Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — ingaġġ ta' security personnel

Question

Jista' l-Ministru responsabbli mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jikkonferma jekk din l-istess korporazzjoni ingaġġatx security personnel magħha, jew jekk hux qed tippjana biex tingaġġhom aktar 'il quddiem?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma ngaġġatx security personnel u qed isiru proċeduri sabiex timla l-vacancy ta’ Head of Security.

riċevituri tal-lottu — pjan ta' riforma

Question

Jista' l-Ministru jgħid għala r-riċevituri tal-lottu qed jinżammu fl-għama dwar x'qed jiġi pjanat fir-riforma peress li r-riċevituri tal-lotto huma l-aktar li se jiġu milquta? Jista' jgħid min se jkunu dawk li se jkunu qed ibigħu l-isports Betting Keno eċċ.? Jaf il-Ministru li hemm ħafna riċevituri tal-lottu li investew bil-kbir sabiex jiftħu ħwienet ġodda u issa qed jitħallew fl-għama? Għaliex il-gvern ma kkonsultax ma' dawn ir-riċevituri dwar ir-Request for Proposal u għaliex qed jipprovaw iżommu kollox sigriet u saħansitra infurzaw ftehim ta' kunfidenzjalità għal min jieħu l-Request for Proposal? Hemm xi interess ta' xi ħadd x'jipproteġu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Enemalta — Gas Division - ħlas ta' overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset sahra (overtime) sena b'sena, lill-persuni responsabbli mit-tmexxija tal-Gas Division (Korporazzjoni Enemalta) mis-sena 2000 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li mis-sena 2000 sal-lum ma tħallset l-ebda sahra lill-persuni responsabbli mit-tmexxija tal-gas division tal-Korporazzjoni Enemalta.

Servizz kummerċjali ta' Maltapost — VAT exempt

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex is-servizz kummerċjali tal-Maltapost (bħal tqassim ta' unaddressed material) li m'għandhomx x'jaqsmu mal-obbligi tat-tqassim ta' posta, huma VAT exempt meta operaturi oħra huma suġġetti għal din it-taxxa?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tqassim ta’ unaddressed mail ma jaqax taħt l-obbligu tal-licenzja ta’ universal service obligation maħruġa lill-Maltapost plc u għaldaqstant dan is-servizz mhux eżentat mill-VAT. Dan jgħodd ukoll għal servizzi kummerċjali oħra kemm il-darba tali servizzi ma jaqgħux taħt l-obbligi tal-liċenzja ta’ universal service obligation.

-amnestija tal-Income Tax

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk l-amnestija tal-Income Tax li ħarġet fl-2010 għadhiex miftuħa jew le?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-sskema dwar ħlas ta’ income tax se ddum miftuħa sat-30 ta’ Novembru 2011.

Servizz tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29035 u jgħid għaliex l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, m'għandux is-servizzi tad-dawl u l-ilma fid-dar fejn jgħix?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi s-servizz tal-elettriku gie sospiż fl-2003 minhabba nuqqas ta’ pagamenti tal-kontijiet. Wara li saru diskussjonijiet bejn il-konsumatur, il-WSC u s-Servizzi Socjali, l-konsumatur naqas milli jagħmel pjan għall-pagamenti. L-aħħar kuntatt li kien sar mall-konsumatur kien fl-2009.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — security guards

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies jaħdmu u/jew jagħmlu xogħol tas-security guards mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma sena b'sena mill-2008 sal-preżent? F'liema sena kull wieħed u/jew waħda minnhom ġew ingaġġati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Enterprise — direttur - allowances

Question

Billi dan l-aħħar kien hemm każ fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li wassal biex wieħed mill-ogħla diretturi offra r-riżenja tiegħu wara l-mistoqsija parlamentari 30183 fejn kien irriżulta li kien qed jagħmel użu minn karrozzi tal-awtorità fl-istess waqt li kellu allowance għat-trasport mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Malta Enterprise qattx investigat u jekk iva, ħaditx passi konkreti dwar għadd ta’ każijiet simili li allegatament ilhom jiġru fi ħdanha?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-Malta Enterprise ma jeżistux każijiet simili ta' persuni li jirċievu allowance għat-trasport waqt li wkoll għandhom użu esklussiv ta' karozza tal-korporazzjoni. Skont il-corporate policy li ilha fis-seħħ mill-2009, is-servizz ta' trasport tal-korporazzjoni jintuża biss f'każijiet ta' delegazzjonijiet, kif ukoll fejn isiru laqgħat f'postijiet fejn il-parkeġġ huwa diffiċli ħafna, u dan bil-għan li ma jintilifx ħin produttiv.

Pompi tad-drenaġġ fil-Pwales — inspections

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta saru l-aħħar inspections fuq il-pompi tad-drenaġġ fil-Pwales? Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk irriżultax li kien hemm xi sadd partikolari fl-inħawi ta' dawn l-istess pompi? Jekk iva, x'passi ttieħdu dwar dawn il-ħsarat?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-inspections fuq il-pompi tad-drenaġġ fil-Pwales isiru regolari u kull meta titnaddaf is-sentina. M'hemm l-ebda sadd partikolari fl-inħawi ta’ dawn l-istess pompi.

San Pawl il-Baħar — sistema tad-drenaġġ fl-inħawi ta' Veccia

Question

Wara l-ħsara li rriżultat riċentement fl-inħawi tal-Veccia f'San Pawl il-Baħar, għal dak li jikkonċerna s-sistema tad-drenaġġ, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għamlitx xi testijiet oħra fl-inħawi ta' dawn il-ħsarat? X'kienu r-riżultati ta' dawn l-inspections?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li ma saru l-ebda testijiet oħra fl-inħawi tal-ħsara. Il-main tad-drenaġġ inkiser u ġie imsewwi fl-inqas ħin possibli.

San Pawl il-Baħar — inspections fuq is-sistema tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta saru l-aħħar inspections bis-CCTV cameras, fuq is-sistema tad-drenaġġ ta' San Pawl il-Baħar? X'irriżulta minn dawn l-inspections? Jista' jagħti tagħrif jekk irriżultax li hemm xi ħsarat partikolari li għandhom jiġu rranġati fi żmien qasir?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Carers for Stray and Abandoned Felines — talba għal akkomodazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibbilità hemm li l-għaqda Carers for Stray and Abandoned Felines jieħdu post fejn jakkomodaw dawn il-qtates, speċjalment fil-belt tal-Isla?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-għaqda li qed jagħmel referenza għaliha l-Onorevoli Membru applikat għall-proprjetà ġewwa l-Isla. Bħalissa d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern qiegħed jikkunsidra din it-talba, kif ukoll qiegħed jara possibilità ta’ xi proprjetà oħra li tista’ tingħata lil din l-għaqda u għaqdiet oħra li għamlu talbiet simili għall-istess għan.

programm Eurostars — informazzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29530, jista' l-Ministru jgħid min kienet din il-kumpanija?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din il-kumpanija hija Seasus Ltd.

Air Malta — persuni li rriżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw persuni fl-Air Malta? Kemm daħlu persuni ġodda u x'inhuma d-duties tagħhom għas-sena 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Air Malta hija entità kummerċjali, u informazzjoni bħal din ma tiġix ippubblikata.

Fabbriki u kumpaniji li ma baqgħux joperaw f'pajjiżna

Question

Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 29367 u jgħid kemm kien hemm fabbriki/kumpaniji li ma baqgħux joperaw f’pajjiżna matul l-ewwel għaxar xhur tal-2010 u kemm kienu jħaddmu ħaddiema magħhom kull fabbrika/kumpanija?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Malta Enterprise — relacation tal-Corporate Headquarters

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra b’mod approssimattiv kemm mistennija tiġi tiswa r-relocation tal-Corporate Headquarters tal-Malta Enterprise minn San Ġwann għal Gwardamanga li għandu jinkludi r-refitting kollu li mistenni jsir lill-Istitut tal-Healthcare fl-ex Sptar San Luqa? Kemm mix-xogħlijiet ħarġu b’sejħa għall-offerti u kemm minnhom ħarġu b’direct order? Jista' jagħti lista tad-direct orders li nħarġu s’issa bil-valur tagħhom b’kollox?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Enemalta — Grad ta' Service Despatcher

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar ir-riżultat tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li hija impjegata mal-Korporazzjoni Enemalta u li applikat għall-post ta' Service Despatcher fil-Korporazzjoni? Jista' jgħid għaliex din il-persuna ma ġietx aċċettata meta għandha kwalifiki oltre minn dawk mitluba u saħansitra aċċettat li tinżel fil-grad u dan minħabba s-sitwazzjoni tal-familja tagħha?

Response (FENECH, TONIO)

Ix-xogħol ta’ service despatcher ma jirrikjedix li wieħed iwieġeb it-telefon u jagħmel xogħol ta’ customer care biss, iżda jinkludi koordinazzjoni ta’ xogħolijiet li jiġu mitluba normalment wara l-ħin tax-xogħol, bi żmien stipulat jew ikun xogħol ta’ emerġenza li tkun trid titlesta immedjatament. Sabiex wieħed jagħmel dan ix-xogħol, bilfors li l-kandidat irid ikollu esperjenza u tagħrif tekniku fl-apparat u għodda differenti li tintuża fil-Korporazzjoni Enemalta. Ninsab infurmat ukoll li fl-opinjoni tal-Bord tal-Għażla, ħadd mill-kandidati ma laħaq il-livell neċessarju sabiex jaħdmu dan it-tip ta’ xogħol ta’ natura importanti u sensittiva, u għal din ir-raġuni ma ntgħażel ħadd mill-applikanti.

Enquiries fuq sistema ġdida proposta dwar taxxa

Question

Jista' l-Ministru jara li l-helpline 188 tkun manned minn persuni aġġornati dwar it-tibdiliet li jkun qed jintroduċi l-Gvern għaliex f’temp ta’ ftit jiem mill- budget 'il hawn waslu rapporti li : a) persuna li għamlet enquiry dwar is-sistema il-ġdida proposta dwar taxxa qalulha li fil-każ tagħha d-DSS jiddeċiedu; b) filwaqt li f’każ ieħor minkejja li l-Gvern ħabbar li se jneħħi l-liċenzja fuq it-TVs, billi kien hemm għadd ta’ nies li rċevew kont għall-ħlas tal-liċenzja sa tmiem is-sena d-dieħla, minflok ma qalulha li dawn inħarġu bi żball u jew li wieħed ikun mistenni jħallas pro rata, qalulha li l-instructions li għandhom huma biex jgħidu lill-pubbliku li jridu jħallsu l-kontijiet kollha li joħorġu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Kumpanija Go — art fil-Qawra

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21747, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati dwar l-art tal-Qawra mal-Kumpanija GO? Jista' jgħid jekk din l-art għadhiex tidher fuq il-kotba tal-Kumpanija GO, jew jekk għaddietx lura għand il-gvern?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

informazzjoni dwar il-konsulenti fil-Ministeru tal-Finanzi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29110 u jagħti lista tal-konsulenti kollha li hemm mal-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jaqgħu taħtu flimkien mal-ħlas tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.