Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #8493 Sitting 113 2009-05-18 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Serq minn djar

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar kemm-il serqa minn djar kienet rapportata lill-Pulizija fl-aħħar ħames snin f'Malta u Għawdex skond il-lokalità? Jista' jingħata dettalji tal-valur misruq? Kemm-il serqa saret minn residenzi ta' persuni anzjani? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn is-serqiet ġew solvuti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn l-2004 u l-2008 ġew irrappurtati lill-Pulizija 4,273 każ ta' serq minn residenzi, 4,092 seħħew f'Malta filwaqt li 181 f'Għawdex, kif jidher fuq tabella aktar dettaljata li qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra. Għar-rigward ta' persuni anzjani li sfaw vittma ta' reati li jaqgħu taħt il-klassifika ta' serq minn residenza f'dawn l-aħħar ħames snin, huwa kif ġej:- 2004 2005 2006 2007 2008 320 469 336 240 244 Infurmat ukoll pero', illi dawn l-anzjani li l-eta' tagħhom hija minn 60 sena 'l fuq, ma jirriflettux in-numru ta' każijiet rappurtati peresss li rapport wieħed jista' jkollu fih aktar minn persuna waħda mniżżla bħala vittma. Dan barra l-fatt illi l-anzjani jistgħu ma jkunux is-sid tar-residenza fejn seħħ ir-reat, iżda jkunu jabitaw flimkien ma' persuni oħra mhux anzjani. Ninforma lill-Onorevoli Membru illi t-tagħrif mitlub fit-tieni u fl-aħħar domanda tal-Mistoqsija Parlamentari għadu qed jinġabar u jingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7969 Sitting 112 2009-05-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — numru ta' karozzi/vetturi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Ministeru tiegħu u dekasteri li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus kull xahar għal dawn il-ħteġijiet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:- Ministeru/Dekasteri Numru ta' Vetturi Rata fix-Xahar Kummissarju għar-Refuġjati 1 € 412.41 L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali 2 € 840.75 Drug Sqaud tal-Pulizija 2 € 691.80 Qrati tal-Ġustizzja 49 € 20,306.84 Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data 1 € 535.80 OIWAS 1 € 370.44 Infurmat ukoll illi fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin jinkrew karrozzi skont l-esiġenza tad-Dipartiment, bħal per eżempju f'każijiet meta l-vetturi tagħhom ikunu bil-ħsara jew meta jinqala' l-bżonn li jagħmlu xi skorti ta' ċerta importanza.

Reġistrazzjoni ta' nassaba u kaċċaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn nies reġistrati bħala nassaba matul is-sena 2008? Kemm kien hemm kaċċaturi reġistrati matul is-sena 2008? Kemm kien hemm min kellu l-liċenzja għal fniek?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi għar-rigward it-tieni u t-tielet domanda, fil-Mistoqsija Parlamentari numru 8042 diġa` ngħatat l-informazzjoni marbuta ma' persuni li huma liċenzjati. Għar rigward ta' kemm hemm persuni reġistrati bħala kaċċaturi, din qed tinġabar bħal ma hija dik dwar l-ewwel domanda u t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 11 PQ #8310 Sitting 111 2009-05-12 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Xemxija — fire engines

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il darba l-fire engines mill-fire station tax-Xemxija ntalbu jintervjenu matul ix-xhur Ottubru 2008 sa Marzu 2009 xahar b'xahar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta'interventi li wettqet il-Fire Station tax-Xemxija matul il-perjodu indikat kien kif ġej:- 2008 2009 Ottubru 55 Jannar 37 Novembru 39 Frar 38 Diċembru 58 Marzu 54
Leg 11 PQ #8357 Sitting 111 2009-05-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

preliminary questionnaires għall-applikazzjoni tal-ażil

Question

Jista' l-Ministru jispjega min hu responsabbli biex iqassam il-preliminary questionnaires għall-applikazzjoni tal-ażil lill-immigranti li jaslu Malta b'mod irregolari u f'liema stadju jitqassmu dawn il-preliminary questionnaires? Jiġi spjegat lill-immigranti mid-Detention Services Personnel jew mill-Uffiċjal tal-Kummissarjat tar-Refuġjati li l-applikazzjoni hi għall-ażil u kemm se jdumu fid-detenzjoni ladarba japplikaw?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-amministrazzjoni taċ-Ċentri Magħluqa tieħu ħsieb is-servizz ta’ tqassim tal-Preliminary Questionnaire, li huwa dokument ippreparat mill-Uffiċċju tal-Kummissarju tar-Refuġjati. Dawn id-dokumenti jitqassmu lill-immigranti ftit wara li dawn jaslu f'Malta. Skont il-Liġi l-applikazzjonijiet iridu jaslu fl-Uffiċċju tal-Kummissarju tar-Refuġjati fi żmien xahrejn mill-wasla tagħhom Malta. Ninsab infurmat illi dawn il- questionnaires huma maħsuba biex tinġabar ħafna informazzjoni għall-applikazzjoni tal-ażil. Dawn id-dokumenti ġew maqluba f'għaxar lingwi. Ta minn iżid jgħid li l-Uffiċċju tal-Kummissarju tar-Refuġjati bħalissa qiegħed fil-proċess li jniedi proġett li permezz tiegħu din l-informazzjoni tkun tista tingħata wkoll permezz ta' meżżi awdjo viżivi fil-lingwi tal-applikant innifsu. Iż-żmien li applikant jgħaddi fiċ-Ċentru Magħluq jiddependi mir-riżultat ta' l-applikazzjoni u minn jekk jappellawx minn dan. L-immigranti jingħataw it-tagħrif meħtieġ dwar il-perjodu ta’ detenzjoni u kif wieħed għandu japplika għal ażil.
Leg 11 PQ #7724 Sitting 109 2009-05-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Mtaħleb — Ċentru tal-korezzjoni SATU - nies li qed jissoktaw sentenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' Maltin li qed jissoktaw sentenza fiċ-Ċentru ta' Korrezzjoni, is-SATU, fl-Imtaħleb fil-mument? Jista' ukoll jaġġornana dwar in-numru ta' ċittadini esteri rispettivament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi sat-3 ta' April 2009, in-numru ta' Maltin li qed jiskontaw sentenza fiċ-Ċentru ta' Korrezzjoni SATU huwa 17. Infurmat ukoll li preżentement ma hemm l-ebda priġunier ta' nazzjonalita` oħra f'dan iċ-ċentru.
Leg 11 PQ #8066 Sitting 109 2009-05-11 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

immigranti irregolari — kuntatt wara li jitilqgħu mill-open centres

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk jinżammx xi forma ta' kuntatt mal-immigranti irregolari, wara li dawn joħorġu mill-open centres, u jmorru joqogħdu f'area residenzjali, fejn ikollhom il-libertà li jitħalltu (bla kontroll) mar-residenti ta' l-inħawi fejn imorru joqogħdu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi dawk l-immigranti li jitilqu miċ-Ċentri Miftuħa biex imorru joqgħodu f’żoni residenzjali huma mitluba li minn żmien għal żmien, jirrappurtaw fl-Uffiċċju Ċentrali tal-Immigrazzjoni tal-Pulizija. Barra minn hekk, dawk l-immigranti kollha li jgawdu minn xi forma ta’ protezzjoni jmorru minn rajhom fl-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati sabiex iġeddu ċ-ċertifikati meta jasslu biex jiskadu. L-uffiċċju tal-OIWAS iżommu wkoll kuntatt ma' numru ta' każijiet soċjali li jimmiraw attenzjoni.
Leg 11 PQ #8067 Sitting 109 2009-05-11 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

avukati, nutara u prokuraturi legali — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' avukati, nutara u prokuraturi legali li bħalissa għandhom warrant biex jipprattikaw il-professjoni tagħhom f'Malta u f'Għawdex? Kemm minn dawn skont il-professjoni tagħhom huma nisa u kemm huma rġiel?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif ġej:- Professjoni Nisa Irġiel Nutara 137 113 Prokuraturi Legali 39 20 Għar-rigward ta' Avukati, ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika.
Leg 11 PQ #8068 Sitting 109 2009-05-11 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

armi reġistrati — informazzjoni

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7170, jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' x'inhuma t-tipi diversi ta' armi li ġew impurtati, skond il-kategorija tagħhom, kif jidhru fir-risposta? Fl-istess ħin, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm, f'kategoriji differenti hu n-numru ta' armi reġistrati f'Malta u Għawdex preżentement, b'mod separat?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-Mistoqsija Parlamentari. Rigward l-ewwel parti tad-domanda, ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8093 Sitting 109 2009-05-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

serq minn u ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rrapurtati serq minn karozzi u/jew ta' karozzi f'Jannar, Frar u Marzu 2009, xahar b'xahar u lokalità b'lokalità?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Tipjip f'postijiet pubblici — Multa

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li l-multa li tingħata lil dawk li jinqabdu jpejpu f'postijiet pubbliċi tkun fuq bażi ta' skaletta, fis-sens li min jagħmel l-ewwel offiża ma jeħilx Lm100, iżda jeħel inqas, imbaghad f'każ ta' ripetizzjoni tal-offiża l-multa tkompli tiżdied?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-suġġeriment tagħha ser jiġi kkunsidrat ai termini tal-Artikolu 18 tal-Kap.315 tal-Liġijiet ta' Malta.

Droga illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga illegali matul is-sena 2008? X'kienet tikkonsisti din id-droga u minn fejn inqabdet mill-ajruport, minn fuq il-baħar jew diġà kienet daħlet f'Malta?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Rigward l-ewwel mistoqsija u l-ewwel parti tat-tieni mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5018. Ninsab infurmat illi l-ammont ta' droga maqbuda mill-Pulizija fl-ajruport kien jikkonsisti f' 20kg 505grms kokaina, 7kg 736.3grms eroina, 9,975 pillola ecstacy u 20kg khat, filwaqt li l-kumplament tal-ammonti kienu diġa' f'Malta.
Leg 11 PQ #8084 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Skejjen ta' immigranti illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu skejjen ta' immigranti illegali matul is-sena 2008? X'daqs kienu? X'sar minnhom jew xi ħsieb kemm li jsiru bihom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2008 daħlu f'Malta 84 dgħajsa b'immigranti illegali. Infurmat ukoll li dawn id-dgħajjes, li l-qies tagħhom kien ivarja bejn 18 u 60 pied, jinżammu mill-Forzi Armati ta' Malta.
Leg 11 PQ #8088 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni li inqabdu f'logħob tal-azzard u illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni matul is-sena 2008 li kienu qed jipparteċipaw f'logħob tal-azzard, u logħob ieħor illegali?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2008 kien hemm 36 persuna li nbdew proċeduri kriminali kontra tagħhom quddiem il-Qorti b'konnessjoni ma' logħob illegali.
Leg 11 PQ #8089 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni li nqabdu fuq ġlied tal-klieb

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2008 inqabdux xi persuni fuq ġlied ta' klieb? Jekk fl-affermattiv, kemm kien hemm? F'liema lokalità nqabdu? U x'sar f'kull każ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2008 il-Pulizija ma qabdet lil ħadd iġelled il-klieb.
Leg 11 PQ #8091 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jitlajjaw għall-prostituzzjoni matul is-sena 2008? F'liema lokalità nstabu u x'sar f'kull każ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2008 kien hemm 65 persuna li bejniethom tressqu l-Qorti 204 darba fuq akkużi ta' tlajjar għal skop ta' prostituzzjoni f'dawn il-lokalitajiet:- il-Gżira, l-iMsida, il-Marsa u l-Belt.

Belt Valletta — Serq minn djar residenzjali

Question

B'referenza għan-numru ta' serqiet minn djar residenzjali li seħħew matul is-snin 2004 sa 2008 fil-lokalità tal-Belt Valletta, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7685 u jgħid kemm tressqu nies il-Qorti u kemm instabu ħatja sena b'sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8251 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 190 u jgħid kemm kien hemm membri fil-Korp tal-Pulizija mill-1987 'l hawn li tressqu b'xi akkuża quddiem il-Qorti tal-Maġistrati? Kemm minnhom instabu ħatja? Kemm kien hemm minnhom li: (a) weħlu sentenzi ta' ħabs; (b) weħlu sentenza ta' ħabs sospiża (ċ) weħlu multi (d) weħlu sentenzi ta' conditional discharge?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #8306 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea — Communications Committee

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7778 u 8108 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u lill-Ministru għall-Politika Soċjali rispettivament u li issa ġew riferuti lilu u cioè: Tenut kont tal-konkluzjonijiet tal-Communications Committee tal-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea datat l-1 ta' Jannar li għadda - http://circa.europa.eu/Public/irc/infso/cocom1/library?l=/public_documents_2009/cocom09-11_final/_EN_1.0_&a=d - fejn jidher ċar li Malta għadha lura fl-implimentazzjoni tan-numru ta' l-Emerġenza Ewropew, jista' il-Ministru jgħid x'rakkmandazzjonijiet saru lill-Gvern f'rapport tekniku li sar ad hoc biex jigu trattati l-problemi principali fis-sistema Maltija? Kemm hi n-nefqa proposta? Meta se jigi implimentat dan ir-rapport? F'liema stadji? Jaħseb l-Ministru li jekk il-Gvern jagħżel li ma jagħmel xejn, ir-rakkmandazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea eventwalment isiru direttivi u l-proġett ikollu jitwettaq xorta waħda?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-Task Force li ġiet appuntata minn dan il-Ministeru sabiex tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tas-sistema 112, ressqet numru ta’ suġġerimenti. Għandu jingħad, pero`, illi dawn mhumiex kollha marbuta mar-rekwiżiti tal-Acquis Komunitarju relevanti. Fost ir-rakkomandazzjonijiet li saru mit- Task Force , kien hemm dawk tekniċi li jirrigwardaw is-sistema ta’ komunikazzjoni bir-radju tas-servizzi ta’ emerġenza pprovduti mill-entitajiet involuti, jiġifieri l-Pulizija, il-Protezzjoni Ċivili, l-Armata u d-Dipartiment tas-Saħħa. Ġie propost ukoll li titwaqqaf is-sistema magħrufa bħala 112 Public Safety Answering Point (PSAP), li tiġbor f’post wieħed lil dawn l-entitajiet imsemmija, u li l-bażi tagħha, iżda, tkun f’sit li ma jappartjeni lill-ebda waħda minnhom. Barra min hekk, it- Task Force irrakkomandat ukoll: - It-taħriġ u ċertifikazzjoni għall-uffiċjali tal-112 PSAP; - L-analiżi tas-sejħiet għall-għajnuna li jsiru fuq in-numru 112, li tinkludi l-monitoraġġ ta’ sejħiet pendenti u telefonati mhux imwieġba; - Il-monitoraġġ minn persuni tekniċi tal- hardwar e , software u komunikazzjoni bir-radju mħaddma mill-awtoritajiet. Skont l-estimi li għamlet it- Task Force , ir-rakkomandazzjonijiet magħmula minnha ser jiswew lill-Gvern madwar 14-il miljun Ewro. Fost id-diversi fatturi li ser jiġu meqjusa f’dan il-proġett, hemm il- cost effectiveness , kif ukoll il-flessibbilita` fis-sistema sabiex pajjiżna jkun jista’ jwettaq b’faċilita` akbar u bl-anqas spejjeż possibbli xi upgrading li jkun meħtieġ li jsir biex jibqa’ konformi ma’ normi tal-UE li jistgħu jidħlu fis-seħħ matul is-snin li ġejjin. Bħalissa l-Gvern għaddej mill-proċess li jibda jwettaq xi miżuri li għandhom iwasslu biex is-servizz ta’ emerġenza 112 ikun wieħed aktar effiċjenti u effettiv, u fl-istess ħin konformi man-normi tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, il-Gvern qiegħed isegwi mill-qrib id-diskussjonijiet li jsiru fil-kuntest Ewropew sabiex iżomm ruħu aġġornat mal-miżuri li l-Unjoni qed tipproponi li jitwettqu f'dan is-settur.
Leg 11 PQ #8311 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Uffiċjali tal-Ħabs — transfers

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk jeżistux skemi u/jew proċeduri li permezz tagħhom uffiċjali tal-ħabs isiru eleġibbli għal transfer mill-ħabs għal dipartimenti oħra tal-Gvern wara ċertu numru ta' snin ta' servizz fil-ħabs? Jekk jeżistu, jista' l-Ministru jgħid kemm iridu ikunu għaddew snin ta' servizz fil-ħabs, qabel l-uffiċjali jsiru eleġibbli għal tali trasferiment?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-uffiċjali tal-Faċilita' Korrettiva Kordin huma gradi dipartimentali, għaldaqstant ma hemm l-ebda skema jew proċedura li permezz tagħha l-imsemmija uffiċjali jsiru eliġibbli għal transfers għal dipartimenti oħra tal-Gvern.