmjar u produzzjoni ta’ features bħala għajnuna għal waqt il-laqgħat
Servizzi tekniċi
Servizz ta’ dwal
Servizz ta’ audio
Preżentaturi
Produzzjoni ta’ backdrops
Kiri tas-sit
Produzzjoni ta’ kunċerti
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg (DIER) għandux rapporti li food couriers impjegati ma’ ditti bħal dawk li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, humiex imniżżla li jaħdmu bħala self-employed? Jista’ jgħid jekk dan hux konformi mal-liġi? Jista’ jgħid x’passi ttieħdu minn meta ġew ivverifikati dawn ir-rapporti?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk id-Direttur Ġenerali fid-Direttorat għall-Awditjar Intern u l-Investigazzjonijiet (IAID) issottomettietx ir-riżenja tagħha mill-IAID fl-aħħar ġimgħat u jekk iva, meta u għala?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat illi d-Direttur Ġenerali fid-Direttorat għall-Awditjar Intern u l-Investigazzjonijiet issottomettiet ir-riżenja tagħha nhar il-25 ta’ Marzu 2021 u ħarġet sejħa ġdida sabiex jinħatar Direttur Ġenerali ġdid biex din il-vakanza tiġi mimlija.
Tribunali Industrijali – Ġudikanti full-time u professjonisti legali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18665 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx ħsieb li jkun hemm riforma fit-Tribunal Industrijali, b’dan li jkun hemm Qorti Industrijali mgħammra b’ġudikanti full-time u professjonisti legali?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
DIER – rapporti ta’ abbużi ta’ liġijiet tax-xogħol
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg (DIER) għandux rapporti ta’ abbuż tal-liġijiet tax-xogħol mir-recruitment agencies? Jekk iva, jista’ jgħid kemm daħlu rapporti, meta u fiex jikkonsistu?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Persons of Trust — Persuni li għandhom kuntratt mas-Servizz Pubbliku
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru totali ta' persuni impjegati jew li ngħataw kuntratt bħala persons of trust mas-Servizz Pubbliku llum? Jista' jgħid kemm minn dawn għandhom aktar minn 65 sena, kemm minnhom għandhom aktar minn 70 sena u kemm minnhom għandhom aktar minn 80 sena?