Tista' l-Ministru tara l-każ ta' post tal-gvern, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li fih qed jidħol l-ilma, meta dan għadu kif inbena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kostruzzjoni tal-bini imsemmi tlestiet f’Novembru 2007 u l-fond inbiegħ lil-benefiċjarji f’Mejju 2008. Minn dak iż-żmien 'il hawn il-benefiċjarji m’għamlu l-ebda llment dwar dħul ta’ ilma, b’hekk jidher ċar li l-fond inbiegħ fi stat tajjeb ta’ bini. Il-benefiċjari huma responsabbli sabiex jagħmlu kwalunkwe tiswijiet li jirriżultaw meħtieġa wara l-bejgħ tal-post hekk kif indikat fi klawżoli 7 u 9 tal-kuntratt tal-bejgħ.
Tista' l-Ministru tara jistax jintbgħat facilitator fil-Kulleġġ St.Thomas Moore Tarxien għal tifel li llum għandu erba' snin u tmien xhur u li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li huwa ftit ritardjat, però li ma ġiex dijagnostikat bl-ebda diżabilità fiżika jew mentali, peress li skont l-Educational Psychologist li assessjah, jekk dan it-tifel jingħata facilitator is-sitwazzjoni tiegħu tista' titjieb? Il-Kulleġġ St Thomas Moore aċċetta li dan it-tifel jingħata facilitator.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Learning Support Assistants jintbagħtu ġo l-iskejjel meta l-iStatementing Moderating Panel jara t-tfal u l-ħtieġijiet tagħhom u joħroġ statement of needs.
Fil-kaz imsemmi l-applikazzjoni lil dan il-
panel
waslet f’Novembru 2010, għaldaqstant għadha qed tiġi pproċessata.
Tista' l-Ministru tgħid f'liema skejjel hemm il-ħsieb li jibdew deħlin is-suġġetti vokazzjonali fis-snin li ġejjin? Meta? Min se jgħallem dawn is-suġġetti u kif qed jintgħażlu l-għalliema għal taħriġ biex jgħallmu dawn is-suġġetti? Kif qed isir it-taħriġ u min se jmexxih?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-iskejjel li ntgħażlu biex jieħdu sehem fil-proġett pilota ta’ tagħlim ta’ erba’ suġġetti vokazzjonali - suġġett vokazzjonali wieħed f’kull skola – huma kif ġej:
Skejjel Statali:
Sekondarja Subien Kulleġġ San Benedittu, Ħal-Kirkop (Computing and IT)
Sekondarja Subien Kulleġġ San Injazju, tal-Ħandaq (Engineering)
Sekondarja Subien Kulleġġ Santa Margerita, Verdala (Hospitality)
Sekondarja Subien Kulleġġ Maria Reġina, Mosta (Hospitality)
Sekondarja Subien Kulleġġ t’Għawdex (Engineering)
Sekondarja Bniet Kulleġġ t’Għawdex (Health and Social Care)
Skejjel Indipendenti
San Anton Senior School (Health and Social Care)
Sekondarja Subien, St Edward’s College (Computing and IT)
Skejjel tal-Knisja
Sekondarja Subien Stella Maris, Gżira (Engineering)
Sekondarja Bniet, St Dorothy, Żebbuġ (Hospitality)
Dawn is-suġġetti se jibdew jiġu mgħallma minn Settembru 2011 u l-proġett pilota huwa mfassal fuq sentejn.
Qabel l-għażla tal-għalliema, saru spezzjonijiet mill-uffiċjal tal-Edexcel u minn rappreżentant tad-Direttorat għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni fl-iskejjel magħżula tal-Istat u f’seba’ skejjel Indipendenti u tal-Knisja biex jiġi aċċertat li l-skejjel għandhom il-faċilitajiet u r-riżorsi meħtieġa biex ikunu jistgħu jiġu iċċertifikati li fihom jista’ jiġi mgħallem is-suġġett vokazzjonali magħżul.
L-għażla tal-għalliema tħalliet f’idejn il-prinċipali u l-kapijiet tal-iskejjel konċernati u saret minn fost l-għalliema ta’ suġġetti relatati mas-suġġetti vokazzjonali. Fejn kien hemm iktar minn żewġ għalliema ta’ dawn is-suġġetti relatati li xtaqu jieħdu sehem fil-programm pilota ta’ tagħlim ta’ suġġett vokazzjonali, saru intervisti għalihom biex jintgħażlu l-għalliema li l-aktar jitqiesu lesti biex jgħallmu dawn is-suġġetti ġodda
It-taħrig hu maqsum fi tliet fażijijet, kif ġej:
L-ewwel fażi:
Mill-14 sat-18 ta’ Frar 2011.
L-għalliema mgħażula se jkollhom kors ta’ ħamest ijiem taħriġ mal-Edexcel ġewwa Londra. Dan it-taħriġ se jkopri: għarfien tal-programm (
subject knowledge
), bżonnijiet tal-programm (
specification requirements
), u s-sistema tal-assessjar tas-suġġetti vokazzjonali tal-BTECH. Waqt it-taħriġ f’Londra l-għalliema se jkollhom l-opportunità li jżuru skejjel li qed jattwaw programmi vokazzjonali tal-BTECH bħal dawk li jkunu għażlu huma, jagħmlu sessjoni/jiet ta’ osservazzjoni mal-għalliema (
subject specialists)
f’dawn l-iskejjel, u ser jingħataw l-opportunità ukoll li anke jitkellmu mal-studenti li qed jitgħallmu suġġetti vokazzjonali.
It-tieni fażi:
Il-kors ta’ taħriġ ikompli f’Malta mill-14 ta’ Marzu 2011.
L-għalliema magħżula ser ikomplu jingħataw sebat ijiem oħra taħriġ minn Tutors tal-
Edexcel
tas-suġġetti magħżula u minn
lecturers
tal-MCAST u l-ITS.
Il-taħriġ ser ikopri:
Subject Upskilling
, il-preparazzjoni tal-
assignments
u t-
tasks
tal-
Units
magħzula għal kull suġġett, it-tħaddim tas-sistema ta’
assessjar u
Quality Assurance
, tagħrif fuq is-sistemi u l-proċeduri li jridu jitħaddmu f‘dawn il-programmi, u
lesson shadowing
fl-MCAST u fl-ITS. L-għalliema jintalbu jiktbu
assignment
s biex juru li fehmu s-sistema tat-tagħlim u l-assessjar ta’ dawn is-suġġetti vokazzjonali.
It-tielet fażi:
Din il-fażi tinvolvi lill-għalliema mit-tmiem tat-tieni fażi sat-tmiem tal-programm pilota – kemm f’dik li hija preparazzjoni tat-tagħlim u l-assessjar kif ukoll it-tħaddim tal-programm. Minn żmien għal żmien, matul is-sentejn tal-programm pilota, ser jiġu
External Verifiers
ta’ kull suġġett mill-
Edexcel
biex jissapportjaw u jimmoniterjaw lill-għalliema u wkoll biex jassessjaw ix-xogħol kollu tal-istudenti kollha li ser jipparteċipaw fit-tagħlim ta’ dawn is-suġġetti vokazzjonali.
L-għalliema se tingħatalhom l-opportunità biex, waqt it-tagħlim ta’ dawn is-suġġetti jistudjaw għad-Diploma fil-Vocational Educational Training tal-BTEC. Il-kors tat-taħriġ u l-esperjenza tat-tagħlim tas-suġġetti vokazzjonali titqies bħala parti mill-programm ta’ din id-Diploma. Permezz ta’ din id-Diploma l-għalliema jiksbu wkoll iċ-ċertifikazzjoni bħala
Internal Verifiers
.
Tista' l-Ministru tgħid kemm qed titħallas l-Edexcel għad-dħul ta' suġġetti vokazzjonali fl-iskejjel lokali? X'servizz qed tagħti f'dan il-qasam? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim dwar BTec milħuq ma' din l-aġenzija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-miżata tal-istudent għaċ-ċertifikazzjoni tal-BTEC f’dan il-livell hija ta’ mija u għaxar Liri Sterlini (£110).
It-
training
li jingħata minn professjonisti min-naħa tal-Edexcel jitħallas bir-rata fissa ta’ tmien mija u ħamsin Lira Sterlina (£850) bil-ġurnata. Din ir-rata ma tiddependix min-numru ta’ parteċipanti.
Għar-
review days
li jsiru b’mod regolari kull erba’ xhur u li għalihom jattendu uffiċjali mill-Edexcel, dawn ma jitolbu l-ebda ħlas. Ix-xogħol ta’ preparazzjoni li uffiċjal tal-Edexcel qed jagħmel fuq bażi regolari f’Malta mad- Direttorati tal-Edukazzjoni u mal-Iskejjel involuti fil-proġett pilota ta’ tagħlim ta’ suġġetti vokazzjonali ukoll qed isir bla ħlas.
Il-ftehim dwar BTEC għadu qed jiġi finalizzat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm skejjel ġodda mibnija fil-kulleġġi ta' Malta u Għawdex? Tista' tgħid matul il-ħames snin li ġejjin f'liema kulleġġi qed jiġi ppjanat li jinbnew skejjel ġodda?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-Kulleġġi ta' Malta u Għawdex hemm 6 skejjel ġodda mibnija (Kirkop, Ħandaq, Verdala, Żokrija, Għawdex u Pembroke). Fis-snin li ġejjin hemm diġà ppjanati li jiġu mibnija skejjel ġodda f'San Injazju, San Benedittu, San Tumas More u San Nikola, waqt li jsiru estensjonijiet fi skejjel oħra.
Tista' l-Ministru tgħid x'wassal biex il-Budget 2011 għall-Kunsill tal-Kwalifiki ta' Malta ikun €18,000 inqas mis-sena ta' qabel? Tista' tgħid kemm hemm nies jaħdmu ma' dan il-kunsill u kemm huwa stmat li għandu bżonn nies biex ilaħħqu max-xogħol dejjem jiżdied tiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tnaqqis ta’ €18,000 fil-budget tal-Kunsill Malti għall-Kwalifiki huwa dovut għal pjan ta’ ristrutturazzjoni li beda jsir matul is-sena 2010 u se jintemm fil-bidu tas-sena 2011 u li se jwassal biex ir-riżorsi tal-Kunsill Malti għall-Kwalifiki jingħaqdu ma’ dawk tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla (NCHE). Bħalissa fil-Kunsill Malti għall-Kwalifiki hemm ħdax il-persuna jaħdmu. It-tkabbir tar-riżorsi umani li għandu bżonn il-kunsill se jsir skond il-pjan ta’ ristrutturazzjoni li hemm bejn iż-żewġ aġenziji.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-EFL Monitoring Board naqqas il-budget bin-nofs għas-sena 2011?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tnaqqis fil-budget tal-EFL Monitoring Board huwa dovut għall-fatt li l-pagi tat-tliet impjegati li se jkunu jaħdmu mal-bord se joħorġu mill-vot għas-salarji minflok mill-vot tal-EFL Monitoring Board.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa maħsub li se jgawdu persuni mill-iskema ta' €25 fil-ġimgħa għall-ħaddiema bil-paga minima li jieħdu sehem f'taħriġ? Min se jorganizza dan it-taħriġ u fiex se jkun jikkonsisti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ għad m'għandiex l-informazzjoni neċessarja biex tindika kemm huwa maħsub li se jgawdu persuni mill-iskema ta' €25 fil-ġimgħa għall-ħaddiema bil-paga minima li jieħdu sehem f'taħriġ.
Dan il-programm se jitmexxa mil-ETC u bħalissa għaddejjin il-preparamenti neċċessarji sabiex niżguraw li l-iskema mħabbra tkun qed tindirizza il-bżonnijiet tan-nies li qed jirċievu l-paga minima.
It-taħriġ ser ikun marbut max-xogħol li wieħed ikun qed jagħmel kif ukoll biex jagħti ħiliet ġodda lil dawk li jkunu qegħdin jipparteċipaw f’dan it-taħriġ.
Tista' l-Ministru tagħti elenku xahar b'xahar fl-aħħar sena tal-ammont ta' żgħażagħ ta' bejn it-18 u 23 sena u ta' bejn 24 sa 30 sena li qed jirreġistraw għax-xogħol? Kemm hi l-medja ta' kemm iż-żgħażagħ f'kull kategorija jdumu jirreġistraw għax-xogħol qabel isibu mpjieg?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' studenti fl-Università li ġejjin minn Bormla, Birgu, Isla u Kalkara u Xgħajra lokal b'lokal maqsuma skont il-kors u s-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' studenti fl-MCAST ġejjin minn Bormla, Birgu, Isla, Kalkara u Xgħajra, lokal b'lokal maqsuma skont il-kors u s-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li ground C f'Kordin jingħata l-attenzjoni u jsirlu x-xogħol li jistħoqqlu sabiex ikun fi stat li jista' jintuża?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa qed isiru diskussjonijiet biex tinstab l-aħjar soluzzjoni sabiex dan il-ground ikun jista’ jintuża’ bl-aktar mod effettiv.
B'referenza għall-mistqosija parlamentari 11106 li ngħatat sena ilu, tista' l-Ministru tgħid kemm qed tiġi l-ispiża ta' kull kors mogħti fl-Università ta' Malta? Tista' tindika ukoll kemm hija l-ispiża ta' kull ġurnata għal kull student li jattendi l-Università ta' Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21445.
Mosta — Skola taż-Żokkrija - ground tal-atletika professjonali
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk it-track għall-atletika li se ssir fil-ground tal-iskola ta' Żokrija fil-Mosta għandhiex l-ispecifications ta' xi track tal-atletika professjonali? Tista' tgħid x'differenza se jkun hemm bejn it-track li se ssir fl-iskola taż-Żokrija u track professjonali? Tista tara li jekk ikun hemm bżonn, isir it-tibdil meħtieġ sabiex it-track li se ssir, tkun waħda li tilħaq l-specifications ta' atletika professjonali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kull track li saret fl-iskejjel il-ġodda dejjem saret fuq specifications ta’ livell internazzjonali. Ta’ min jgħid illi dan ukoll jiddependi mill-ispazju li jkun hemm. Fl-iskola ta’ Żokkrija fil-Mosta se jkun hemm ukoll 100 metres straight kif ukoll sand pit għal-long jump li hija ta’ livell internazzjonali.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm matul dawn l-aħħar tliet snin persuni li kienu qed jirreġistraw u nqatgħu mhux għax sabu impjieg imma b'deċiżjoni tad-Direttur tas-Sigurtà Soċjali jew tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-aħħar tliet snin (minn Ottubru 2007 sa Ottubru 2010) in-numru ta’ persuni li kienu qed jirreġistaw u nqatgħu mhux għax sabu impjieg imma b’deċiżjoni tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ kien ta’ 5,231.
nies li jirreġistraw li issa għandhom għajnuna soċjali
Question
Tista' l-Ministru tagħti rendikont minn Jannar 2007 sa Ottubru 2010 xahar b'xahar, kemm huma dawk li kienu jirreġistraw għax-xogħol fuq part 1 u part 2 u nqalbu fuq l-għajnuna soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn impjegati f’pajjiżna minn Jannar 2008 sax-xahar ta’ Ottubru 2010, li qegħdin jaħdmu abbażi ta’ kuntratt definit, kemm mas-settur pubbliku u anke fis-settur privat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ impjegati f’Malta u Għawdex li bdew jaħdmu bejn ix-xahar ta’ Jannar 2008 sax-xahar ta’ Ottubru 2010 u li għadhom jaħdmu s’issa, abbażi ta’ kuntratt definit (full time jew part time) kemm mas-settur pubbliku u anke fis-settur privat huwa kif ġej:-
Settur Pubbliku
Settur Privat
1,993
13,236
Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa l-ammont ta’ impjegati minn Jannar 2008 sa Novembru 2010, li qed jigu impjegati fuq bażi ta’ xogħol temporanju (dawk mhux impjegati part-time)?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ammont ta’ impjegati li bdew jaħdmu minn Jannar 2008 sa Novembru 2010 u li għadhom jaħdmu s’issa fuq bażi ta’ xogħol temporanju (impjegati
full time
biss) huwa ta’ 640.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 18905 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u li issa ġiet rifeura lilha u tgħid liema korsijiet huma ppjanati li jiftħu f'Settembru /Ottubru tal-2010 mill-Institute of Healthcare u kemm sejrin jaċċettaw studenti f'kull kors?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqisja parlamentari 18901 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid liema huma l-courses ta' taħriġ li offriet l-Institute of Health Care tal-Università ta' Malta matul is-snin 2007/08/09? Ta' liema livell kienu dawn il-korsijiet u jekk jistgħux jitkejlu jew jiġu komparati ma' livelli oħrajn bħal ngħidu aħna Livell Avvanzat jew xi diploma jew degrees oħrajn fl-Ingilterra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nonforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.