Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei — Kura tas-saħħa mentali akuta u kronika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fid-diskorsi qabel il-baġit issemma ward/wards għal kura tas-saħħa mentali akuta u kronika fl-Isptar Mater Dei u fil-baġit issemma biss kura psikjatrika akuta f’Mater Dei?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – investiment fuq ambulanzi

Question

B’referenza għall-investiment ta' 'l fuq minn €7 miljun f'ambulanzi fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, jista’ l-Ministru jaqsam dan l-ammont skont in-nefqa li saret u jispjega fiex saret kull nefqa rispettiva?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-investiment relatat mal-ambulanzi l-ġodda allokat għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex jammonta għal total ta’ 7.095 miljun ewro. Dan jinkludi l-provista ta’ sitt ambulanzi ġodda b’tagħmir mediku. Din l-ispiża hija maqsuma fuq disa’ snin u t-terminu tal-kuntratt beda f’Mejju li għadda. Il-ftehim jirrigwardja xiri ta’ żewġ ambulanzi li diġa qed jintużaw u fi żmien tmien xhur jingħataw erba’ vetturi oħra biex b’hekk l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex ikun mgħammar b’sitt ambulanzi ġodda. B’dan l-investiment, Għawdex ser ikollu sptar mgħammar b’ambulanzi ġodda u tal-istess kwalità u livell bħal dak f’Malta.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — rendikont ta’ nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tan-nefqa f’attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi li saru mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħtu għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-23 ta’ Settembru 2024? Għal kull attività, jista’ jagħti: a. L-isem l-attivita; b. L-iskop tal-attività; c. It-tip ta’ attività (press conference eċċ.); d. Id-Data tal-attività; e. Il-post fejn saret; f. Rendikont dettaljat tan-nefqa (kiri tal-post, backdrops, sistema tas-sound, dwal, materjal ippubblikat, eċċ); u g. Reklamar u/jew promozzjoni marbuta mal-attività?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Kif l-Onor. Interpellant konxja, ladarba kienet hi wkoll tagħmel parti f’tim ta’ tmexxija għall-organizzazjoni ta’ attivitajiet simili, it-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabru mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati. Ninformaha li l-organizzazjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif hinu l-każ f’kumpaniji li jtulu.

Residenza San Vinċenż De Paul — Welfare hampers

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20654 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u jgħid jekk tqassmux Welfare hampers lill-anzjani fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern, inkluż ir-Residenza San Vinċenz De Paul, mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? i. Jekk le, għaliex twaqqfu? ii. Jekk iva, min kien/u l-fornitur/i? iii. Kemm tqassmu hampers kull darba? iv. Kemm-il darba tqassmu hampers matul kull sena partikolari, sena b’sena? v. Kemm sewa kull hamper? vi. Fiex kien jikkonsisti kull hamper? vii. Kif intgħażlu l-fornituri, jekk hux b’tender jew b’modi oħrajn?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni, għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

CfT CA Unique CPSU2560/24 — 019-6080/24 - Direct order

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti u għala nħasset il-ħtieġa li tinħareġ id-direct order 'CfT CA Unique CPSU2560/24 - 019-6080/24 - Negotiated procedure for the provision of Ancillary Services relating to office space lease at Swatar premises to Mater Dei Hospital'? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-valur u għal kemm hu l-perjodu ta' żmien ta' din id-Direct Order?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-proċess għadu fi stat ta’ evalwazzjoni.

Faċilità San Vincenz de Paul – Human Resources — Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ impjegati li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Human Resources fil-Faċilità San Vincenz de Paul? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm persuni f’kull grad u kemm minnhom jaħdmu mal-Gvern u kemm minnhom jaħdmu mal-kuntrattur?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat, li n-numru ta’ impjegati li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Human Resources fil-Faċilità San Vincenz de Paul huwa ta’ (34) erbgħa u tletin impjegat, li minn dawn hemm disa’ (9) impjegati tal-kuntrattur fil-grad ta’ Skrivan/a, kif ukoll impjegata tal-Engineering Resources Ltd.

Faċilità San Vincenz de Paul – Diretturi

Question

Jista’ l-Ministru jelenka d-Diretturi kollha li jaħdmu fil-Faċilità San Vincenz de Paul?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li d-Diretturi f’San Vinċenz de Paul huma: · Director Nursing Services ; · Medical Director (Agent); · Director Support Services ; · Director Operations .

Faċilità San Vincenz de Paul – Trasport għal kampjuni tad-demm

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex it-trasport ta’ kull kampjun tad-demm mill-Faċilità San Vincenz de Paul isir bis-servizz ta’ trasport privat meta l-Faċilità għandha x-xufiera tagħha?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li x-xufiera ġewwa SVP jaħdmu matul il-jum biss. Il-kampjuni tad demm jiġu trasportati lejn MDH matul il-lejl.

Faċilità San Vincenz de Paul – Trasport għal kampjuni tad-demm — Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għat-trasport tal-kampjuni tad-demm mill-Faċilità San Vincenz de Paul għall-Isptar Mater Dei fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din i-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li n-nefqa totali fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024 hija ta’ €70,327.

Faċilità San Vincenz de Paul – Active Ageing Promotion Unit — Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fl-Active Ageing Promotion Unit fil-Faċilità San Vincenz de Paul? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-grad ta’ kull impjegat li jaħdem f’dan il-Unit?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li hemm sitta u tletin (36) impjegat jaħdmu fl-Active Ageing Promotion Unit fil-Faċilità San Vincenz de Paul.

Faċilità San Vincenz de Paul – Events Team — Sejħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex inħasset il-ħtieġa li tinħareġ call fid-19 ta’ Settembru 2024 sabiex impjegati li jaħdmu fil-Faċilità San Vincenz de Paul jibdew jaħdmu mal-Events Team fil-Faċilità meta l-istess Faċilità diġà għandha Events team tagħha? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni applikaw għal din il-post u kemm intgħażlu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li ma kien hemm ebda call li nħarġet fid-19 ta’ Settembru 2024 biex impjegati jibdew jaħdmu mal-Events Team. Din kienet biss memo interna biex dawk il-ħaddiema li jkunu jixtiequ jgħinu volontarjament fl-attivitjiet li jiġu organizzati f’San Vinċenz de Paul, nagħtuhom din l-opportunitá. Fil-fatt, ħafna mill-ħaddiema jagħtu l-kontribut tagħhom f’dawn l-attivitajiet fil-ħin liberu tagħhom. M’hemm ebda ħlas marbut ma’ din l-inizjattiva i¿da dan sar biss biex inkunu f’po¿izzjoni li noffru aktar varjetá’ fl-attivitajiet li norganizzaw għar-residenti tagħna kif ukoll f’attivitajiet li fihom jieħdu sehem l-impjegati u li fihom jinġabru flus għal għaqdiet mhux governettivi. Fost dawn l-attivitajiet organizatti hemm Car Wash Day, Open Days, Christmas Village eċċetra...

Sptar Mater Dei — Ħaddiema tal-G4S - Ħlas għall-parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser tibqa’ l-prassi li ħaddiema tal-G4S fl-Isptar Mater Dei jħallsu tal-parkeġġ waqt li jkunu qed jaqdu dmirijiethom fuq il-post tax-xogħol bħal ħaddiema l-oħrajn?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li hemm kuntratt bejn l-Isptar Mater Dei u l-kumpanija G4S u dan qed jiġi onorat.

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — Podjatra full time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma hemmx podjatra full time fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għad-detriment tal-pazjenti fl-isptar speċjalment dawk il-pazjenti li jdumu rikoverati fl-istess sptar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fil-preżent, is-servizz ta’ podjatrija għall-pazjenti fis-swali kollha tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex qed jiġi pprovdut minn podjatra fuq bażi regolari w skond il-bżonn. Il-pazjenti li jdumu rikoverati fl-Isptar qed isirilhom assesjar ibbażat fuq kriterji inkluż il-frekwenza stabiliti mill-istess podjatra/i responsabbli minn dan is-servizz.

Sptar Mater Dei – Dipartiment tad-dentistrija – lista ta’ stennija għal appuntamenti follow-up

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21330 u jgħid kemm hi l-lista ta’ stennija għal appuntament follow-up fid-Dipartiment tad-Dentistrija tal-Isptar Mater Dei?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li bħalissa, hemm 95 persuna jistennew appuntament għall-follow-up fid-dipartiment tad-dentistrija, u ilhom jistennew aktar mill-perjodu stipulat fiċ-Charter tal-Pazjent. Ikun hemm bosta’ raġunijiet għala dan il-perjodu jinqabeż. Nassigura lill-Onor. Interpellant li jsir kull sforz sabiex f’każijiet urġenti ma jkun hemm ebda dewmien biex dan isir. Biex il-perjodu tal-istennija dejjem ikompli jonqos, inbdew sessjonijiet extra filgħaxijiet.

Sptar Mater Dei – Dipartiment tad-Dentistrija — lista ta’ stennija għal appuntamenti ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21329 u jgħid kemm hi l-lista ta’ stennija għal appuntament ġdid fid-Dipartiment tad-Dentistrija tal-Isptar Mater Dei għall-adulti u għat-tfal?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li bħalissa, hemm 2,394 persuna jistennew għal appuntament ġdid fid-dipartiment tad-dentistrija, u ilhom jistennew aktar mill-perjodu stipulat fiċ-Charter tal-Pazjent. Ikun hemm bosta’ raġunijiet għala dan il-perjodu jinqabeż. Nassigura lill-Onor. Interpellant li jsir kull sforz sabiex f’każijiet urġenti ma jkun hemm ebda dewmien biex dan isir. Biex il-perjodu tal-istennija dejjem ikompli jonqos, inbdew sessjonijiet extra filgħaxijiet u hemm il-ħsieb li toħroġ espressjoni ta’ interess biex isiru sessjonijiet fil-privat.

Sptar Mater Dei — Uniformijiet lill-Professjonisti tas-Saħħa

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21344, jista’ l-Ministru jgħid meta lill-professjonisti tas-saħħa tal-allied health professionals fl-Isptar Mater Dei ser jingħataw l-uniformijiet wara li kellhom jistennew snin biex ittieħdu l-qisien u issa ilhom xhur li ttieħdu dawn il-qisien?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li skond id-dati stipulati mit-tender, l-unifomijiet bdew il-process ta’ importazzjoni lejn Malta u li dan l-perjodu sa jieħu bejn erba u ħames gimgħat. Għalhekk d-data tal-kunsenja hija mistennija matul Novembru 2024.

Parkinson's Disease — Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-mediċini Stalevo u Ropinerole għal dawk li jbatu mill-Parkinson's Disease għadhomx out-of-stock? Jekk iva, jista' jgħid meta huwa maħsub li jerġgħu jkunu disponibbli?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li Stalevo u Ropinorole 0.25mg huma disponnibli. Ropinorole 1mg u 5mg għadhom ikunu disponibbli f’dawn il-jiem.

Parkinson's Disease — Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk waslitx kunsinna ta' mediċini Stalevo u Ropinerole tal-Parkinson's Disease li kienu skaduti? Jekk iva, jista' jgħid kemm ġiet tiswa lill-Gvern?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Għall-ewwel parti tal-Mistoqsija, ninform lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22153. Ninsab infurmat Stalevo ġie jiswa Euro 43,848. Għall-Ropinorole hemm proċess fuq il-kont ta’ min suppost ġab il-kunsinna fil-ħin u għalhekk l-ispiża u l-penali jagħmel tajjeb għaliha l-kuntrattur. Għall-Ropinorole, il-kuntratt ġie ffirmat u hemm ordni urġenti li trid tiġi evalwata.