Jista' l-Ministru jispjega aħjar x'għandu f'moħħu meta jgħid li jrid jagħmel health insurance fuq bażi nazzjonali?
Response (DALLI, JOHN)
Il-Gvern qiegħed jikkunsidra mudelli differenti sabiex jiżgura s-sostenibbilita' tas-sistema tas-saħħa fit-tul. Informat li bħalissa ma hemm ebda proposti konkreti f'dan ir-rigward.
Peress li qed issir ħidma kontinwa biex ikunu antiċipati l-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol u permezz tal-Employement Barometer u l-Vacancy Monitor ikunu jistgħu jiġu identifikati l-oqsma tax-xogħol li qed ikun hemm l-aktar domanda fihom, jista' l-Ministru jgħid xi bżonnijiet tas-suq tax-xogħol huma antiċipati għal Għawdex? Jista' jgħid x'xogħlijiet qed ikunu identifikati, fil-preżent, li hemm domanda għalihom f'Għawdex?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li matul is-sena, l-ETC tkun impenjata b’ħidma kontinwa mal-operaturi tas-suq tax-xogħol f’Għawdex. B’mod mill-iktar dirett, l-ETC niediet inizzjattivi speċifiċi immirati biex tiġi intensifikata il-ħidma tagħha fis-suq tax-xogħol. Fost dawn l-attivitajiet ġew organizzati:
· Seminar għall-Employers bil-kollaborazzjoni tal-Gozo Business Chamber – April 2008
· Laqgħat mal-Bord tal-Gozo Tourism Association – Mejju 2008
· Fiera tal-Impiegi għal-operaturi fis-settur tal-Ospitalita’ – Ġunju 2008
Informat ukoll li l-ETC hija f’kuntatt dirett u fuq bażi individwali mal-operaturi tas-settur permezz ta’ żjarat u laqgħat kontinwi man-nies tan-negozju. Tali kuntatt jikkreja sens ta’fiduċja fl-operat tal-ETC, fiduċja li intweriet fil-livell ta’ parteċipazzjoni tan-nies tan-negozju flid-diversi
Employment Schemes
li ġew offruti matul is-sena b'mod partikolari il-
Gozo Employment Aid Scheme
, fejn xejn inqas minn 94 Employer ħadu sehem fiha. Parteċipazzjoni li ikkrejat 264 post tax-xogħol ġdid, fejn fosthom ġew ingaġġati 97 persuni li kienu qed jirreġistraw fuq l-ewwel parti tar-reġistru.
Jista' l-Ministru jara li tinbidel il-liġi biex aħwa jkunu jistgħu jieħdu ħsieb lil ħuthom bħala carers u għax ikollhom xi flus il-bank dawn ma jingħataw xejn bħala kumpens?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lil-Onor li l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali (Kap 318)jipprovdi li aħwa jkunu meqjusa bħala carers meta jkunu qegħdin iduru jew jieħdu ħsieb ħuthom.
Bħal ma jsir fil-każijiet l-oħrajn kollha fejn tingħata l-għajnuna jew pensjoni tal-Wens, irid isir it-
test
tal-meżżi qabel ma dak li jkun jista jikkwalifika għal din it-tip ta għajnuna.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6250 u 5937 u ċioè: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5633, jista' l-Ministru jgħid minħabba r-reżistenza li żviluppat kontra dawn l-antibiotiċi, jistgħux jibdew jiġu provduti antibiotiċi aktar effettivi fl-interess tal-ġid komuni?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6262 u 5948 u cioè: B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5630, jista' l-Ministru jgħid mill-2022 spezzjoni li saru f'postijiet tax-xogħol, f'kemm minnhom jirriżulta li huma impjegati:
a) tobba?
b) infermiera?
ċ) paramediċi?
Kemm hemm impjegati u health workers f'kull post tax-xogħol fejn japplika?
Jista' l-Ministru wieġeb mistoqsijiet parlamnetari 6265 u 5939 u cioè : B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5629 u b'mod partikolari sabiex ikun hemm ġustifikazzjoni għan-nefqa pubblika għal li jirrigwarda kampanji ta' tilqim, tilqim b'xejn, kampanja kontra l-użu ħażin ta' antibiotiċi u l-għoti ta' antibiotiċi b'xejn, tista' tibda tinġabar din l-informazzjoni li wara kollox diġa' hi miżmuma f'rekords ta' tilqim tal-influwenza kif ukoll fl-istorja tal-pazjenti riferuti fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei?
Għaqda ta' tobba — konsultazzjonijet dwar ir-riformi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6324 u jgħid x'konsultazzjonijiet saru mal-għaqdiet tat-tobba tal-famlija minn Marzu 2008 'l hawn dwar ir-riforma tal-kura primarja tas-saħħa u b'mod partikolari dwar l-ingaġġ ta' tobba tal-familja li jaħdmu privat?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 6099.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6356 u jgħid matul l-ewwel sitt ġimgħat tas-sena 2009, kemm-il pazjent li ġie discharged mill-Isptar Mater Dei reġa' ddaħħal fl-istess sptar? X'kienet l-età tal-pazjenti u f'liema wards kienu l-ewwel darba?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6277 u jgħid għaliex ċertu items m'humiex inklużi fis-sistema l-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek, ġaladarba jkun hemm l-awtorizzazzjoni għal-mediċina u din tkun in stock? Tista' tiġi riveduta din is-sitwazzjoni li qed taffetwa ħażin lil persuni b'mard kroniku serju, persuni anzjani u persuni b'diżabilità?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li fil-preżent 700 mediċina qed jitqassmu mill-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek. Mediċini li huma bulky, bħall stoma care u gluten free items, ma humiex inklużi fl-Iskema. Dan l-arrangament ġie miftiehem mal-imsieħba soċjali fil-Memorandum of Undertstanding meta ġiet imnedijja l-Iskema.
Informat ukoll li mediċini speċjalizzati oħra jitqassmu biss mill-isptar Mater Dei.
Huwa l-ħsieb li fil-futur, wara li s-sistema tkompli tissaħħaħ, jinbeda proċess ta` evalwazzjoni bil-għan li ssir reviżjoni rigward liema mediċini għandhom jitqassmu taħt l-Iskema.
Jista' l-Ministru jgħid minn meta qed ikunu mitluba ħlas sabiex jinġabru employment history u xi informazzjoni oħra? X'inhuma dawn il-ħlasijiet u għal liema servizz?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-ħlas għall-informazzjoni uffiċjali relatati ma’ storja tax-xogħol (employment history) jew storja ta’ reġistrar (registration history) ta’ individwu kienet stabbilita fil-1992. Il-ħlasijiet mitluba għall-dawn is-servizzi u xi oħrajn huwa kif ġej:
Storja tax-xogħol (Employment History) €3 għall kull lista*
Storja ta’ Reġistrar (Registration History) €3.50 għall kull lista*
Lista ta’ l-Impjegati ta’ Imprenditur:
- Dik uffiċjali €23 għall kull lista separata
- Għall użu intern tal-imprenditur B’xejn
Lista ta’ kemm imbiddlu nies ma’
Imprenditur (Turnover List) B’xejn
Informat ukoll li l-prezzijiet ta’ hawn fuq (bi stilla ħdejhom*) japplikaw biss għall-persuni li għandhom impjieg. Nies li ma jaħdmux jew li waslu għall-pensjoni jingħataw is-servizz b’xejn.
Dħul għall-gvern minn servizz residenzjali finanzjat mill-istat
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 6432 u 5692, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija tiegħi? Jista’ jivverifika li t-tagħrif li tawh għat-tieni parti tal-mistoqsija huwa korrett peress li l-ammonti li tani jidher li huwa baxx wisq ħdejn in-numru ta’ anzjani li għandhom is-servizz id-dar? (ara mistoqsija parlamentari 5688)
Response (DALLI, JOHN)
Dwar l-ewwel żewġ partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari għas-snin 1999 sa' 2005, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20214 fis-Seduta 418 tat-18 ta' Lulju, 2006.
Ninsab informat li l-informazzjoni mitluba għas-snin 2006 sa' 2008 hu kif jidher fit-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif inhuma maqsuma s-self employed lokalità, lokalità skond l-istatistika miżmuma mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi predominanza partikolari f'dawk li huma lokalitajiet fejn min jaħdem hu self-employed?
Jista' l-Ministru jgħid x'policy għandu l-Gvern biex jindirizza r-rata baxxa ta' fertilità u twelid?
Response (DALLI, JOHN)
Il-Gvern attiva ħafna miżuri li jinkoraġixxu nisa jidħlu jew jirritornaw fil-post tax-xogħol wara li jwelldu, fosthom diversi programmi intenzjonati biex jerġgħu jintegraw lin-nisa fid-dinja tax-xogħol, bħal l-Empowerment Skills Programme u programmi oħra bħal Childcare u Elder Care kif ukoll Carers of the Disabled. Numru kbir tal-parteċipanti fil-programm 'Ibda Negozju Tiegħek' huma nisa u l-ETC organizzat Enterpreneurship Programme speċifikament għan-nisa. L-ETC ħadet sehem attiv biex tippromwovi childcare ta' kwalita'. Apparti ħafna taħriġ li offriet f'dan il-qasam, nidiet kampanja ta' pubbliċita', permezz ta' fondi strutturali ta' l-UE biex teduka dwar Quality Standards fiċ-Childcare. Permess tal-programm Progress ta' l-UE, l-ETC kisbet il-fondi biex jippromwovi bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja. L-ETC ser tniedi ukoll kampanja ta' pubbliċita' msejħa 'Nista', biex tippromwovi l-qsim ta' responsabilitajiet tal-familja u x-xogħol bejn in-nisa u l-irġiel.
Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-bosta miżuri u inizjattivi favur il-familja fosthom it-Teleworking, ir-Reduced Hours, l-estensjoni għall-erbatax-il ġimgħa tal-Maternity leave u oħrajn.
enviromental medicine — programmi ta' taħriġ għall-istudenti tal-mediċina u tobba
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux jagħraf l-importanza ta' l-enviromental medicine bħala dixxiplina ġdida fil-mediċina u hux fi ħsiebu jiżviluppa programmi ta' taħriġ għall-istudenti tal-mediċina u tobba f'dan il-qasam?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm reserved parking lokal b'lokal minħabba persuni li għandhom bżonnijiet speċjali? Jista' jgħid jekk huwiex vera jew le li sejra tidħol taxxa ġdida fuq dawn ir-reserved parking slots jew jekk humiex sejrin jibqgħu bla ħlas?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jelenka kemm-il home għandu taħt ir-responsabilità tiegħu li għandha faċilitajiet li permezz tagħhom l-anzjani jagħmlu l-eżerċizzju fiżiku? Kemm-il home attwalment toffri programmi ta' eżerċizzju fiżiku lill-anzjani li jkunu qed jgħixu fiha?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex resident li jgħix fil-Mellieħa home jiġi jiswa ħafna iktar minn resident li jgħix ġewwa homes oħrajn tal-istat stess? X'servizzi differenti qed jieħdu dawn l-anzjani? Dawk tal-Mellieħa qed jieħdu servizzi li f'homes oħrajn ma jeżistux?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li d-differenza ta' kemm jiġi jiswa anzjan fid-Dar ta' l-Anzjani tal-Mellieħa għad-djar tal-anzjani tal-Gvern l-oħra ma tirriflettix it-tip jew kwalita' ta' servizzi li jingħataw imma joħroġ mill-ftehim li kien iffirmat fit-12 ta' April, 2007. Ma hemm l-ebda differenza bejn is-servizzi li jingħataw lill-anzjani li qegħdin fid-Dar tal-Mellieħa u dawk li jingħataw lill-anzjani li qegħdin fid-djar l-oħra tal-gvern.
Ninsab informat ukoll li l-prezz imħallas fid-Dar tal-Mellieħa tinkorpora ħlas li jsir lill-kuntrattur biex tkopri l-ispiża kapitali li għamel hu biex tinbeba u tiġi attrezzata din id-dar tal-Anzjani. Wieħed irid iqis ukoll li is-salarji ta' l-istaff li huma impjegati tal-Gvern huma mħallsa mill-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn child care centres tal-istat f'Malta u Għawdex u kemm hawn privati? Jista' jgħid meta iċ-child care centre tal-Mosta sejjer jopera? Jista' jgħid xi pjanijiet għandu għal dan il-qasam?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Bormla, Isla, Birgu u Kalkara — Proġetti ta' akkomodazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il survey arkeoloġiku sar f'Bormla, Isla, Birgu u Kalkara qabel ma nħarġu permessi għat-twaqqiegħ u bini mill-ġdid ta' proġetti ta' akkomodazzjoni bejn is-sena 2000 u llum? Jista' jgħid ukoll jekk f 'kull każ sarx environmental impact assessment minħabba li ż-żona hi ta' importanza storika u arkeoloġika?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li ma jsirux "surveys" arkajeologici fejn ikun hemm proġetti ta' twaqqiegħ ta' bini. Biss jekk waqt ix-xogħol jinstabu xi fdalijiet arkajelogiċi, l-Awtorita' tad-Djar obbligata tiġbed l-attenzjoni lil-awtoritajiet konċernati. Jien infurmat li ma nstabu edba fdalijiet fis-siti indikati mill-Onorevoli Interpellant.