Peress li l-Ministru kien qal li fis-seba' snin li ġejjin, il-Ministeru tiegħu se jkun qed jonfoq mal-mitt miljun ewro fis-sena f'xogħlijiet ta' toroq madwar Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq proġettati li jsiru, sena b'sena, fil-lokalità tal-Qrendi? Fiex se jkun jikkonsisti x-xogħol? Jista’ jgħid meta se jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq? Kemm hu proġettat li se jiswa dan ix-xogħol?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed isir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Peress li l-Ministru kien qal li fis-seba' snin li ġejjin, il-Ministeru tiegħu se jkun qed jonfoq mal-mitt miljun ewro fis-sena f'xogħlijiet ta' toroq madwar Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq proġettati li jsiru, sena b'sena, fil-lokalità taż-Żurrieq? Fiex se jkun jikkonsisti x-xogħol? Jista’ jgħid meta se jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq? Kemm hu proġettat li ser jiswa dan ix-xogħol?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed isir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista' l-Ministru jieħu azzjoni sabiex jinbena l-ħajt li kellu jinbena minn Transport Malta fi Triq Patri Ġuże Delia fil-Mosta? Peress li l-bini ta' dan il-ħajt kellu jieqaf għaliex ġie mwaqqaf mill-Awtorità tal-Ippjanar, u ta' min wieħed jinnota li dan il-ħajt kien mitlub jinbena għaliex oriġinarjament, meta nfetħet it-triq, dan il-ħajt qatt ma inbena, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji peress li n-nuqqas ta' dan il-ħajt qed ikun ta' periklu għall-karozzi li jkunu għaddejjin mill-istess triq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol twaqqaf mill-uffiċjali tal-infurzar tal-Awtorità tal-Ippjanar minħabba li x-xogħol biex jittella l-ħajt ma kienx qed isir mill-kuntrattur skont il-permess uffiċjali.
Sadanittant, uffiċjali ta’ Transport Malta ċċekkjaw dwar x’jista’ jsir mal-Awtorità tal-Ippjanar, u jidher li ma tistax tintefa’ applikazzjoni ta’ żvilupp għal dan il-ħajt peress li t-triq qatt ma nfetħet il-wisa’ kollha kif skemata fil-Pjan Lokali u l-post fejn għandu jigi mtella’ l-ħajt għadu jaqa’ barra ż-żona tal-iżvilupp.
Kemm l-Awtorità tal-Ippjanar u Transport Malta qed jaħdmu biex jekk fil-preżent hemm xi periklu tinstab soluzzjoni malajr kemm jista jkun.
Awtorità tal-Ippjanar – skema ta’ tnaqqis ta’ taxxa jew boll relatat ma’ akkwist jew trasferimenti ta’ proprjetà — ċertifikati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu ċertifikati mill-Awtorità tal-Ippjanar relatati mal-iskema maħruġa mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni f’dak li għandu x’jaqsam tnaqqis ta’ taxxa jew boll relatat ma’ akkwisti jew trasferimenti ta’ proprjetà?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn mindu l-iskema ġiet effettiva wara l-approvazzjoni tad-diskors tal-Baġit għall-2018, mill-31 t’Ottubru 2017 sat-12 ta’ Jannar 2018, l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet 118 ċertifikat għal bini li jinsab fiż-żona ta’ Konservazzjoni Urbana u/jew Skedat fi Grad 1 jew 2 relatat mal-iskema maħruġa mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni f’dak li għandu x’jaqsam mat-tnaqqis ta’ taxxa jew boll relatat ma’ akkwisti jew trasferimenti ta’ proprjetà.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ħadet l-Awtorità tal-Ippjanar f’dak li għandu x’jaqsam mat-trasport tal-impjegati tagħha stess? X’qed tagħmel l-Awtorità biex dawn l-inizjattivi jiġu adottati minn dipartimenti jew entitajiet oħrajn?
Response (BORG, IAN)
Fl-2015, il-MEPA (predeċessur tal-PA) nediet kwestjonarju intern biex tanalizza x'possibiltajiet kien hemm dwar miżuri sostenibbli ta' Trasport għall-Impjegati tagħha. B'rizultat ta' dan, ġew imfassla diversi inizjattivi sabiex inaqqsu id-dipendenza ta' l-impjegati fuq il-karozza. B'hekk jintlaħqu diversi għanijiet li jikkontribwixxu għal titjib fil-kwalita tal-ħajja u l-ambjent. L-għanijiet jinkludu:
a) Tnaqqis ta' karozzi mit-toroq
b) Tnaqqis għall-ħtiega tal-parkeġġ
c) Kontribuzzjoni għal tnaqqis fl-istorbju
d) Kontribuzzjoni għal titjib fil-kwalita ta' l-arja
e) Użu aktar effiċjenti tal-ħin u tal-fjuwil (li fuq skala kbira jiġu ffrankati minħabba il-kontribuzzjoni biex tonqos il-konġestjoni)
f) Anqas
wear and tear
tal-karozzi privati li jużaw l-impjegati
g) Traġitti ħielsa mill-istress ikkawzat mis-sewqan.
B'riżultat ta' dan, L-Awtorità ta' l-Ippjanar adottat numru ta' inizjattivi li jinkludu:
1) Rifużjoni tal-ispejjeż għal min juża il-karozzi tal-linja permezz ta' "Tal-Linja Card". Dan japplika wkoll għal tragitti taħt l-iskeda regolari tal-Malta Public Transport wara l-ħin tax-xogħol. B'hekk l-użu ta' dan il-mezz ta' trasport jiġi b'xejn.
2) Servizz ta' minivan b'xejn fuq żewġ rotot bejn id-dar u-xogħol. Dawn is-servizzi jintużaw f'ħinijiet fejn ikun hemm anqas konġestjoni fit-toroq.
3)
Allowance
ta' €312 fis-sena għal min jivjaġġa bejn id-dar u l-Awtorità bil-mixi. Din is-somma tista’ tintuża wkoll biex f'każijiet fejn l-individwu ma jkunx jista jimxi, ikun jista juża l-
allowance
biex juża il-karozza tal-linja jew wieħed mill-inizjattivi oħra tal-
green transport
ta' l-Awtorità.
4)
Allowance
ta' €312 fis-sena għal min jivjagga bejn id-dar u l-Awtorità bir-rota. Din is-somma tista’ tintuża wkoll biex f'kazijiet fejn l-individwu ma jkunx jista' juża r-rota, ikun jista' juża l-
allowance
biex juża l-karozza tal-linja jew wieħed mill-inizjattivi oħra tal-
green
transport
tal-Awtorità. L-Awtorità tipprovdi wkoll kenn għar-roti mill-elementi kif ukoll
showering facilities
.
5)
Allowance
ta' €312 fis-sena għal min jivjagga bejn id-dar u l-Awtorità bil-mutur. Din is-somma tista’ tintuża wkoll biex f'każijiet fejn l-individwu ma jkunx jista’ juża l-mutur, ikun jista’ juża l-
allowance
biex juża l-karozza tal-linja jew wieħed mill-inizjattivi oħra tal-
green
transport
tal-Awtorità
6) Rifużjoni tal-ispejjez jekk wieħed juża s-servizz bil-baħar fil-Port il-Kbir jew il-port ta' Marsamxett. Barra minn hekk l-Awtorità tipprovdi Trasport b'xejn lejn u lura lejn il-post minn fejn jiġi pprovdut is-servizz tal-laneċ
7) Parkeġġ riservat ġewwa l-Awtorità fejn mill-anqas żewġ individwi jużaw karozza waħda biex jivjaġġaw bejn ix-xogħol u d-dar.
8) Vettura lesta biex titrasporta l-istaff f'kaħ ta' emerġenza. Xi wħud indikaw li jużaw il-karozza privata biss minħabba biża li jista' jinqala xi ħaġa d-dar, l-iskola, l-Isptar u postijiet oħra, u jkun hemm bżonn li jitilqu malajr mill-post tax-xogħol. Biex tħajjar dawn l-individwi jużaw mezzi aktar sostenibbli, dawn l-individwi jiġu pprovduti b'vettura u xufier ħalli f'każ ta' emerġenza jkunu jistgħu jitilqu malajr mill-post tax-xogħol.
9) L-Awtorità qed tuża tlett karozzi
hybrid
li jikkontribwixxu għal sewqan li minn l-att ambjentali huwa aktar sonstenibbli u jiġu wżat il-fjuwil b'mod aktar effiċjenti.
Barra minn dawn l-inizzjattivi, l-Awtorità wessgħet il-ħinijiet tal-flexitime u fejn hu possibli jintuża t-Teleworking. Iż-żieda fil-flexi-time, apparti li hija miżura family friendly, tgħin ukoll biex xi impjegati jużaw perjodi li fihom ikun hemm anqas konġestjoni. It-Teleworking huwa wkoll miżura familyfriendly li wkoll iwassal biex jew jiġu evitati l-ħinijiet meta jkun hemm aktar konġestjoni jew saħansitra biex ċertu xogħol ikun jista' jsir mid-dar u għalhekk ma jkunx hemm il-ħtiega ta' vjaġġar fit-toroq.
Qabel ma ġew varati dawn l-inizjattivi (li bdew jitħaddmu lejn in-nofs tal-2016) saru diskussjonijiet interni li kienu jinvolvu wkoll l-
Unions
li jirrapreżentaw l-impjegati li jaħdmu fi ħdan l-Awtorità. S'issa, hemm madwar mitt impjegat minn madwar erba' mija li jużaw l-imsemmija inizjattivi. Hemm ukoll persuna li bħala parti mix-xogħol tagħha jinkudi l-immaniġar ta' dawn l-inizjattivi.
L-Awtorità bħalissa qed tesplora wkoll inizjattivi oħra li jistgħu jiddaħħlu aktar 'il quddiem. Dawn jinkludu - użu ta' roti u muturi elettriċi pprovduti mill-Awtorità, konverżjoni tal-flotta tal-Awtorità għal magni PHEV (
Plug in hybrid electric vehicle
) u BEV (
Battery electric vehicle
) u miżuri oħra ta' trasport aktar sostenibbli jew miżuri biex jitnaqqsu l-karozzi mit-toroq u/jew titnaqqas il-ħtiega għal parkeġġ. Hemm ukoll avvenimenti partikolari jew sitwazzjonijiet fejn l-Awtorità tipprova tuża miżuri biex inaqqsu l-użu tal-karozza. Dawn jinkludu servizz ta' trasport bil-
minivan
lill-grupp ta' impjegati li qed isegwu kors fl-Università ta' Malta, l-użu ta'
minivan
jekk ikun hemm il-ħtieġa ta' trasport ta' numru kbir ta' staff lejn destinazzjoni komuni fl-istess ħin u eżempji oħra bħal dawn.
L-Awtorità hija konxja li l-effett ta' dawn il-miżuri jkun limitat ħafna jekk jintuża biss mill-impjegati tal-Awtorità. Għalhekk kien hemm impenn mill-bidu sabiex l-esperjenzi li jinkisbu minn dawn l-inizjattivi jiġu esternalizzati b'mod aktar wiesa'. Dan sar b'diversi modi li jinkludu:
a) Laqgħat individwali li saru ma aħenziji tal-gvern jew oqsma mis-settur privat
b) Artikli fil-gazzetti
ċ) Intervisti fuq diversi mezzi tax-xandir (radju u televiżjoni)
d) Artikli fuq il-websajt taL-Awtorità
e) Preżentazzjonijiet lill-għaqdiet kostitwiti
f)
Link
apposta fuq il-websajt tal-Awtorità bħala punt ta' riferenza għal dawn l-inizjattivi (
http://www.pa.org.mt/en/the-green-way
). Din il-
link
tinkudi wkoll
video
li jgħin biex wieħed jifhem aħjar dawn il-miżuri.
ġ)
Seminar
għas-settur pubbliku u dak privat li sar nhar 20 ta' Settembru 2017. Għal dan is-seminar kien attenda wkoll is-segretarju Parlamentari l-Onor. Chris Agius li hu responsabbli għall-Ippjanar u s-Suq tal-Propjeta.
L-Awtorità hija impenjata li tkompli taħdem sabiex ittejjeb fuq dawn l-inizjattivi u taħdem ma kull minn hu interessat sabiex titjieb is-sitwazzjoni tat-trasport permezz ta' aktar użu ta' mezzi sostenibbli ta' trasport kif ukoll miżuri li jgħinu sabiex jew jonqos in-numru ta' vetturi mit-toroq tagħna, u/jew dawn il-vetturi jintużaw f'ħinijiet li jevitaw il-ħinijiet tal-akbar konġestjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu permessi tal-bini li jiffaċilitaw il-ħolqien ta’ impjiegi u kemm hu stmat li hu n-numru potenzjali ta’ dawn l-impjiegi? Jista’ jispeċifika f’liema qasam jew settur inħoloq dan il-potenzjal?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3369, l-Awtorità tal-Ippjanar ma żżommx l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant u għaldaqstant ma tistax tagħti l-informazzjoni kif mixtieqa. Fis-sena 2017, l-Awtoritá ddeċidiet u approvat disa’ t’elef mitejn u ħmistax-il applikazzjoni ( 9215) planning applications)) għal żviluppi differenti.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq residenzjali fis-Seba’ Distrett Elettorali li l-Gvern Ċentrali se jasfalta fl-2017?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq residenzjali fit-Tmien Distrett Elettorali li l-Gvern Ċentrali se jasfalta fl-2017?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq residenzjali fid-Disa’ Distrett Elettorali li l-Gvern Ċentrali se jasfalta fl-2017?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq residenzjali fl-Għaxar Distrett Elettorali li l-Gvern Ċentrali se jasfalta fl-2017?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq residenzjali fil-Ħdax-il Distrett Elettorali li l-Gvern Ċentrali se jasfalta fl-2017?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq residenzjali fit-Tnax-il Distrett Elettorali li l-Gvern Ċentrali se jasfalta fl-2017?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Awtorità tal-Ippjanar – Żvilupp fi Strategic Open Gap
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji li fuqhom l-Awtorità tal-Ippjanar tiddeċiedi li tippermetti żvilupp fi Strategic Open Gap?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Strategic Open Gaps huma żoni identifikati f’erba pjanijiet lokali tal-2006 jiġifieri Central Malta Local Plan, North West Local Plan, South Malta Local Plan u l-Gozo and Comino Local Plan u l-kriterji jinsabu fil-policies CG25, NWCO11, SMCO10 u GZ-SETL-2 rispettivament. Kopja tal-policies qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw permessi ta’ żvilupp f’żoni definiti bħala Strategic Open Gap mill-2013 sal-lum u jaqsamhom sena b’sena u lokalità b’lokalità?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2724, l-Awtorità tal-Ippjanar approvat 513 f’żoni definiti bħala Strategic Open Gapmill-2013 sal-lum. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tagħti l-informazzjoni maqsuma skont kif staqsa l-Onor. Interpellant.
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet deċiżi u approvati mill-1 ta' Jannar 2013 li s-sit tagħhom jaqa jew parzjalment jaqa f’żona definita bħala Strategic Open Gap.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal Animal Enclosures (abbażi tal-Rural Policy & Design Guidelines 2014), sena b'sena mill-2014 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2866, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat 10 applikazzjonijiet għal żvilupp relatat ma’ Animal Enclosures mill-1 ta' Jannar 2014 sal-lum. Dawn l-applikazzjonijiet ġew ivvalidati jew ippublikati fis-sena 2017. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-1 ta' Jannar 2014 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm il-kelmiet segwenti.
·
Animal + Enclosure/s
kif msemmija fir-
Rural Policy & Design Guidelines,
2014.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għall-Swimming Pools li mhumiex f’żona ta’ żvilupp jew f’żona ta’ konservazzjoni urbana, sena b’sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2867, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat 326 applikazzjoni tal-Ippjanar (Planning Applications) u ħames applikazzjonijiet tad-DNO (Development Notification Order) għal żvilupp relatat ma’ bini jew alterazzjonijiet ta’ swimming pools mill-1 ta' Jannar 2013 sal-lum. Anness hawn tabelli li jagħtu n-numru ta’ applikazzjonijiet (PAs u DNOs) ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra listi ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
PAs
2013
37
2014
38
2015
73
2016
91
2017
87
DNOs
2013
3
2016
2
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-1 ta' Jannar 2013 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm xi waħda mill-kliem segwenti.
·
pool
·
swimming
· pixxina
· għawm
Proġett ta’ Pjazza Tritoni, d-Daħla tal-Belt u tad-Ditch
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett ta' Pjazza Tritoni u d-daħla tal-Belt Valletta flimkien mad-Ditch hux se jkun lest sal-aħħar tas-sena 2017 kif kien imħabbar diversi drabi? Kemm se jiġi jiswa b'kollox dan il-proġett u min huma l-kuntratturi li ngħataw ix-xogħol kollu konness ma’ dan il-proġett?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol tar-restawr tal-funtana tat-Tritoni sar mill-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, u kien jinkludi:
· ir-restawr tal-figuri tal-Bronż u t-Travertin
· sistemi ġodda ta’ dwal u ilma
· il-bini ta’ kmamar taħt l-art u mina bil-għan li jitqiegħed l-impjant fejn jissaffa l-ilma u li jkun hemm spazju adekwat għall-pompi
Dan ix-xogħol se jkun sewa kważi erba’ miljun ewro u ġie kuntrattat lil Sea Fountain One Joint Venture. Fir-rigward tal-bqija tax-xogħlijiet f’din il-Pjazza u fid-ditch, nitolbok tressaq id-domanda lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2997 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ Public Services Garages liċenzjati biex joperaw f’pajjiżna u għal kull garaxx jgħid kemm għandu vetturi reġistrati miegħu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ Public Services Garages liċenzjati biex joperaw f’pajjiżna huwa ta’ 864 u n-numru totali ta’ vetturi reġistrati ma dawn l-imsemmija garages huwa ta’ 12,483.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2996 u jgħid kemm hawn individwi li għandhom it-tag tas-sewwieq maħruġ minn Transport Malta u jaqsam l-informazzjoni skont it-tip ta’ tag rispettivi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija hawn taħt
Buses and Minibuses – 4,973
Minibuses only – 4,078
Chauffeur driven vehicles – 5,659
Karozzini – 143
White taxi – 799
Public Services Garage — Qafas li jirregola s-servizz provdut
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2998 u jgħid jekk jeżistix xi forma ta’ qafas li permezz tiegħu jirregola s-servizzi provduti mill-Public Service Garages f’pajjiżna u jekk iva, ipoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat, illi l-Public Service Garages u s-servizzi minnhom provduti huma regolati b’dispożizzjonijiet ta’ liġi illi nsibuhom fil-Leġislazzjoni Sussidjarja 65.11 – Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur.
Il-Public Service Garages għandhom żewg funzjonijiet -:
1. Dawk illi jikru lil terzi, vetturi u
motor cycles
għall-kiri biex dawn jinstaqu mill-kerrej; u
2. Dawk illi jikru vetturi
self-drive
li jistgħu jinstaqu mis-sid tal-
public service garage
jew impjegati tiegħu.
Sallum, għadu mhux provdut is-servizz li muturi jinstaqu mis-sid tal-public service garage jew impjegati tiegħu, jiġifieri mhux mill-persuna li tikri l-mutur, b’din tal-aħħar tkun passiġġiera. Għalkemm dan is-servizz għadu mhux disponibbli kif diġà huwa bil-vetturi, jiena mgħarraf illi ġie reġistrat interess biex anke jibda jingħata dan it-tip ta’ servizz, għaliex f’dawn l-aħħar snin il-qasam tat-trasport esperjenza espansjoni qawwija li tirrispondi għat-tkabbir ekonomiku bla preċedent illi kellu pajjiżna.
Public Service Garage jista’ joffri jew servizz jew ieħor jew inkella ż-żewġ servizzi hawn fuq imsemmija.
Sabiex operatur ikun jista’ joffri wieħed minn jew iż-żewġ servizzi hawn fuq imsemmija, bilfors li jrid ikollu liċenzja ta’ public service garage maħruġa lilu minn Transport Malta u dan kif jipprovdi r-Regolament 62 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 65.11.
Il-vetturi li jkunu jistgħu jintużaw b’mod kif imsemmi hawn fuq, jiġu mniżżla fil-liċenzja tal-public service garage.
L-istess regolamenti jipprovdu gwida dwar ċertu apparat ta’ sigurta’ li għandu jkollhom vetturi għall-kiri kif ukoll sinjali li juru li fihom ma jistax isir tipjip.