Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23865 u jgħid x'insteraq mingħand l-anzjani li jgħixu fir-Residenza San Vinċenz de Paule matul is-sena 2010, 2011 s'issa f'kull każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-affarijiet li nsterqu mingħand l-anzjani fit-tmien serqiet li ġew irrapurtati fir-Residenza San Vinċenz de Paule matul is-sena 2010 u l-2011 kienu kif jidher hawn taħt:
1. Ġiżarana, salib, domna, ċurkett u ċapetta ta’ kulur isfar;
2. 2 ċappetti ta’ kulur isfar;
3. Par imsielet ta’ kulur isfar;
4. Par imsielet ta’ kulur isfar;
5. Ġizarana ta’ kulur isfar;
6. Mobile;
7. Portomoni li kien fih ħames Ewro;
8. 800 Ewro.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23864 u jgħid kemm ġew irrappurtati każijiet ta' serq fuq anzjani li jgħixu fir-Residenza San Vinċenz de Paule matul is-sena 2010 u 2011 s'issa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul matul is-sena 2010 u 2011 s’issa ġew irrapportati tmien każijiet ta’ serq fuq anzjani residenti.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — food entitlement
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23713, 23600 u 23299 u jgħid kemm hemm impjegati fi ħdan il-ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu li għandhom food entitlement? Jista’ jgħid kemm hu l-budget allokat kull sena u kemm kienet in-nefqa f'dawn l-aħħar tliet snin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hawn djar tal-anzjani joperaw? Liema huma? Fejn huma? Liema huma tal-Gvern? Liema huma tal-privat ? Liema huma bil-public private partnership?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23861 u ċioe jara l-każ ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw seperatament, li ilha li applikat mill-2006 biex tidħol ġo home jew fir-Residenza San Vinċenz de Paule u peress li għadda ż-żmien, tixtieq tkun taf x'sar mill-applikazzjoni u fejn tinsab bħala priorità?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li filwaqt illi huwa minnu li l-persuna konċernata kienet applikat fl-2006, it-tfal tal-persuna msemmija xtaqu li jkomplu jieħdu ħsieb ommhom huma stess, u dan jirriżulta minn noti fil-file tal-persuna konċernata miktuba fl-4 ta’ Awwissu 2007. B’konsegwenza ta’ din it-talba minn naħa tal-qraba tal-imsemmija anzjani, l-Admission Board laqgha t-talba tal-qraba tal-anzjana u kkonkluda l-każ bħala self-refusal.
Applikazzjoni ġdida ntbgħatet nhar il-15 ta’ Settembru 2009, fejn il-bord ra l-każ nhar is-26 ta’ Novembru 2009 u kkonkluda li l-każ kien jimmerita li jitpoġġa bħala
high priority
għal San Vinċenz de Paul
.
Updated report
ġie mressaq nhar is-17 ta’ Diċembru 2010 u l-bord ikkonferma li l-każ kien ta’
high priority
għax skont l-Admissions Board ma kien hemm l-ebda evidenza ġdida.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23890 u jgħid kemm hija l-ispiża fid-Dipartiment tal-OPU għal saqajn artificjali mis-sena 2008 s'issa, sena b'sena? Kemm-il sieq saret u kemm kienu l-persuni li bbenefikaw minn dawn? Il-gvern iżomm statistika ta' saqajn li jkunu ordnati privatament minn dawn l-istess persuni u allura li ma jieħdux saqajn provduti mill-gvern? Jista' jghid ukoll kemm huwa l-ħlas għal kull kejl li jittieħed f'dan l-istess dipartiment? Min huwa l-benefiċjarju ta' dan il-ħlas u kemm tħallas fl-istess perjodu hawn fuq imsemmi, sena b'sena? Fl-istess perjodu, sena b'sena, kemm-il żball ittieħed fil-qisien u allura kellhom jerġgħu jittieħdu l-kejl bi ħlas addizzjonali?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat hekk:
L-informazzjoni dwar il-mistoqsijiet Nru. 1 u 2 għadha qed tinġabar, u għaldaqstant din tingħata f’xi seduta oħra.
Mistoqsija Nru. 3: Ma tinżammx statistika dwar persuni li jordnaw is-saqajn artifiċjali privatament.
Mistoqsija Nru. 4: Mhuwiex possibli li jiġi kalkulat il-ħlas għal kull kejl sabiex issir sieq artifiċjali għaliex id-definizzjoni ta’ ‘kejl’ tinkludi wkoll li ssir il-forma, li pazjent jiġi msejjaħ biex jipprova is-sieq, isir l-
alignment
u
assessment
. Dawn il-proċeduri jsiru skont il-bżonnijiet ta’ kull pazjent individwali.
Mistoqsija Nru. 5: Il-ħlas isir lill-kuntrattur li jirbaħ it-
tender
. It-tender tkopri is-sieq artifiċjali kif ukoll is-servizzi kollha relatati mal-proċess sabiex il-pazjent jiġi fornut bis-sieq artifiċjali adatta għall-bżonnijiet tiegħu.
Mistoqsija Nru. 6: Minħabba bidliet fil-bżonnijiet tal-pazjent jista’ jkun il-każ li l-qisien iridu jittieħdu aktar minn darba. Dan peress li jista’ jkun hemm varjazzjoni fl-
amputation stump
bħala riżultat ta’ xi kundizzjoni medika tal-pazjent, żieda jew telf ta’ piż, jew bħala konsegwenza naturali tal-użu tas-sieq artifiċjali. Hemm ukoll każijiet fejn is-sieq artifiċjali jkollha bżonn tinbidel (jew kompletament jew parti minnha) f’ċirkostanzi partikolari bħal per eżempju fi tfal li jkunu għadhom qegħdin jikbru jew minħabba
wear and tear
bl-użu fit-tul tas-sieq artifiċjali.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23859 u jgħid kemm intbagħtu nies jagħmlu operazzjonijiet barra f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? X'kienu l-etajiet tagħhom? X'kienet l-operazzjoni? Kemm swiet kull operazzjoni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fl-aħħar ħames snin il-Gvern bagħat 600 pazjent għal operazzjonijiet barra minn Malta. Iċ-ċifri fit-tabella t’hawn taħt juru kif tinqasam din iċ-ċifra skont it-tip ta operazzjoni u ma tinkludix episodji fejn pazjent ikun intbagħat barra minn Malta għal vista jew investigazzjonijiet. L-informazzjoni ma setgħetx tinqasam f’kategoriji ta` eta` iktar ristretti biex tigi protetta l-identita` tal-pazjenti li għamlu użu minn dan is-servizz.
Id-Dipartiment konċernat mhuwiex f’pożizzjoni li jagħti dettalji dwar kemm jiswew dawn l-operazzjonijiet peress illi l-parti l-kbira tal-każijiet jintbagħtu għal kura/operazzjoni taħt il-ftehim reċiproku bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Ingliż.
Interventi
Nisa’ taħt it-tmintax il-sena
Nisa’ min tmintax il-sena ‘l fuq
Irgiel taħt it-tmintax il-sena
Irġiel min tmintax il-sena ‘l fuq
Moħħ
9
60
10
51
Għadam
32
62
29
54
Għajnejn
13
14
10
21
Widnejn
9
14
4
5
Qalb
45
17
36
14
Fwied
/
9
4
4
Msaren
/
/
/
2
Oħrajn
13
23
9
27
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — fuel
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża fuq fuel għall-karozzi użati mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2010 xahar b'xahar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ispiża fuq fuel għall-karozzi użati mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-istess Ministeru matul is-sena 2011, xahar b’xahar, huwa hekk:
Xahar
Total
Jannar
€19,663.44
Frar
€22,216.46
Marzu
€26,665.59
April
€26,519.05
Mejju
€26,729.62
Ġunju
€25,467.29
Lulju
€27,558.21
Awwissu
€25,865.46
Settembru
€23,880.64
Ottubru
€25,636.75
Novembru
€26,132.85
Diċembru
€25,599.97
Total
€302,935.33
Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-gvern biex l-OPU fl-Isptar St. Lukes isir iktar aċċessibbli għall-utenti tal-istess unit u xi pjanijiet għandu l-gvern a rigward upgrade tal-premises?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 23889.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru trapjanti ta' organi fuq persuni b'diżabilità fl-aħħar ħames snin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li għal raġunijiet ta’ etika u protezzjoni tad-data, l-informazzjoni kif mitluba ma tinżammx. Tajjeb wieħed jenfasizza li ma ssir ebda diskriminazzjoni rigward trapjanti ta’ organi fuq persuni b’diżabilità.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intbagħtu nies jagħmlu operazzjonijiet barra f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? X'kienu l-etajiet tagħhom? X'kienet l-operazzjoni? Kemm swiet kull operazzjoni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 22631 u 22530 u jipprovdi tabella li tinkludi kull talba li saret għall-inklużjoni ta' mediċina fil-formularji li ġiet approvata, bid-data tal-approval, u bid-data ta' meta saret l-ewwel ordni? Fejn ma saritx ordni, jista' l-Ministru jispjega għalfejn u meta se tinxtara?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
nuqqas ta' provvista ta' Atimos lill-persuni li jbatu bl-ażma
Question
Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra għaliex kien hemm dewmien, f'ċerti każijiet ta' erba' xhur sħaħ, f'dik li hi provvista ta' Atimos bl-inhalers b'kollox għal każijiet ażmatiċi bil-konsegwenza li ħafna nies kellhom jixtruhom minn buthom, filwaqt li oħrajn ġew ipprovduti bi provvista minima ftit jiem ilu biss?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. W 199. NInsab infurmat li din il-mediċina issa waslet u tqassmet lill-ispiżeriji tal-gvern u lill-istores tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek bejn il-31 ta’ Jannar u l-1 ta’ Frar, 2011.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi użati mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid ta' liema ditta huma? Jista' jgħid ukoll liema huma dawk il-karozzi li jintużaw fil-weekends u fil-festi? Min jagħmel użu minnhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali għas-settur tas-saħħa bħala persentaġġ tal-Prodott Gross Domestiku matul l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistqosija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Viżjoni 2015 dwar il-qasam tas-saħħa f'Malta u f'Għawdex?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li wara li l-kumpanija Angelou Economics wettqet marketing assessement ta’ pajjiżna, li kien ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2010, u wara proċess ta’ konsultazzjoni estensiv, inkluż mal-pubbliku ġenerali, bħalissa l-gvern jinsab fil-proċess li jibni fuq dawn il-proposti u jiddefinixxi l-Viżjoni għall-2015, b’sensiela ta’ objettivi u proposti konkreti. Din mistennija ssir pubblika aktar tard din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx każijiet fejn is-serq sar minn persuni lebsin ta' infermiera?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul kien hemm żewġ każijiet fejn l-allegat serq sar minn persuni lebsin ta' infermieri, mara liebsa ġakketta bajda bħal tat-tobba imma mingħajr ebda armi jew simbolu ta' xi ħaġa, u raġel liebes l-uniformi ta' Nursing Aide.
Suspettati ta' serq mir-Residenza San Vinċenz de Paule
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fost dawk suspettati li qed jagħmlu dan is-serq hemmx mara u raġel li matul dawn l-aħħar jiem wara nofsinhar marru fuq anzjana minnhom u talbuha ttihom il-ġiżirana u hi qaltilhom "ma tinqalax din għax magħluqa ma għonqi" u dawn mid-dehra qabdu ħarġu tnalja u qatagħuhielha u ħaduha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Huwa allegat li nhar is-Sibt 12 ta’ Frar 2011 għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ bil-lejl seħħ serq fuq residenta fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul. Huwa indikat mir-residenta li kienet persuna waħedha li marret fuqha biex toħdilha ġiżirana, salib, domna, ċurkett u ċappetta kollha ta’ kulur isfar. Huwa wkoll indikat li din il-persuna li ħadet dawn l-affarijiet kien raġel liebes qalziet isfar u qmies bajda u safra u uża xi ħaġa biex qata’ il-ġiżirana biħa. Dan il-każ gie rraportat lill-Pulizija.
Residenza San Vinċenz de Paule — investigazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2010 u 2011 s'issa, x'każijiet ta' serq ġew rappurtati li saru fuq anzjani rikoverati fir-Residenza San Vinċenz de Paule? X'insteraq? X'investigazzjonijiet saru mill-pulizija u fejn waslu dawn l-investigazzjonijiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li minn Jannar 2010 sa issa saru 8 rapporti ta' każijiet ta' serq, ħamsa minhom ġew irrapurtati lill-Pulizija u t-tlieta l-oħra l-anzjani ma riedux li l-każ jiġi rrapurtat lill-Pulizija. L-affarijiet li allegatament naqsu huma 3 ċpiepet, 2 ġiżirajjen, salib, domna, ċurkett, 2 pari msielet, (kollha ta' kulur isfar), telephone ċellulari, portmoni li kien fih 5 Ewro u ieħor li kien fih 800 Ewro fi flus kontanti. L-investigazzjonijiet huma f’idejn il-Pulizija.