Legislature:
Category:
Reset
Active:

Raħal Ġdid — Triq bejn Triq Kordin u Triq it-Telgħa ta’ Ras Ħanżir - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jsir xogħol fit-triq bejn Triq Kordin u Triq it-Telgħa ta’ Ras Ħanżir, f’Raħal Ġdid? Jekk iva, jista’ jgħid kemm se ddum magħluqa peress li din it-triq tintuża ħafna?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi’ Triq l-Isqof Buhagiar, bejn Triq Kordin u Triq it-Telgħa ta’ Ras Ħanżir, Raħal Gdid ġew konklużi. Ix-xogħlijiet kienu jinkludu bdil tal-main tal-ilma, bdil tal-medda tad-drenaġġ, bini mill-ġdid tal-bankini u gutters, u bini mill-ġdid tat-triq, xogħlijiet t’asfalt, żebgħa u tabelli.

Ħandaq Industrial Estate — Triq Indri Psaila u Triq John Michael Testa - Manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu inkarigat li jieħu ħsieb il-manutenzjoni ta’ Triq Indri Psaila u Triq John Michael Testa fil-Ħandaq Industrial Estate?

Response (BONETT, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-msitqosija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

CVA — Sistema ta’ Pagamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx problemi bis-sistema ta' tagħrif dwar il-ħlas tas-CVA, bil-konsegwenza li Transport Malta ma tkunx infurmata b'pagamenti li jkunu saru u allura meta jasal it-tiġdid tal-liċenzja ta' vettura jintalab ħlas li jkun diġà sar? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta bdiet din il-problema u jekk jistax jara li tiġi implimentata xi proċedura temporanja biex jiġi evitat li n-nies jagħmlu ħlas doppju?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fit-3 ta’ Ġunju sar aġġornament tal-infrastruttura kollha tal-Gvern skont l-aħjar prattiċi tal-industrija u r-rakkomandazzjonijiet tas-sigurtà. Jirriżulta illi mal-bidliet fl-infrastruttura tal-Gvern fejn huma ospitati s-servizzi tar-reġistrazzjonijiet tal-vetturi (VERA), is-soluzzjoni tas-CVA waqfet tinteraġixxi mal-VERA. Din il-problema ġiet identifikata għaxart-ijiem wara meta numru ta’ klijenti, li kienu diġà ħallsu l-kont tagħhom tas-CVA, marru biex iġeddu l-liċenzji tal-vetturi tagħhom u skoprew illi l-kont tagħhom tas-CVA kien għadu qed jidher bħala dovut. Il-MITA għenet billi identifikat il-kawża tal-problema u pprovdiet ir-rakkomandazzjonijiet meħtieġa lill-operatur tas-CVA biex tissolva l-problema. L-operatur tas-CVA qiegħed iwettaq ittestjar fuq is-setup il-ġdid tiegħu bil-għan illi jirrestawra l-konnettività mas-sistema tal-VERA fl-iqsar żmien possibbli. Fil-frattemp, l-operatur tas-CVA qiegħed joffri diversi rimedji lill-klijenti affettwati, fosthom dawn li ġejjin: 1. li jħallas hu l-bilanċ rispettiv tas-CVA direttament lill-kumpanija tal-assigurazzjoni tal-klijent u għalhekk ma jkunx hemm bżonn li l-klijent jerġa’ jħallas l-ammont, 2. li l-klijent li jkun ħallas darbtejn għall-istess kont jista’ jagħzel li jew jingħata rifużjoni immedjata, jew li jħalli tali ħlas on account u jibbenefika minn skont ta’ 10% fuq il-kont li jmiss.

Il-Mosta — Triq il-Waqqafa - Permessi biex jinfetaħ ħajt diviżorju

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’permessi relatati kien hemm biex infetaħ il-ħajt diviżorju fi Triq il-Waqqafa, il-Mosta, li jagħti għall-istabbiliment kummerċjali li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l- ħajt diviżorju infetaħ b’mod temporanju biex jitnaqqas l- inkonvenjent ta’ għeluq totali ta’ toroq fil- madwar riżultat ta’ xogħlijiet li qed jsiru f’ dik iż- żona. Kien hemm impenn illi dan l- aċċess temporanju jdum għal mhux iktar minn 8 gimgħat sakemm jinfetħu t-toroq tal- madwar. Dan ix- xogħol tlesta f' nofs iż- żmien previst u għalhekk wara 4 gimgħat reġa’ ingħalaq l- aċċess temporanju. Dan il-ftuħ tal-ħajt diviżorju indikat kienet kundizzjoni relatata mal-permess RWP1-0559/24.

Transport Malta — Kuntratti ta' karozzi tal-kiri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20295 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20078, jista' l-Ministru jgħid lil min u b'liema mod qed jitħallsu l-pagamenti relatati mal-kuntratti msemmija, f'kull kuntratt separatament?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta tħallas lill-operaturi msemmija b’mezzi ta’ Bank Transfers. Bħalissa l-Awtorità mhux qed tgħaddi pagamenti lil Princess Operations abbażi tal-freezing order li hemm maħruġa mill-Qorti. Fl-4 ta’ Lulju l-Awtorità talbet gwida minn naħa tal-Qrati ta’ Malta permezz ta’ rikors.

Mosta – Triq Lorenzo Gafà u Triq l-Indipendenza – rampa biex jaqsmu persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7019 u 18956 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir rampa għal dawk li jkunu qed jaqsmu t-triq f’Independence Avenue, salib it-toroq ma’ Triq Lorenzo Gafà, peress li dawk il-persuni li jużaw is-siġġu tar-roti, mingħajr din ir-rampa ma jkunux jistgħu jużaw il-bankina?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Santa Venera — Triq il-Kbira San Ġużepp - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett fi Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera huwa parti mill-pjan tal-Gvern biex jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Triq il-Kbira San Ġużepp tlestiet f’Ottubru 2023 u swiet €1,503,082.04 excl VAT.

Is-Siġġiewi — Triq tal-Bajjad, Triq l-Imdina - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq tal-Bajjad, parti minn Triq l-Imdina, is-Siġġiewi u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett Triq tal-Bajjad u Triq l-Imdina, Is-Siġġiewi huwa parti mill-pjan tal-Gvern biex jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Triq tal-Bajjad tlestiet f’Lulju 2023 u swiet €102,443.53 excl VAT filwaqt li Triq l-Imdina tlestiet f’Lulju 2023 u swiet €261,565.41 excl VAT.

Is-Swieqi — Triq l-Ilqugħ - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq l-Ilqugħ, is-Swieqi u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett Triq l-Ilqugħ, Is-Swieqi huwa parti mill-pjan tal-Gvern biex jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Din it-triq partikolari tlestiet f’April 2023 u swiet €129,524.38 excl VAT.

Ħal Tarxien — Triq il-Blata, Triq Sant Anna, Resurfacing works f’parti minn Triq San Anard, Triq il-Pellikani, Triq ir-Russett, Triq Xandru Farruġia, Triq l-Isqof Tumas Gargallo - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq il-Blata, Triq Sant Anna, Resurfacing works f’parti minn Triq San Anard, Triq il-Pellikani, Triq ir-Russett, Triq Xandru Farruġia, Triq l-Isqof Tumas Gargallo, f’Ħal Tarxien u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett Triq il-Blata, Triq Sant Anna, Resurfacing works f’parti minn Triq San Anard, Triq il-Pellikani, Triq ir-Russett, Triq Xandru Farruġia, Triq l-Isqof Tumas Gargallo, f’Ħal Tarxien huwa parti mill-pjan tal-Gvern biex jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Triq il-Blata u Triq Sant Anna tlestew f’Mejju 2023 u swew €78,385.55 excl VAT. Resurfacing works f’parti minn Triq San Anard tlesta f’Lulju 2023 u sewa €90,317.97 excl VAT. Triq il-Pellikani u Triq ir-Russett tlestew f’ Ottubru 2023 u swew €128,661.25 excl VAT. Triq Xandru Farruġia u Triq l-Isqof Tumas Gargallo tlestew f’Novembru 2023 u swew €137,613.93 excl VAT.

Ħaż-Żabbar — Triq il-Labour, Triq Bormla, Triq Wied il-Għajn, Triq Alessio Erardi - Part 2, Triq Kapuċċini - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq il-Labour, p/o Triq Bormla, Triq Wied il-Għajn, p/o Triq Alessio Erardi - Part 2, Triq Kapuċċini, Ħaż-Żabbar u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett Triq il-Labour, Triq Bormla, Triq Wied il-Għajn, Triq Alessio Erardi - Part 2 u Triq Kapuċċini, Ħaż-Żabbar huwa parti mill-pjan tal-Gvern biex jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Triq il-Labour tlestiet f’April 2023 u swiet €1,529,475.21excl VAT. Triq Bormla tlestiet f’Gunju 2023 u swiet €252,049.16 excl VAT, Triq Wied il-Għajn tlestiet f’ Gunju 2023, il-kont ta’ dan il-proġett għadu ma ġiex iffinalizzat, Triq Alessio Erardi - Part 2 tlestiet f’Ġunju 2023 u swiet €586,029.36 excl VAT filwaqt li Triq Kapuċċini tlestiet f’Lulju 2023 u swiet €586,029.36 excl VAT.

Ħaż-Żebbuġ — Triq l-Imdina, Mdina Road Żebbuġ (from Hunters to Siġġiewi Lights), Ħal Dwieli Alleys 2, 3, Triq Achille Ferris, Triq Pawlu Balzan, Storm water works at PO Triq il-Kandlora - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta nbeda x-xogħol fuq Triq l-Imdina, Mdina Road Żebbuġ (from Hunters to Siġġiewi Lights), Ħal Dwieli Alleys 2, 3, Triq Achille Ferris, Triq Pawlu Balzan, Storm water works at PO Triq il-Kandlora, Ħaż-Żebbuġ u meta ntemm? Kemm kien proġettat li ser jiswew dawn ix-xogħlijiet u kemm effettivament ġew jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l- Triq l-Imdina, Mdina Road Żebbuġ (from Hunters to Siġġiewi Lights), Ħal Dwieli Alleys 2, 3, Triq Achille Ferris, Triq Pawlu Balzan, Storm water works at PO Triq il-Kandlora, Ħaż-Żebbuġ huwa parti mill-pjan tal-Gvern biex jwettaq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun f’seba’ snin biex tiġi msaħħa l-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq. Triq l-Imdina, Mdina Road Żebbuġ (from Hunters to Siġġiewi Lights) tlestiet f’Marzu 2023 u swiet €148,934.23 excl VAT. Ħal Dwieli Alleys 2, 3 tlesta f’Gunju 2023 u swiet €34,875.59 excl VAT. Triq Achille Ferris u Triq Pawlu Balzan tlestew f’ Lulju 2023 u swew €156,733.36 excl VAT. Storm water works at PO Triq il-Kandlora tlesta f’Ottubru 2023 u sewa €213,708.70 excl VAT.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi - Press conferences

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru press conferences mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ, jista’ jgħid ukoll: (i) x’kienet it-tema; (ii) kemm ġiet tiswa din il-press conference; (iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.); (iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol; (v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tinġabar din l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-Advisory Cost.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħatat lill-ħaddiema mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2024 u t-8 ta' Ġunju 2024? F'liema grad/skala kienu u f'liema grad/skala tpoġġew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Il-Mosta — Triq il-Midbaħ u Triq id-Dura - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsir xogħol fi Triq il-Midbaħ u Triq id-Dura, il-Mosta, fil-ġimgħat jew xhur li ġejjin? Jekk iva, jista' jgħid meta se jibda x-xogħol u meta hu ppjanat li jkun lest?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fi Triq id-Dura, Mosta beda u diġa tlesta xogħol ta’ sevizzi ta’ Enemalta. Qed isiru preparamenti biex tibda r-rikostruzzjoni tat-triq hekk kif ix-xogħol li jinvolvi s-servizzi jkun lest. Għalkemm Triq il-Midbah ma ġietx nominata bħala waħda mit-toroq li l-Kunsill Lokali tal-Mosta ppropona li jsir xogħol fiha, nibqgħu kommessi li nkomplu nsaħħu l-infrastruttura tal-pajjiż, bil-komunitajiet jibqgħu fiċ-ċentru ta’ ħidmietna.

Trasport pubbliku — Xufiera minn barra l-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xufiera li mhumiex mill-Unjoni Ewropea hux qed jitħallew isuqu trakkijiet tal-linja meta ma jkunux għaddew mit-test tas-sewqan?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Trasport pubbliku – Xufiera minn barra l-Unjoni Ewropea — Liċenzja temporanja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xufiera tat-trakkijiet tal-linja li mhumiex mill-Unjoni Ewropea humiex jingħataw liċenzja temporanja ta’ sena għalkemm ma jkunux għaddew mit-test tas-sewqan?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Trasport pubbliku – Xufiera minn barra l-Unjoni Ewropea — Liċenzja temporanja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’jiġri meta xufiera tat-trakkijiet tal-linja li mhumiex mill-Unjoni Ewropea jingħataw liċenzja temporanja ta’ sena, u meta din is-sena tiskadi jibqgħu ma jgħaddux mit-test tas-sewqan repetutament? Jista’ jgħid jekk hemmx xi sistema kif dawn ikunu jistgħu jibqgħu jsuqu t-trakkijiet tal-linja?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Trasport pubbliku – Xufiera minn barra l-Unjoni Ewropea — Liċenzja temporanja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xufiera tat-trakkijiet tal-linja li mhumiex mill-Unjoni Ewropea li qed jingħataw liċenzja temporanja ta’ sena u li jibqgħu ma jgħaddux mit-test tas-sewqan, humiex jintbagħtu Sqallija biex meta jiġu lura terġa’ tibda tgħodd sena oħra għal liċenzja temporanja?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Trasport pubbliku – Xufiera minn barra l-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Malta Public Transport hix tħallas l-ispejjeż ta’ vjaġġ u trasport biex xufiera tat-trakkijiet tal-linja li mhumiex mill-Unjoni Ewropea u li ma jkunux għaddew mit-test tas-sewqan jintbagħtu Sqallija biex meta jiġu lura jkunu jistgħu jirċievu liċenzja temporanja oħra għal sena?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.